Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ....................... 2 Sliema W ........................ 1 BIRKIRKARA għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1, bil-gowl tar-rebħa għalihom jasal tard fil- logħba eżattament fis-87 minuta. Kienu Sliema Wanderers li fetħu l-iskor fil-25 minuta meta Marko Potezica indirizza cross fil-baxx li qata' lid-difiża kollha tal-Istripes, bil-ballun jintemm għand Njongo Priso li ma sab l-ebda diffikultà biex jitfa' f 'lasta vojta. Iżda l-Wanderers ma tantx damu jifirħu hekk kif żewġ minuti biss wara, Birkirara ġabu l-iskor indaqs permezz ta' gowl sabiħ minn barra l-kaxxa tal-attakkant Niġerjam, Frank Temile. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu, għaxar minuti wara, meta xutt minn ġol-kaxxa ta' Seydi L'Imam għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Glenn Zammit. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sliema Wanderers ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, kienu għoddhom sabu x-xibka, iżda kienu ferm sfortunati, meta xutt ta' Jean Paul Farrugia, minn ġol-kaxxa stampa mal-wieqfa. Birkirkara rrispondew fis-66 minuta, grazzi għal freekick insidjuż tas-solitu plejer żagħżugħ Ryan Camenzuli, li iżda ra lill-goalkeeper tal- Wanderers, Glenn Zammit, idawwar tajjeb f 'corner. Fis-77 minuta, Sliema Wanderers resqu viċin li jsibu x-xibka meta wara li Njongo Priso xeħet cross fil-baxx mil- lemin lejn Jean Paul Farrugia, l-attakkant żagħżugħ li jinsab misluf mal-Wanderers mingħand Hibernians, ra x-xutt tiegħu jintemm ftit barra. Fis-87 minuta, Birkirkara skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta' freekick mill-isbaħ tal-Kroat, Matija Smrekar, li ma ta l-ebda ċans lill- goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Birkirkara - Kopric, Attard, Scicluna, Bubalovic, Mujanovic, Sciberras, Bilbao Zarate (Agius 76'), Camenzuli, Temile (Darmanin 90'), Smrekar (Guillaumier 90'), L'Imam Sliema W. - Zammit, Muscat, Dos Santos Tarlaziz (Xuereb 71'), Priso, Gatt Baldacchino, Potezica, Bezzina, Dos Santos, Muir, Farrugia (Friggieri 82'), Bianciardi Referi - Sandro Spiteri NJONGO PRISO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fl-24 ta' Diċembru 1988 fil-Kamerun, u għandu 27 sena. Skorja l-uniku gowl għall- Wanderers f 'din il-logħba. Fil-passat riċenti lagħab ma' AEL Larnaca f 'Ċipru u ma' Valletta f 'Malta. Birkirkara jegħlbu lil Sliema W. tard fil-logħba minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ....................... 6 Qormi ............................ 1 TARXIEN Rainbows ma tantx tħabtu biex għelbu lil Qormi bl-iskor kbir ta' 6-1. Rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet it-12-il telfa konsekuttiva għal Qormi, li jidhru destinati li fl-istaġun li ġej, jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni. Ir-Rainbows kellhom lil Alex da Paixao Alves u Sergio Fernandez Prendes sospiżi, waqt li Alex Nilsson kien nieqes għalihom minħabba li għadu qed jirkupra minn injury. Min-naħa l-oħra, Qormi kellhom lil Emerson Vella u Clifford Gauci sospiżi, waqt li Yannick Yankam kien nieqes minħabba li għadu qed jirkupra minn injury. Tarxien Rainbows fetħu l-iskor wara biss sitt minuti, meta Luke Montebello rċieva through pass fuq il-lemin, avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel għeleb lill-goalkeeper Andreas Vella, permezz ta' xutt sabiħ. Erba' minuti biss wara, Montebello għadda tajjeb lejn Ayrton Azzopardi fuq il-lemin, b'dan tal-aħħar jitfa' l-ballun ġewwa mill- viċin. Qormi naqsu l-marġni tal-iskor fit-33 minuta meta wara li rċieva minn kross ta' Ryan Micallef mix-xellug, Terence Vella tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Sean Mintoff, permezz ta' xutt mill- ewwel. Madankollu, sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, ir-Rainbows għamlu l-iskor 3-1 favurihom grazzi għal daqqa ta' ras preċiża ta' Daniel Zerafa, wara li rċieva minn korner ta' Ayrton Azzopardi. Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Luke Montebello, kompla jkabbar il-marġni tal-iskor għar-Rainbows, hekk kif tefa' ġewwa permezz ta' logħob sabiħ minn tarf il-kaxxa. Ftit wara, Claudio Frances, irnexxielu jsib ix-xibka għar- Rainbows permezz ta' korner dirett mil-lemin, li għeleb lill- goalkeeper Andreas Vella. Jidher li r-Rainbows ma kinux kuntenti b'dan l-iskor, hekk kif żewġ minuti minn tmiem id-90 minuta, huma ssiġġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt gowl, grazzi għal daqqa ta' ras ta' Daniel Zerafa, li min-naħa tiegħu rċieva minn korner tal-awtur tal- ħames gowl tar-Rainbows, Claudio Frances. Qormi - A. Vella, Micallef, Spiteri (Zammit 80'), Leeflang, Viggiani (Barbara 46'), Sidibe, Olawale Ojuola, Cassar, T. Vella, Magro, Gusman (Peixoto 80') Tarxien R. - S. Mintoff, Baker, Giglio de Oliveira, Caruana (Bajada 78'), Muscat (Tabone 64'), Azzopardi (Spiteri 75'), Montebello, Zerafa, Oliveira Santos, J. Mintoff, Frances Referi - Mario Apap LUKE MONTEBELLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja doppjetta personali f'din ir-rebħa kbira Tarxiniża. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Valletta u Zebbug Rangers f'Malta u ma' Livorno fl-Italja. Tarxien Rainbows jegħlbu lil Qormi bla tbatija Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta Sports 29

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016