Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
minn John Busuttil BĦALISSA fis-sala tal- Ministeru ta' Għawdex hemm wirja mhux tas- soltu, wirja tal-armar tal-Festa tal-Madonna tas-Sokkors Ta' Kerċem li hi msejħa FestArmar. Hi wirja li qed tiġbed ħafna pubbliku għax hi wirja partikolari u qed issir għax l-għaqda tal-armar tal-festi ta' Kerċem għalqet 25 sena mit-twaqqif tagħha f 'Lulju 1991. Għalhekk iddeċidejt li nżur lill-membri ta' din l-għaqda li hi għaqda mmexxija minn żgħażagħ Kerċemiżi, immexxija minn president żagħżugħ li qatta' żogħżitu kollha f 'din l-għaqda minn meta bdiet, Frankie Camilleri li għad għandu 36 sena. Miegħu kien hemm preżenti l-persuna li kkuntattjatni dwar dan l-avveniment: il-PRO u Assistent segretarju Mario Spiteri li għandu 31 sena. Dawn ħaduni fiċ-ċentru Parrokkjali li wieħed jista' jgħid li hu ċ-ċentru ta' raħal li jgħodd madwar 2,000 persuna. Dan iċ-ċentru hu l-aktar bar popolari u modern tar-raħal, u fih hemm ukoll il-klassijiet tad- duttrina u post fejn jiltaqgħu diversi għaqdiet, barra li kull tmiem il-ġimgħa qed iservi bħala l-klabb tal-Inter ta' Għawdex għax il-president Frankie, hu Interist u kera l-post lil din l-għaqda li għadha kif inħolqot f 'Għawdex. Minkejja dan, fil-bar li hu amministrat b'mod volontarju mill- membri tal-għaqda tal- armar, tintwera kull partita tal-futbol. "Aħna dejjem hawn," qalli Frankie, "fi tmiem il-ġimgħa kollha niltaqgħu hawn flimkien mal-familji tagħna." Qabeż Mario u kompla, "Niftakarna tfal f 'dan il-bar, imbagħad konna nġibu l-għarajjes tagħna u llum inġibu lil uliedna. Din l-għaqda ddominat lir-raħal tagħna u rawmet diversi żgħażagħ, tant li bħalissa għandna kumitat ta' madwar 12 l-adolexxent u meta narmaw, nibdew b'20 persuna u fl-aħħar jiem ta' qabel il-festa anke l-anzjani jiġu jgħinuna." Frankie Camilleri qalilna li minn din l-għaqda ħarġu sindku, żewġ qassisin, wieħed minnhom kien l-ewwel president li llum hu l-arċipriet taż-Żebbuġ (Dun Reuben Micallef ), avukat, negozjanti, presidenti tal- banda u tal-futbol u anke tabib. Fil-fatt, din l-għaqda li hi l-eqdem għaqda fir-raħal, tħaddan fiha r-rappreżentanti tal-banda, tan-nar u ż-żona msejħa Għajn Tuta. Barra li tieħu ħsieb l-armar tal-festa, tieħu ħsieb ukoll il-briju u l-marċ ta' filgħodu u dan, skont il- president, jiswilhom €6,000. "Dawn il-flus jikkonsistu fil- banda li nġibu minn Malta, flokkijiet u bnadar u dawn il-flus kollha niġbruhom miż-żgħażagħ, fejn anke nagħmlu bar barra, li minnu jkollna ntrojtu tajjeb." Tkellimna fuq l-armar illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Għawdex 12 Il-25 anniversarju tal-Għaqda Tal-Armar Madonna tas-Sokkors ta' Kerċem 'Iddominajna r-Raħal u rawwimna • Żgħażagħ Kerċemiżi jaħdmu sena sħiħa għal festa u jistrieħu biss għal xahar wieħed • Il-festa tiswa €20,000 kull sena f'armar u briju Il-marċ u l-briju tal-festa jiswa €6,000 Iċ-Ċena tas-Sinjur fil-MUSEUM Subien Nadur GĦAT-28 sena konsekuttiva il-MUSEUM Subien tan-Nadur qed jerġa' jtella l-Mejda tal- Appostli msejħa "Iċ-Ċena tas-Sinjur Ġesu'". Wieħed jista' jgawdi din ir-rapprezentazzjoni bibblika permezz ta' ħmistax-il statwa 'lifesize' xogħol l-Artist Naduri James Azzopardi f 'ambjent tipikament bibliku li jinbidel minn sena għal oħra. Il-frott, il-ħxejjex, ħwejjeġ u oġġetti esebiti huma wkoll relatati ma' dawn iż-żminijiet. Qed jitqassam ukoll tifkira fost il-viżitaturi li jżuru din il- wirja waqt dawn il-ħinijiet tal-ftuħ. Ħinijiet tal-ftuħ minn Ħadd il-Palm tal-Ġimgħa l-Kbira 20 ta' Marzu: Ħadd il-Palm • 9.30a.m. sa 11.30p.m. • 3.00p.m. sa 7.00p.m. 21-23 ta' Marzu • 6.00p.m. sa 9.00p.m. 24 ta' Marzu –Ħamis ix- Xirka • 6.00p.m. sa 11.00p.m. 25 ta' Marzu – Ġimgħa l-Kbira • 9.00a.m. sa 3.00p.m. • 7.00p.m. sa 9.00p.m. (Tinfetaħ ukoll filgħodu għal gruppi li jkunu qed iżuru Għawdex – ċemplu fuq 21555297 jew 99866777 )