Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
fejn qalilna, "25 sena ilu bdejna bix-xejn u l-ftit li kien hemm bdilniehom billi tajna libsa ġdida lir-raħal. Għandna pavaljuni mill- aqwa u tal-ogħla kwalità u anke l-armar tal-injam, hu ta' kwalità. L-uniku problema li għandna huma l-imħażen għax m'għandniex fejn inpoġġu aktar, u ftit jew xejn nistgħu nżidu. Iżda qegħdin f 'diskussjonijiet mal-kappillan biex nakkwistaw il-permessi meħtieġa mill-MEPA u nibnu maħżen kbir u modern." Mistoqsi kemm iżidu armar kull sena u kemm jiswa flus dan l-armar, Camilleri qalilna li f 'dawn l-aħħar 12-il sena dejjem kien hemm xi proġett ġdid, "għamilna sett bandalori li swewna €3,000 'l-waħda li minnhom, nagħmlu madwar 2 jew 3 kull sena. Għamilna sett statwi ġodda li jiswew madwar €2,000 kull waħda u €300 biex nindurawhom. U dejjem irnexxielna niġbruhom min-nies tar- raħal u mill-avvenimenti li norganizzaw. Kull sena nippjanaw li l-festa tiswielna €20,000 għall-armar u briju, u kull sena din is-somma tinqabeż. U nerġa' ntennilek li kollha niġbruhom." Mario Spiteri qalilna li l-armar jieħdu ħsiebu ħafna, "Malli tintemm il-festa li ssir fit-tieni ġimgħa ta' Lulju, f 'nofsillejl eżatt, nibdew inżarmaw. L-ewwel xift jagħmel minn nofsillejl sat-8 am, u wara jidħol grupp ieħor li jdum sa xi l-erbgħa ta' wara nofsinhar. Fi tlett ijiem ikollna kollox ġewwa." Il-president qalilna wkoll li tal-inqas ikunu jistgħu jgawdu ftit il-baħar, għax huma jieqfu jaħsbu u jaħdmu għal xahar sħiħ wara l-festa. "Wara xahar, niltaqgħu u naħtru kumitat ġdid, fejn għal dawn l-aħħar 6 snin baqa' bl- istess membri. Hemmhekk nippjanaw ir-restawr ta' dak li diġà għandna, u naħsbu għal dak li se nagħmlu ġdid. "Il-festa hi passjoni għalija. Fil-ġimgħa tal- festa, lill-mara u lil binti qas narahom." Qal Frankie, filwaqt li Mario qabeż u qal, "Il-festa tiġi qabel il-mara u t-tfal f 'dawk il-jiem tagħha." U qabel miegħu l-president. Sadanittant, tkellimna ftit dwar din l-idea tal-wirja fejn qalulna li kienu għamlu waħda fl-2009 fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali, "u niftakar li meta rajt l-armar impoġġi f 'kamra waħda kien laqatni mmens u kienet ġietni l-idea biex din il-wirja jkun jista' jgawdiha mhux biss kull Għawdxi iżda anke t-turisti u l-Maltin," qal Camilleri. Talbu lill-Ministeru biex jagħtihom is-sala tal-wirjiet u tagħielhom, u ġie deċiż li għal Marzu kollu, din tkun miftuħa għal kulħadd,"u se tkun miftuħa għall-pubbliku anke fi żmien il-festi tal- Ġimgħa l-Kbira." Il-president ħabrieki li meta jitkellem fuq il- festa juri entużjażmu kbir, qalilna li dis-sena hemm żewġ avvenimenti oħra kbar. "Din is-sena l-istatwa titulari li aħna nsejħulha 'Iż-Żewġ' għax fiha żewġ personalitajiet, San Girgor u l-Madonan tas-Sokkors, tagħlaq 20 sena. Anke din l-istatwa titulari konna aħna l-għaqda tal-armar li għamilnieha, u hi l-ikona tagħna. "L-avveniment l-ieħor li qed naħdmu fuqu biex forsi nieħdu fondi Ewropej, huwa r-restawr tal-istatwa titulari u oriġinali li hi tal-injam. Din kienet inbiegħet l-Italja, u wara spiċċat il-Belt. Aħna rnexxielna nintraċċawha u nixtruha lura għas-somma ta' Lm10,000 u tajnieha rigal lill-Parroċċa. Kien fiha ħafna susa u waqqafnieha iżda issa rridu nirrestawrawha." Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Għawdex 13 rawwimna liż-żgħażagħ' Il-Festa u l-armar f 'numri • 20,000 bozza jintramaw fil-festa • 5,000 bżieżaq jintużaw fil-briju • 48 bandalora li jintramaw fit-toroq • 32 pavaljuni tad- drapp • 25 statwa • 21 pedestalli tal- istatwi • 13-il triq fejn jgħaddu l-marċi • 7 baned li jieħdu sehem fil-festa • 6 statwi tal-anġli li jintramaw fuq iz- zuntier • 2 festi titulari - San Girgor fit-2 ġimgħa ta' Marzu u l-Madonna tas- Sokkors fit-2 ġimgħa ta' Lulju "Il-festa hi l-familja...u fil- ġimgħa tal-festa tiġi qabel il-mara u t-tifla" 'Bdejna żgħażagħ, żidna l-mara u issa anke t-tfal' – Mario Spiteri