Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 minn Albert Gauci Cunningham IL-QARREJJA tal-illum. com.mt, fil-maġġoranza tagħhom, iħossu li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jibqa' fil-kariga Ministerjali tiegħu bil- portafoll tas-Saħħa u tal-Enerġija. Fil-fatt 1,600 persuna li ħadet sehem f 'dan l-istħarriġ, jew 56%, huma tal-fehma li l-kisbiet li għamel Mizzi bħala Ministru flimkien mal-karatteristiċi tiegħu bħala maniġer tajjeb huma ċertifikat biex dan jibqa' jżomm postu fil-kabinet. Minkejja dan, 1,220 persuna, jew 42.5% ta' dawk li ħadu sehem fl-istess stħarriġ huma tal-fehma li Mizzi għandu jitlaq. Fost l-aktar żewġ raġunijiet popolari msemmijin fis- sezzjoni tal-kummenti tal- istess stħarriġ, bosta kienu dawk li wrew id-diżappunt qawwi tagħhom għas-saga tal-kumpanija fil-Panama, filwaqt li oħrajn urew tħassib għall-ħsara elettorali li dan il-każ ħalla fuq il-Gvern u l-Partit Laburista. Fost il-bosta kummenti ta' dawk li jħossu li Mizzi m'għandux jirreżenja kien hemm dak ta' John Scicluna. Dan il-qarrej staqsa għalfejn Mizzi għandu jirreżenja. "Għax raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Għax qed jibni Power Station li taħdem bil-gass meta ħaddieħor ġab dik tal-BWSC? Għax neħħa l-Power Station tal-Marsa? Għax se jżarma ċ-ċumnija ta' Delimara? Għax qed ineħħi t-tankijiet tal-gass f 'Birżebbuġa? Għax se jneħħi t-tankijiet tal-fuel ta' San Ġorġ (Birżebbuġa)?" Fuq in-naħa l-oħra iżda kien hemm kummenti bħal dak ta' Leonard Lombardo. Dan qal li Mizzi għandu jirreżenja illum qabel għada. "Min se jemmen li kellu €92 f 'kont fil-Panama? Biex jimmaniġġjawhom dawk il-flus, ukoll trid aktar.... biex tiftaħ kont hekk kellek tmur il-Panama? Il-prezz li qed inħallsu għall-fuel huwa ferm ogħla minn qabel meta tqis li l-prezz internazzjonali taż-żejt, fil-fatt huwa seba' darbiet irħas milli kien tliet snin ilu. Dakinhar, il-prezz kien ta' 140 dollaru kull barmil, u llum huwa 28 dollaru." Kienu biss 50 qarrej li ma kellhomx opinjoni dwar dak li qed jiġri bħalissa. Taħseb li l-Ministru Konrad Mizzi għandu jirreżenja? 56% 42% Iva Ma nafx 2% Le 56% iriduh jibqa', imma 42% iriduh jitlaq qed jeċċella u fejn qed ifalli Ambjent Żgur li s-settur ambjentali mhux il-forte ta' dan il- Gvern. Il-kwistjoni ta' biċċa art kbira ħafna għal żvilupp fiż-Żonqor kienet waħda li affermat il-perċezzjoni li għal dan il-Gvern, l-ambjent mhux importanti, ftit biss wara li l-Prim Ministru ħareġ għonqu għall-kaċċaturi. Il-fatt, pożittiv minnu nnifsu, li s-settur tal-bini bħalissa huwa b'saħħtu, flimkien mal-inerzja fejn jidħlu miżuri innovattivi ambjentali u Minstru li qed jidher ineffettiv, qed iwasslu biex aktar nies jaraw lill-Gvern bħala 'tal- iżviluppaturi'. Minkejja dan, il-Gvern għalaq il-Power Station tal-Marsa wara snin twal ta' wegħdi, qed iżarma t-tankijiet tal-gass f 'Birżebbuġa u identifika l-Inwadar bħala park nazzjonali fin-nofsinhar ta' Malta. Wara kritika qawwija, il-Gvern naqqas konsiderevolment il-foot print tal-proġett minn Sadeen fiż-Żonqor. 4/10 Teżisti idea ġenerali u popolari li l-Gvern qed jaħbi. Din hija solidifikata mill-fatt li l-Gvern għadu sal-lum m'għamilx pubbliċi fl-intier tagħhom ċerti kuntratti, fosthom tal-Enemalta u tal-proġett fiż-Żonqor. Il-kuntratt mal- ALESA għall-operazzjoni tat-trasport pubbliku kien ippubblikat wara ħafna kritika u pressjoni. L-Oppożizzjoni qed tirkeb fuq dawn in-nuqqasijiet, fosthom ukoll il-mawra tal- Prim fl-Ażerbajġan. Dwar din il-mawra għadhom qed jitqajmu bosta mistoqsijiet li s'issa għadhom bla tweġiba sodisfaċenti. Il-kredenzjali demokratiċi tal-mexxej tal- Ażerbajġan jikkomplika aktar l-affari għall-Gvern. Dan kollu qed joħloq perċezzjoni qawwija li l-Gvern qed jaħbi jew mhux trasparenti biżżejjed. Liema perċezzjoni ma jidhrix li qed tkun miġġielda biżżejjed. Trasparenza 2/10 L-akbar problema li qed jiffaċċja l-Gvern hija nuqqas ta' governanza tajba. Tliet kwstjonijet partikolari waslu għal ħafna mistoqsijiet u dubji, bl-aħħar każ u l-akbar wieħed ikun dak dwar il-kumpanija fil-Panama ta' Konrad Mizzi, liema kumpanija kienet iffurmata fi żmien li Mizzi kien Ministru. Dan il-każ qajjem ħafna mistoqsijiet u tefa' dawl ikrah fuq wieħed mill-Ministri meqjus bħala 'dak li jwettaq' fil-kabinett. Minbarra dan, f 'dawn it-tliet snin kien hemm il-każ ta' Gaffarena li kien fost l-agħar eżempji ta' governanza u li fetaħ kritika qawwija lejn il-Gvern hekk kif dan irċieva €1.6 miljun għall-esproprijazzjoni ta' parti minn proprjetà fi Triq Zekka. Magħhom jingħaqad il-każ tal-Cafè Premiere ukoll fejn il- Gvern daħal għad-dejn tal-inkwilin għall-prezz ta' €4.2 miljun. Il-pożittiv mill-każ Gaffarena kien li l-Gvern ħa azzjoni billi ħabbar riforma. Fil-każ tal-Panama għadu ma sar xejn biex każ bħal dan ma jirrepetix ruħu. 2/10 Governanza Meritokrazija Il-ħolma ta' Joseph Muscat kienet li jgħix f 'pajjiż, "fejn jgħodd kemm taf u mhux lil min taf." Jekk irridu nkunu onesti, tliet snin wara, ma nistgħux ngħidu li din il-wegħda twettqet. Lil min taf għadu jgħodd, u għal xi wħud kien jgħodd ħafna. Kieku l-għajta meritokratika kienet segwita, il-Gvern ma kienx jdħol f 'gażibi bħal ta' Gaffarena. Agħar minn hekk għall- Gvern iżda, hemm bosta persuni, uħud minnhom li tkellmu mal- ILLUM, li f 'isem il-meritokrazija qed jistennew li jieħdu dak li ħaqqhom bi dritt, saħansitra mogħti lilhom f 'xi każijiet mill- Grievances Units li ħoloq dan il-Gvern stess. Imma jistennew u jinqabżu kienu, u hekk għadhom. Wegħdi dwar kif għandhom jinħatru nies li jokkupaw karigi pubbliċi għadhom lanqas biss ġew diskussi, aħseb u ara kemm ġew fis-seħħ. L-ewwel ftit xhur minn mindu daħlu l-Ispanjoli fit-tmun tat-Trasport Pubbliku, kienu pjuttost diżappuntanti. L-aħħar tibdiliet li seħħu, għalkemm kellhom jirrispondu għad-domanda u l-ilmenti, spiċċaw irrabjaw ħafna nies, gerfxu lil ħafna oħrajn u wasslu biex il-Ministru Joe Mizzi jitlef ħafna mill-poplarità li seta' kellu. Minn stħarriġ li kienet għamlet l-ILLUM jidher li kien hemm nuqqas ta' sodisfazzjon fuq ħafna mit- tibdiliet fir-rotot madwar Malta u rabja kbira f 'ċerti vened, l-aktar dik quddiem l-Isptar Mater Dei u quddiem l-Università. Minkejja dan, il-Gvern qed jirrispondi għal dawn l-ilmenti u ħabbar bidliet f 'dawn iż-żewġ vened partikolari. Jidher ukoll li fuq numru akbar ta' rotot, il-puntwalità qed tkun osservata, speċjalment fuq rotot diretti. L-introduzzjoni tat-tallinja card kien pass fid-direzzjoni t-tajba, kif kienu ż-żidiet fil-bus lanes. 4/10 5/10 Trasport pubbliku Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016