Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Balzan ...................... 8 Naxxar L ................... 0 BALZAN umilja w bis- sħiħ lil Naxxar Lions u kkastigawhom għal 16-il gowl f 'żewġ logħbiet. Dan hekk kif, ilbieraħ huma għelbuhom bl-iskor kbir ta' 8-0, b'liema skor ukoll kien intemm il-konfront tal-ġimgħa li għaddiet kontra Hibernians, bil- Pawlisti jkunu huma li joħorġu rebbieħa. Balzan kellhom jistennew sas-37 minuta biex jiftħu l-iskor meta Paul Fenech għadda tajjeb lejn Alfred Effiong, li dar ma' żewġ difensuri avversarji, qabel għeleb lil Luke Pecorella permezz ta' xutt fil- baxx. Ftit wara, Naxxar Lions, spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper żagħżugħ Luke Pecorella, wara li waqqa' lil Alfred Effiong fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu Pedro dos Santos Calcado, li ma żbaljax meta għeleb lill-goalkeeper sostitut Taljan, Alberto Gallinetta. Tliet minuti biss mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan għamluhom tlieta meta Justin Grioli għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic, li serva fuq platt lil Lydon Micallef, b'dan tal-aħħar jirnexxielu jegħleb lill- goalkeeper ta' Naxxar Lions. Kien imiss lil Aleksandar Vujacic li jkompli jkabbar il-marġini tal-iskor għal Balzan fil-61 minuta, meta wara li rċieva minn assist ta' Pedro Calcado, huwa tefa' l-ballun wara Gallinetta. Minuta biss wara, Balzan għamlu l-iskor 5-0 favurihom, meta Alfred Effiong spara ġewwa permezz ta' xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa. Lydon Micallef skorja s-sitt gowl għal Balzan fid-69 minuta, meta dar mal-goalkeeper avversarju, ġibed max-xellug, qabel qabeż difensur ta' Naxxar Lions u tefa' l-ballun fix- xibka. Aleksandar Vujacic żied gowl ieħor għal Balzan biex b'hekk irreġistra doppjetta personali fl-74 minuta, meta wara li rċieva minn pass preċiż ta' Elkin Orlando Serrano Valero mix-xellug, huwa għeleb lil Alberto Gallinetta. Tliet minuti biss wara, Lydon Micallef, issiġilla r-rebħa kbira ta' 8-0 għal Balzan, meta wara li rċieva minn assist ta' Vujacic, huwa tefa' l-ballun ġewwa. Balzan - Janjusevic (Cassar 56'), Grioli, Fenech, Bezzina, Vujacic, Effiong (Da Silva Souza 66'), Brincat, Dos Santos Calcado, Micallef, Serrano Valero, Kaljevic (Sciberras 60') Naxxar L. - Pecorella, Hungria Rosero, Vallecillo Casado (Gallinetta 44'), Toure, Falzon (Ellul 70'), Godar Pereira, Debono (Bonnici 58'), Grech, Fenech, Tasic Referi - Philip Farrugia LYDON MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa plejers ta' Balzan matul dan l-istaġun, u qed iħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali. Skorja hat-trick personali f 'din ir-rebħa kbira ta' Balzan. Balzan jumiljaw lil Naxxar Lions u jikkastigawhom għal 16 -il gowl f 'żewġ logħbiet Ritratt - Ray Attard Justin Grioli jipprova jirbaħ il-ballun minn fuq il-captain ta' Naxxar Lions, Daren Falzon 27

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016