Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif għażilt ir-refeering u propju r-refeering fil-futbol? Meta kont żgħir, kont nilgħab ma' Birzebbuga Windmills u minħabba l-fatt li Birżebbuġa kien hemm referi fl-ogħla diviżjoni f 'pajjiżna, hawnhekk qed nirreferi għal Chris Lautier, dan kien ta' ispirazzjoni sabiex nibda nirrefja ta' età pjuttost żgħira, jiġifieri 14-il sena. Ftit tal-ġimgħat ilu ingħatajt l-aħbar li għall-ewwel darba kont intgħażilt fuq il-panel tal-FIFA bħala referi. X'emozzjoni ħassejt meta ngħatjat din l-aħbar? Hija ħolma ta' kull referi li xi darba jkun fuq il-panel tal FIFA. Għaldaqstant, meta ngħatajt din l-aħbar, kien ta' sodisfazzjon kbir minħabba l-fatt li issa se nkun ambaxxatur għall-Malta Football Association (MFA), kif ukoll għal pajjiżna. Ftit tal-jiem ilu rritornajt minn Limassol, f 'Ċipru, fejn attendejt għall-25 edizzjoni tal-Kors Introduttorju tal-UEFA għal Referees Internazzjonali. Tina iktar dettalji fuq verament x'involva dan il-Kors li żgur li sewa mitqlu deheb fil-karriera tiegħek ta' referi. Kienet ġimgħa impenjattiva ħafna. Tant hu hekk, li 33 referi internazzjonali ġdid ġie sottomess għal diversi testijiet. Dawn jinkludu l-yoyo intermitted fitness test, fejn l-uffiċjali jridu jilħqu level ta' 18.2. Testjiet oħra li saru kienu l-visual test, medical test, laws of the game test u anke match analysis test, fejn f 'dan tal-aħħar, l-uffiċjal ikun irid jiddeċiedi kif se jieħu d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun ra clips ta' diversi sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, matul din il- ġimgħa, kellna wkoll diversi lectures minn memberi tal-UEFA Referees Committee Members li jinkludu lil Pierluigi Collina, Hugh Dallas, Marc Batta u David Elleray. Il-ġurnalisti li jsegwu mill-viċin il-logħob tal-Premier, jinnutaw li r-rispett lejn ir-referis naqas ferm. Tikkonferma dan? B'mod ġenerali r-referi ġewwa pajjiżna għadu jgawdi rispett mill- pubbliku sportiv u huma każijiet remoti fejn ir-referi jonqoslu r-rispett. Tant hu hekk, li fil-ħajja privata tiegħi, ġieli niltaqa' ma' nies li anqas inkun nafhom u jsellmuli. Mill-kummmeti li tisma' mill- istand, tħoss li l-pubbliku sportiv Malti li jsegwi l-logħbiet tal- Premier fadallu x'jimmatura? L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għas-suċċess, u ta' min jinnota li fl-aħħar snin, saru diversi kampanji sabiex tikber minn dan l-ambitu. Madankollu, għad hemm xi ftit li jitilfu l-kontroll, sforz l-emozzjoni tal-logħba. Minn fejn jiġu l-akbar insulti - mill- partitarji fl-istands jew mill-plejers fil-grawnd? Nista' nassigurak li fil-grawnd, il-plejers qatt ma jkellmu ħażin lill-ebda uffiċjal. Għaldaqstant din ir-risposta hija faċli. Xi tħoss meta xi kultant jinstemgħu titli oxxeni indirizzati lejk? Itellfuk waqt il-kontroll tal-logħba jew drajthom u ma tagħtix kas? Ir-referi jkun konċentrat fuq dak kollu li jkun qed isir waqt il-partita fil-grawnd. Kif tipprepara ruħek fiżikament u psikoloġikament qabel il-logħba? Matul il-ġimgħa, referi jrid jittrenja fiżikament mal-kowċ, Ronald Zammit li jkollu s-sessjoni preparata għall-uffiċjali li jattendu għat-taħriġ. Filwaqt li fil-parti psikoloġika, wieħed jipprepara ruħu b'viżwali li jistgħu jiġru waqt il-partita sabiex l-uffiċjal ikun preparat. Clips ta' timijiet konċernati jgħinu wkoll fil- kontroll tal-partita. Naf li psikoloġikament trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex ma tiġix influwenzat mill-kummenti tan- nies mhux biss qabel il-logħba iżda anki wara l-logħba. Kif tagħmel dan? Referi jibda jsir b'saħħtu aktar ma jgħaddi ż-żmien u jikseb esperjenza. Kif tħares lejn il-livell tal-futbol Malti? Tħoss li dan naqas jew żdied minn kemm ilek tirrefja? Saru diversi sforzi sabiex il-livell tal-futbol f 'pajjiżna jogħla, u naħseb li r-riżultati li ġew miksuba fix-xena internazzjonali mit-timijiet lokali (UEFA Europa League u UEFA Champions League), kif ukoll fuq bażi nazzjonali, speċjalment fil-livell ta' taħt il-21 sena kienu pożittivi ħafna. Dejjem ikun fadal xi jsir u persważ li l-ammistrazzjoni tal- MFA se tibqa' taħdem sabiex jitjiebu r-riżultati tagħna. Int ikollok numru ta' appointments internazzjonali, iżda liema hija dik il-logħba li l-iktar li tibqa' tiftakar? Kull appointment internazzjonali fih il-prestiġju tiegħu, imma wieħed mill-aktar memorabbli għalija kienet il-logħba ġewwa n-Norveġja, meta mort nirrefja fi skambju ġewwa l-belt kapitali, Oslo. Int żort diversi stadia barra minn Malta. Kif tqis ir-riżorsi li għandna f 'Malta fejn wieħed jista' jagħmel it-taħriġ tiegħu meta kkumparati ma' dawk li wieħed isib barra minn Malta? Nemmen li Malta għandha potenzjal anke biex tattira diversi timijiet internazzjonali ġewwa pajjiżna minħabba l-fatt li illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Cristian Antony Muscat Trustin Farrugia Cann - Inġinier bħala professjoni, iżda wkoll wieħed mill-aqwa referis li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin tant, li ftit tal-ġimgħat ilu tħabbar li kien sar Referi tal-FIFA. L-Inġinier li tant qed jimpressjona Sports 34 "Hija ħolma ta' kull referi li xi darba jkun fuq il-panel tal FIFA. Għaldaqstant, meta ngħatajt din l-aħbar, kien ta' sodisfazzjon kbir minħabba l-fatt li issa se nkun ambaxxatur għall- MFA, kif ukoll għal pajjiżna" Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016