Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum d-dittatorjat taż-żewġ partiti' Intervista 11 li kien kompliċi. Jekk il-Prim Ministru ma kienx jaf, irid jitlaq ukoll. Għax meta ġġibli żewġ akkolti u tgħid li huma s-saħħa tiegħek u huma msaddin, allura kif nista' nafdak? Jekk ma jafx x'inhu jiġri fil-bwiet tiegħu, kif jaf x'inhu jiġri hawn barra? U din mhux politika iżda loġika. Il-problema li nara jien, m'hemmx x'tagħżel. Jekk Muscat jieħu l-parir tiegħi u jirriżenja u jaqa' l-gvern, f 'Malta jkollna vojt, hemm preċipizju quddiemna." Simon Busuttil? 'Dażgur li le' Semmejtlu li hemm Simon Busuttil lest li jieħu r-riedni hu, bir-risposta pronta tkun, "dażgur li le. Ma nistax naċċetta li jkollok persuna li meta tkun fil-Gvern, tiskuża kull korruzzjoni li jkollu l-partit tiegħek, u fl-Oppożizzjoni tibda tara skandli f 'kull kantuniera. Din hi l-logħba li ilhom jilagħbu l-politiċi kollha. Jien nisħethom li ġabu lill-pajjiż imbeċilli u jiġġieled kontra tiegħu nnifsu, aħwa kontra aħwa, Maltin kontra Maltin għall-ebda raġuni oħra ħlief għall-poter. Sar ġid maż- żmien, iżda ma jfisser xejn għax irnexxielhom jaqsmu lill-Maltin fi tnejn u ppervertew lil Maltin għax daħħlu l-kultura li l-korruzzjoni għandha tkun aċċettabbli. Il-politiċi huma nies ħżiena, għax kollha huma hekk, ħlief Marlene Farrugia li tkellmet kontra din it-tip ta' politika." Staqsejtu għaliex jemmen li għandu jirriżenja l-Prim Ministru meta l-allegat skandlu jirrigwarda lil Konrad Mizzi? "Muscat inqabad bil-qalziet imniżżel, u inutli jtellgħu jiġri għax inqabad. Il-qawl Malti jgħid li l-ħuta minn rasha tinten dejjem. U Napuljun kien jgħid, 'qatt twaħħal fis-suldat, għax it- tort dejjem ikun tal-ġeneral.' Min iwaħħal fis-suldat għax ġifa, għax hu bniedem bla prinċipju. Għamel min għamel ħsara, anke fi żmien in-Nazzjonalisti, jekk ta' taħtu għamlu l-ħniżrijiet, xorta t-tort nagħtih lil Gonzi. Għax il-kapijiet jitolbuna l-vot, u huma jagħżluhom il-ministri. Iżda xorta rrid nara lil dawn li jissemmew f 'każi ta' skandli u korruzzjoni, il-ħabs. Għax s'issa smajna ħafna każi, iżda lil ħadd qatt ma rajna l-ħabs. U jekk inkun fil-Parlament, għandi lista twila u kuljum se nistaqsi meta se narahom fil-ħabs." Qal li hemm preċipizju wara l-Gvern. Allura ma jarax li diġà hemm alternattiva bil-partit tal- AD? "Tkellimt mal-Alternattiva, u għidtilhom li huma jagħmlu żball kbir li jitkellmu bl-istess lingwa tal- partiti l-kbar, ħafna kliem pompuż u mhux b'lingwaġġ tal-poplu. Nemmen li bħala filosofija huma differenti mill-kbar, u f 'moħħhom żgur li m'għandhomx li jkunu politiċi korrotti. Iżda n-nies baqgħu jafuhom bħala l-junior party." 'Dan il-Gvern qed jadotta sistema kapitalista sfrenata' Salvu qal li, "l-korruzzjoni mhix il-problema, iżda hi sintomu. Aħna qed ngħixu f 'dittatura taż-żewġ partiti li ġabu lin- nies jemmnu fil-blu jew aħmar. Ħolqu sistema elettorali li biha tinħoloq monopolju ta' dawn iż- żewġ pariti. Sistema li għamlet ħsara kbira lil Malta, ħafna aktar mill-ġid kollu li għamlu l-politiċi, għax ippervertew ir- ruħ tal-poplu li ġabuh jaċċetta l-korruzzjoni bħala parti mill- pakkett politiku. Għandna problema morali kbira u dan il-Gvern adotta mudell politiku li l-Amerikani jidhru li qed jarmuh, il-kapitaliżmu sfrenat li fl-2008 irvina id-dinja. Li l-flus u l-ekonomija jiġu qabel il-morali. Jien nemmen li għandu jkun hemm bilanċ." 'Irrid noħloq moviment li jbiddel is-sistema elettorali' Salvu qal li hu mhux qed iħares ma' liema moviment jew forza politika jew partit se jingħaqad miegħu. "Jien li għandi f 'moħħi bħalissa hu li noħloq moviment biex tinbidel is-sistema elettorali. Inutli li toħroġ għall-politika sewwa bħala individwali u anke bħala t-tielet partit, għax kif inhi s-sistema elettorali m'għandek ċans qatt tirbaħ siġġu fil- parlament. Hi sistema antidemokratika fejn min hu b'saħħtu jista' jwassal il-kelma u min hu żgħir, lanqas ħin fuq it-televiżjoni ma jkollu daqs il-kbar. Nassigurak li ż-żgħir għandu xi jgħid aktar mill- kbir. L-aktar entità li għandha tkun vantaġġjata, hi żvantaġġjata għax il- poplu qed jisma' biss lil min għandu l-flus biex iwassal leħnu. Nemmen li l-partiti għandhom ikollhom capping għall- kampanja elettorali, li ma tkunx aktar minn €20,000 biex ilaħħaq miegħu kull ċuċ li jrid joħroġ għall-politika, għax id-demokrazija dik hi, 'demos krazia', tmexxija mill- poplu." 'Se jkollna nofs Malta magħna' Staqsejtu kif se jirnexxilu joħloq dan il- moviment, "kif jirnexxili ngħaqqad erba' min-nies li jaħsbuha bħali, u noħolqu dan il- moviment, ninsab ċert li se jkollna nofs Malta magħna." Dan ifisser li hemm bżonn it-tielet partit? "Hemm bżonn mhux biss tlieta, iżda erba' u ħamsa. Beppe Fenech Adami f 'laqgħa mal- istudenti dan l-aħħar qalilhom, li t-tielet partit joħloq instabbiltà politika. U jien ngħidlu li jekk irid stabbiltà politika perfetta, dan isibha biss fil-pajjżi dittatorjali. Għalkemm aħna għandna dittaura politika wkoll, għax għandna żewġ partiti li daqqa jerda' dak, u daqqa jisraq l-ieħor. Dik hi dittatura." Għandna żewġ partiti li daqqa jerda wieħed u daqqa jisraq l-ieħor " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016