Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 'Se naħdem biex ninfiltra d-dittatorjat Intervista 10 D an l-aħħar tfaċċa wiċċ ġdid fil- politika. Wiċċ li hu aktar magħruf fid-dinja tal-ispettaklu, drama, films u fid-dokumentarju televiżiv edukattiv 'Madwarna'. Salvu Mallia li mdorrijin narawh jiġri bil-kelb tiegħu Keketoni waqt li jirrakuntalna l-istorja ta' pajjiżna, iddeċieda li jtiha għall-politika. Dan wara li ħassu diżappuntat ferm bil-mod kif qed imexxi l-pajjiż il-Prim Ministru Joseph Muscat wara li hu stess kien emmen fih u vvutalu fl-aħħar elezzjoni. Salvu li għandu 63 sena, fil-fatt qed jaħsibha sew biex jikkontesta l-elezzjoni li ġejja fuq l-ewwel u t-12-il distrett, imma la jrid joħroġ mal-PN u lanqas mal-PL. "Bħalissa ninsab fi stadju qisni dħalt f 'ħanut u qed indur u nara l-prodotti offruti għall-bejgħ u x'jogħġobni." Iżda qabel, irid jibni moviment biex issir bidla fis-sistema elettorali fejn kull vot li wieħed jingħata jgħodd biex jintrebaħ siġġu fil-parlament. Dan kollu ħareġ fil-beraħ wara li Salvu Mallia għadda xi kummenti dwar l-iskandlu tal-Panama fuq NET TV u ġie kkritikat fuq il-blogg ta' Glenn Bedingfield. Donnu li din kienet it-tingiża li Salvu Mallia kien qed jistenna biex joħroġ fil-beraħ dak li kien ilu jaħmi, li jkun parti mis-sistema elettorali tal-pajjiż. "Kien hemm min qalli biex jekk trid tirranġa partit, trid tidħol magħhom u tiġġieled minn ġewwa. 'No Way' dawn jibilgħuk qabel tiftaħ ħalqek. Għalhekk nemmen li hemm bżonn partit ieħor jew ilħna oħra fil-Parlament li jkunu jistgħu jagħmlu d-differenza." Iltqajt ma' Salvu fl-appartament tiegħu, f 'Buġibba fejn laqgħani Keketoni bl-inbieħ tiegħu. Poġġejna bilqiegħda u staqsejtu minn fejn hu, u dlonk weġibni bi tbissima, "jien Belti u twelidt fi Triq Gaffarena (Triq Zekka) jew inkella 'Triq il-Miljuni' għax hemm kien ukoll il-post fejn il-Kavallieri kienu jistampaw il-flus." Mill-ewwel ta indikazzjoni tal- mod żbukkat tal-karattru ta' Salvu li hu magħruf bħala persuna li għandu opinjoni fuq kollox. "Jekk ma jkollokx opinjoni fuq kollox, tkun qiegħed fid-dinja għalxejn. Nammetti li żbukkat, iżda onest." 'Tinsultawlix l-intelliġenza tiegħi' Dwar kif spiċċa fuq il-midja, Salvu qal li hu juża ħafna Facebook u dan l-aħħar kiteb status dwar il-Prim Ministru, 'Joseph Muscat ma jħobb lil ħadd ħlief lil Joseph Muscat', "ċempluli minn Newsfeed tan- NET TV u talbuni kumment fuq Skype, u jien nemmen li kull min jitlobni kumment, għandi nagħtih u għaddejt kumment fuq din tal- Panama. Għidt li ma nafx min hu dak l-imbeċċilli li jista' jemmen lill- Gvern f 'din il-kwistjoni. Jien għalija joffenduli l-intelliġenza tiegħi meta jippruvaw ibellawhieli li Ministru għamel kumpanija l-Panama għalxejn jew biex ipoġġi d-dar tiegħu. Dawn huma kumpaniji tal- miljuni. "L-għada ħareġ għalija Glenn Bedingfield, li nixtieq ngħid li l-pożizzjoni tiegħu mal-OPM hi waħda ferm meritokratika, biex bħal speċi juri li jien Nazzjonalist noqtol u għax għidt li vvutajt Labour qaluli li jien giddieb." Għalhekk staqsejtu jekk hux vera li vvota Labour, "dażgur li vera vvutajt Labour. Fil-fatt, 'salvani' Franco Debono għax kumbinazzjoni qabel l-elezzjoni meta kienu għaddejjin il- kwistjonijiet taż-żejt, kont ktibtlu messaġġ fejn kont għidtlu kif qed inħossni dwar in-Nazzjonalisti. Debono, wara li qara x'kiteb Glenn, talabni jekk jistax joħroġ fil- pubbliku dak li ktibtlu dakinhar, u jien tajtu l-permess kollu." 'Muscat tnejjek bija' Salvu qal li fuq in-NET kien qal li l-korruzzjoni ilha għaddejja u mhux bdiet ma' dan il-Gvern. "Iżda attakkawni għax kien issa li ftaħt ħalqi. Dan mhux minnu. Ivvutajt Labour għax in-Nazzjonalisti kienu laħqu livell rampanti ta' korruzzjoni. Qed nitkellem issa għax jekk ikun hemm ħabib u jgħaddik biż-żmien, tweġġa'. Jien għalija, Muscat tnejjek bija. Wegħdni meritokrazija, indafa, Malta l-ewwel u qabel kollox, u minn dan kollu ma ġie xejn. Issa din li qed jiftaħru bil-ftit ċejċa li jagħtu lin-nies ma nifhimhiex. Issa billi żiduli €1.17ċ fil-pensjoni fil-ġimgħa? Nassigura lil Muscat li ma biddlitli xejn mill-istil ta' ħajja tiegħi u ta' ħafna pensjonanti. Il-politiċi dejjem hekk jaħdmu. Jgħajtu b'ekonomija b'saħħitha u l-poplu biex jgħix komdu jrid jaħdem żewġ jew tliet xogħlijiet. Mela l-ekonomija b'saħħitha ma tfisser xejn. Għalkemm l-ekonomija issaħħet, din ma ġratx mil-lum għal għada, iżda ġejja minn snin qabel. Barra minn hekk, l-ekonomija tagħna hi bbażata fuq il-gaming, li milli qed naqra ma nafx kemm se jdum, u s-servizzi finanzjarji. Fl-opinjoni tiegħi, it-tnejn huma attivitajiet immorali." Salvu Mallia jdur mill-ewwel fuq il-każ Panama u jgħid li ma jistax jifhem, "kif niftaħru b'dawn is- servizzi finanzjarji, u l-Ministru Konrad Mizzi m'użahomx, u għażel li jmur il-Panama." Kompla jgħid li anke fis-sistema edukattiva jiġri l-istess, "ngħajtu bis-sistema edukattiva li rnexxiet u kemm hi tajba, u l-ministri u l-membri parlamentari jibagħtu l-uliedhom fi skejjel privati u mhux tal-Gvern. Mela għandi raġun ngħid li fis- sistema edukattiva Maltija hemm xi ħaġa ħażina. U bil-provi li hemm, għax kieku m'hawnx dan il- polariżmu kollu fuq il-politika fis- soċjetà tagħna. U nemmen li dan isir apposta biex in-nies jitħallew f 'ċertu injoranza fejn tidħol il- politika u jibqgħu mmexxijn minn imneħirhom. Għalija l-pożizzjoni li ninsabu fiha llum hi r-riżultat ta' falliment ta' 50 sena fis-sistema edukattiva Maltija. Għax għandna sistema edukattiva li twasslek sal- impjieg iżda ma twasslekx biex issir ċittadin li titgħallem tħobb lil pajjiżek." 'Jekk tgħidli li kont Nazzjonalist tkun qed toffendini' Il-mistoqsija li kien imiss kienet ovvja. Li kieku ssir elezzjoni għada terġa tivvota Labour? "Le. Nerġa' nagħmel kif kont nagħmel qabel, fejn għal ħafna elezzjonijiet ma vvutajtx. Jien, jekk tgħidli li kont Nazzjonalist, toffendini. Jien bniedem li l-postijiet ta' każini, il-partiti, laqgħat tal-massa, anke tal-futbol ma nħobbhomx, għax fejn tidħol l-emozzjoni isterika, iddejjaqni. Ma jogħġbunix sitwazzjonijiet fejn ir-raġuni tisparixxi u tkanta mal-kor, anke jekk tkun taf li qed temmen il-gideb. Jekk tgħidli li jien Nazzjonalist, jew Nisrani, jew Laburist, nieħu għalija għax jien Salvu Mallia u nieqaf hemm. Jien m'għandix bżonn timbri, jien għallmitni l-ħajja. Għax skola wasalt sa Form 3. Kont ħriġt, dħalt patri, ħriġt minn patri u ma bqajtx nistudja. Sadanittant għaddew 63 sena minn fuqi, u f 'dawn is-snin qgħadt attent ħafna x'inhu għaddej madwari u kapaċi naqra bejn il-linji ta' dak li jgħid kulħadd. It-twemmin tiegħi hu xellugi, għax iż-żgħir jiġi l-ewwel u qabel kollox, għax hu l-inqas li għandu saħħa." Salvu wera li kien diżilluż bil- politika, "diżilluż bil-politika barranija, Maltija u anke bir- reliġjon. Il-politika saret karriera biex tagħmel il-flus. Nagħmel imħatra li jekk toħroġ li ministru se jitħallas bil-paga minima, ma jsibu lil ħadd min joħroġ għall-politika. Jien nippretendi li l-politiku jitħallas ta' xogħlu, iżda mhux jingħata bonus għax jagħmel xogħlu kif qalilna Konrad Mizzi li ftaħar x'għamel għal Malta. Konrad għamel dak li wegħdni u dak li suppost qed jagħmel. Jiġifieri issa rridu nagħmlulu monument ukoll? Xi ħaġa li ma smajtx fil-midja hi li din il-kumpanija li tat parir ħażin, skont hu, dwar l-investiment ta' flus, hi l-istess li tagħti pariri lil-Prim Ministru. Jiġifieri dawn, allura se jibqgħu hemm jagħtu l-pariri lill-Prim Ministru?" Jekk Muscat kien jaf x'għamlu, mela jrid jitlaq Dwar il-każ Panama, Salvu kompla, "Jekk il-Prim Ministru kien jaf x'għamlu, allura jrid jitlaq għax hu inaċċettabli li dawn fetħu kumpaniji fil-Panama u hu jċapċpilhom. Ifisser ukoll allura John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Joseph Muscat ma jħobb lil ħadd ħlief lil Joseph Muscat " " Busuttil fil-Gvern kien isib l-iskużi għal kull skandlu u fl-Oppożizzjoni jara skandlu f 'kull kantuniera " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016