Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum jimpressjona bħala referi Sports 35 għandna lukandi tal-ogħla klassi u anke training grounds f 'diversi lokalitajiet. Tant hu hekk li fl-aħħar ġimgħat, diversi timiijet barranin żaru Malta għal training camp. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-Kap tad-Dipartiment tar-Referis fi ħdan l-MFA, Adrian Casha? Ir-relazzjoni tiegħi ma' Adrian Casha hija tajba ħafna, fejn wieħed jista' jiddiskuti b'mod apert punti fejn nista' ntejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi waqt il-partiti li nirrefja. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Kull persuna fi ħdan l-Assoċjazzjoni Kalċistika f 'pajjiżna - l-MFA, jagħmel l-aħjar possibli għall-akbar ġid tal-futbol f 'pajjiżna. Nemmen li Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo qed jaħdmu bis-sħiħ għall-ġid tal-futbol Malti. Matul l-aħħar snin, saru diversi proġetti (eżempju: flood lights, training grounds, synthetic pitches, u oħrajn) sabiex jitjiebu l-assi tal- MFA u anke biex jiġu attirati timijiet barranin ġewwa pajjiżna. Dawn se jkunu qed iħallu impatt pożittiv anke fuq l-ekonomija ta' Malta, filwaqt li l-MFA tkun tista' terġa' tinvesti l-profitt li jkun qed jiġi rreġistrat fil-futbol lokali. Taħseb li għad jasal żmien f 'Malta fejn wieħed ikun jista' jaqla' l-għixien tiegħu biss mir-refeering? Din hi t-triq lejn fejn wieħed irid iħares biex inkomplu ntejbu l-livell tat-talenti li nippossjedu aħna bħala uffiċjali tal-logħba tal-futbol. Tittrenjaw flimkien bħala referis li tirrefjaw f 'Malta? Tagħmel ukoll xi taħriġ personali fosthom ġiri? Nhar ta' Tlieta u Ħamis nittrenjaw ma' Ronald Zammit, filwaqt li fil- bqija tal-jiem tal-ġimgħa, wieħed ikun irid jittrenja għalih waħdu, sabiex ikun f 'kundizzjoni fiżika ottimali. Għandek xi ħolma partikolari fil- karriera ta' referi? Huwa imperattiv li wieħed ikollu ħolm u ambizzjonijiet, inkella, il- motivazzjoni tispiċċa. Għandek xi idolu partikolari kemm fil-ħajja in generali u anki fil-kamp sportiv forsi xi referi? L-idolu tiegħi huwa r-referi Tork, Cüneyt Çakır. Nammirah għax huwa żgħir fl-istatura, imma kbir fil- personalità. Naf li wara l-logħbiet taraw vidjows tal-logħob fejn tiddiskutu xi azzjonijiet kontroversjali li fihom tkun involuti. Kemm jgħinu dawn il-laqgħat? Ikollkom laqgħat ta' informazzjoni u ta' updates fir-regoli bħala referis li tikkontrollaw il- loghob tal-futbol f 'pajjiżna? Jekk iva, dawn isiru b'mod regolari? Dawn il-laqgħat huma fundamentali għax jekk ma ssibx il-punti hekk imsemmija, wieħed ma jkunx jista' jitgħallem u jtejjeb il-prestazzjoni għal-logħba li jmiss. Wieħed irid jifhem li mis- sema 'l isfel kulħadd jiżbalja u għaldaqstant dawn it- Technical Meetings isiru b'mod regolari sabiex inkomplu noħolqu l-uniformità. Updates u testijiet tal-'Laws of the Game' isiru wkoll fuq bażi regolari sabiex niżguraw li r-referis f 'pajjiżna jibqgħu updated. Kif qed tħares 'il quddiem lejn il-karriera tiegħek ta' referi speċjalment issa li ġejt appuntat fuq il-panel tal-FIFA? Qed inħares lejn din il-karriera b'ottimiżmu u nħares 'il quddiem sabiex inkun Ambaxxatur tal-MFA u ta' dan in-nazzjon li hu tant għal qalb kull wieħed u waħda minna. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jieħdu bis- serjetà l-futbol u min jaf forsi bħalek jagħmlu karriera ta' suċċess bħala referi. Il-karriera ta' referi hija waħda ta' sodisfazzjon kbir u li ttik diversi opportunitajiet sabiex tikber kemm fil-kamp kalċistiku u anke fil-ħajja pivata. Għalhekk inħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jibdew din il-karriera sabiex jagħmlu kuntatt ma' Kevin Azzopardi fuq kevin.azzopardi@ mfa.com.mt sabiex jiksbu aktar informazzjoni għall-kors il-ġdid. "B'mod ġenerali r-referi ġewwa pajjiżna għadu jgawdi rispett mill- pubbliku sportiv u huma każijiet remoti fejn ir-referi jonqoslu r-rispett" Twieled fid-29 ta' Diċembru 1985 Chris Lautier li kien jirrea ma' Birżebbuġa kien ta' ispirazzjoni għalih Beda jirrea ta' età pjuttost żgħira, jiġifieri 14-il sena. Ftit tal-ġimgħat ilu, intgħażel fuq il-panel tal- FIFA bħala referi. Wieħed mill-aktar mumenti memorabbli għalih kienet il-logħba ġewwa n-Norveġja, fi skambju ġewwa l-belt kapitali, Oslo. L-idolu tiegħu huwa r-referi Tork, Cüneyt Çakır. Trustin Farrugia Cann Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016