Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Ġ imgħa fil- politika huwa żmien twil wisq, aħseb u ara tliet snin. Kellna wisq minn dan il- Gvern jew dan għadu biss il- bidu? Il-futur huwa mera tal- passat f 'dan il-każ? X'kienu jfissru dawn it-tliet snin għal pajjiżna, għas-soċjetà tagħna u fuq kollox għalik? Saqsejt lili nnifsi x'inhi l-konkluzjoni tal-performance appraisal ta' dan il-Gvern? Bla dubju, dan hu Gvern li ried ibiddel, u filwaqt li rnexxielu jdaħħal il-bidla f 'bosta setturi tas-soċjetà tagħna, ma rnexxielux f 'kollox. Hemm setturi li l-Gvern, ġustament ġie kkritikat li għaġġel wisq, f 'oħrajn ġie akkużat li kaxkar saqajh. Imma fil-biċċa l-kbira, irnexxielu jbiddel f 'waqtu. Il-Gvern telaq mill-bidla fil-mentalità. Sawwar kollox mas-slogan elettorali, "Malta Tagħna Lkoll." Ried li pajjizna jinbidel f 'direzzjoni li tpoġġina l-ewwel fl-Ewropa, u dan kellu jsir billi kulħadd jagħti sehemu u jiġbed ħabel wieħed. Anke fejn ma naqblux, ried li naħdmu flimkien fl-interess tal-pajjiż qabel kull interess ieħor. Ġara li din id-direzzjoni poġġiet lill-Gvern f 'pożizzjoni ta' sikkina taqta' miż-żewġ naħat jekk mhux f 'morsa. Fuq naħa, ħalla nies f 'postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li ma jaqblux mal-politika tal-Gvern, waqt li f 'postijiet oħra, poġġa nies li huma leali lejn il-politika tal-Gvern. Rajna personalitajiet li kienu jimmilitaw fil-partit tal- Oppożizzjoni li ngħataw rwol governattiv jew istituzzjonali importanti. Naturalment, partit fil- Gvern ma jistax ipoġġi l-interessi partiġġjani qabel l-interess tal-pajjiż, u għalhekk filwaqt li l-Gvern ħaddan din il-politika, kif wiegħed qabel l-elezzjoni, għad hawn min ma jistax jaċċetta sitwazzjoni bħal din. F'kelma oħra, fejn tidħol bidla fil-mentalità għadna għaddejjin minn learning curve u baqa' ħafna biex naslu fil-quċċata. Hawn ukoll min qata' qalbu li xi darba naslu biex, "tista' ma taqbilx magħna imma tista' taħdem magħna," għax jemmen li dal- kunċett ma jiġrix fil-vini u l-arterji tal-Maltin. Dan huwa rifless f 'ċittadini li għadhom ifittxu li ssir ġustizzja magħhom, kif ukoll minn dawk li daħħluha f 'rashom li l-meritokrazija ma teżistix. Sa mill-ewwel sigħat ta' din il-legiżlatura, il-Gvern mal-ewwel beda bit-twettiq tal-programm elettorali tiegħu. Żgur li dan mhux Gvern li joqgħod b'idejh fuq żaqqu. U dan huwa konfermat illum, tliet snin wara, bir- riżultati eċċellenti li rnexxielu jikseb fis-settur tal-finanzi u l-ekonomija. Minn pajjiż b'imsarnu f 'saqajh dwar jekk aħniex kapaċi nilqgħu għad-daqqiet li jiġu minn barra, dal-Gvern irnexxielu jilħaq livelli bla preċedent fit-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna. Irnexxielu jtellagħna fl-iskaluni ta' fuq fost il-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. L-istess fejn jirrigwardja d-defiċit u d-dejn nazzjonali. Kif għamel fil-qasam tax-xogħol, numru ta' impjiegi rekord u l-inqas rata ta' qgħad li qatt għaddejna minnha, saħħaħ is-setturi ekonomiċi kollha, inkluż il-manifattura u żied l-investiment f 'pajjiżna. Bit- turiżmu jilħaq livelli li qatt ma ħlomna li nilħqu, nieda proġetti kbar li qed isostnu l-ekonomija għall-ġejjieni, il-power station il-ġdida, il-proġetti ta' istituzzjoni edukattiva terzjarja, Sptar f 'Għawdex, riġenerazzjoni tal-isptar San Luqa u t-tkabbir tal-isptar Mater Dei, iċ- ċentru marittimu fit-tarzna tal-Marsa, l-iskema ta' ċittadinanza b'investiment, proġetti infrastrutturali u inizjattivi ta' investiment li jilħaq il-miljuni mis-settur privat lokali u barrani. Kull baġit li ressaq kien wieħed 'elettorali', anke jekk għadna f 'nofs legiżlatura. Fl-istess waqt, il-Gvern irnexxielu jsaħħaħ l-istrutturi soċjali biex il-familji u n-negozji jibdew iduqu minn dan il-ġid li nħoloq. Ir-roħs fil-kontijiet tad- dawl u l-ilma u l-gass, l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-fuel, it-tnaqqis fit-taxxi, iż-żieda fil-pensjonijiet, iż- żieda fil-benefiċċji soċjali, il-mediċini out of stock, il-lista ta' stennija, id-djar għal persuni b'diżabbiltá, is-servizzi tas-saħħa bħall- isptar tal-onkoloġija u ieħor għall-ommijiet u t-tfal, l-effiċjenza fl-emerġenza u fl-operazzjonijiet. Fil-qasam edukattiv ingħataw iktar opportunitajiet bi skemi li jinkoraġixxu l-istudju f 'livell terzjarju, inbnew skejjel u saret manutenzjoni f 'oħrajn, iddaħlet it-tablet u l-edukazzjoni co-ed, tjiebu s-sillabi. Mhux biss, iżda ngħataw stipendji ġodda u żdiedu l-qodma, assistejna għall-introduzzjoni taċ- childcare centres u l-Breakfast Club. Twaqqaf fond tal- maternità u ngħataw inċentivi lil min iħaddem persuni b'diżabbiltà, garanzija għaż- żgħażagħ u l-employability index. Fejn jidħlu drittijiet ċivili, ninsabu fil-quċċata tal-Unjoni Ewropea, u anke pajjiżi oħra faħħru l-leġiżlazzjoni tagħna. Dak li wiegħed, wettqu f 'sentejn: daħħal il-liġi tal-Unjoni Ċivili u l-Liġi dwar l-Identità tal- Ġeneru, l-abbozz ta' liġi dwar koabitazzjoni, u l-liġi tal-IVF u l-Vot 16. Anke fil-qasam ambjentali, minkejja l-perċezzjoni ta' ħafna, dan il-Gvern ħadem fid-direzzjoni t-tajba billi rriorganizza l-istituzzjonijiet bħall-MEPA u l-Awtoritajiet biex jiggarantixxi li jkun hemm bilanċ bejn l-iżvilupp sostenibbli u t-tħaris tal- ambjent. Fassal politika fejn tinkoraġġixxi iktar spazji u ftuħ għar-rikreazzjoni bħall- Park tal-Inwadar. Żarma l-Power station tal-Marsa u mmodernizza l-impjanti ta' riċiklaġġ. Wara snin sħaħ ta' tpaċpiċ, kien dal-Gvern li daħħal il-liġi tal-Whistleblower, tat-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi u l-liġi tal- finanzjament tal-partiti politiċi. Rajna politiċi li kellhom jerfgħu r-responsabbiltà politika bil- fatti. Bdiet ukoll ir-riforma fil-ġustizzja. Xhieda li l-Gvern huwa impenjat li jdaħħal is- serjetà fit-tmexxija tal-pajjiż u jsostni l-good governance. Iżda f 'dan ir-rigward, il-Gvern għad jonqsu biex jikkonvinċi għaliex seħħew gaffes li tappnu l-intenzjonijiet u l-pjan tal-Gvern li jpoġġi lil pajjiżna fost l-aqwa fejn tidħol transparenza u kontabbiltà. Kienu tliet snin fejn il- Gvern ta nifs ġdid lil pajjiżna. Żmien fejn min kien bassar il-kjuwijiet għall-impjiegi u l-bailouts, mar żmerċ waħda sew. Żmien li madankollu ma kienx nieqes mill-kontroversji u l-kuluri politiċi. Iżda żgur li dawn it-tliet snin kien fihom iktar preġji milli diżappunti. Għalhekk il-konkluzjoni tal- performance appraisal hija waħda tajba ħafna! Iżda kif jgħid il-Malti, dak li ma jiġrix f 'mitt sena, jista' jiġri f 'minuta! Għalhekk waqt li nħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu, ma nieħdu xejn for-granted. Ma nirrepetux l-iżbalji tal-passat, u naħdmu aktar jekk irridu li s-sentejn li ġejjin ikunu aħjar minn dawn it-tliet snin. Manuel Micallef huwa opinjonista u xandar Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 | illum 3 snin ta' Gvern Laburista Opinjoni 15 "Ħalla nies f 'postijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet li ma jaqblux mal-politika tal- Gvern, waqt li f 'postijiet oħra, poġġa nies li huma leali" MANUEL MICALLEF

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016