Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695
illum | Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Aħbarijiet 6 minn Albert Gauci Cunningham FID-9 ta' Marzu 2013 il-Partit Laburista kien iddikjarat rebbieħ f 'elezzjoni li kellha riżultat storiku. Il-PL immexxi minn Joseph Muscat kiseb maġġoranza ta' 36,000 vot li l-ebda partit politiku ieħor qatt ma kiseb fl-istorja politika moderna. Tliet snin wara, f 'nofs il- leġiżlatura, iċ-ċapċip miet u l-Gvern qed jiffaċċja l-agħar mumenti tiegħu bil-każ 'Panama'. L-ILLUM tħares lejn 10 oqsma, ħamsa minnhom fejn il-Gvern jgħaddi mit- test bil-kbir u ħamsa oħrajn fejn għadu qed ifalli anke jekk jidher li l-affarijiet qed jitjiebu, jew inkella qed ifalli bil-kbir. Minn dan l-eżerċizzju, joħroġ ċar iżda li fl-oqsma importanti tas-saħħa u edukazzjoni, li jolqtu lill- poplu direttament u fil-ħajja ta' kuljum, il-Gvern qed jikseb riżultati pożittivi. B'ekonomija b'saħħitha u settur tal- impjiegi b'saħħtu, flimkien ma' progress notevoli fil- qasam tas-saħħa u viżjoni pożittiva fl-edukazzjoni, il- Gvern nistgħu ngħidu li qed jagħmel biċċa xogħol tajba f 'dawk li huma bread and butter issues. Iżda l-fallimenti u d-dnubiet tiegħu fl-oqsma tal- governanza u t-trasparenza, qed jieħdu dejjem aktar attenzjoni minn pubbliku li għalih ekonomija b'saħħtha saret meqjusa bħala n-norma. Hawnhekk il-Gvern sejjer ħażin ħafna u anke jekk mhux ħafna nies jagħmlu konnessjoni diretta bejn il-korruzzjoni u l-but, id- dellijiet li qed jintefgħu fuq il-Gvern huma mudlama u inkwetanti. Tliet snin wara...fejn qed Il-pajjiż fl-aħħar tliet snin ra tkabbir qawwi ekonomiku. Malta hija fost l-aqwa pajjiżi fl-UE f 'termini ta' tkabbir u tinsab ma' pajjiżi meqjusin bħala ġganti ekonomiċi, bħall-Ġermanja. L-aħħar ċifri juru tkabbir ta' 6.3% fl-ekonomija matul l-2015, li jista' jitqies fost l-akbar tkabbir fi snin twal. Apparti minn dan, skont ċifri tal- Eurostat, jeżisti ottimiżu fost il- Maltin li l-ekonomija se tkompli tikber. Il-Gvern preżenti wera li kapaċi jimmaniġġja l-ekonomija b'mod effiċjenti ħafna. Fadal iżda faxxa konsiderevoli ta' nies li dan it-titjib għadhom mhux qed iħossuh. Għalihom, dan it-tkabbir għadu jfisser ftit li xejn. Fit-turiżmu, Malta qed tesperjenza rekords. L-aħħar ċifri juru li l-2016 bdiet b'żidiet qawwija. Fil-fatt, f 'Jannar kienet reġistrata żieda ta' 15% fit-turisti li ġew Malta, żieda ta' 7% fin- nefqa (€65.3m) u żieda ta' 9% fin-numru ta' ljieli li qattgħu pajjiżna. Dawn iż-żidiet ikomplu fejn ħallew żidiet oħrajn matul l-aħħar xhur. L-industrija tal-films ħalliet €100 miljun fil- pajjiż, li huwa rekord. Qed jiżdied in-negozju ta' boutique hotels u t-turiżmu intern lejn Għawdex, li qed jesperjenza żidiet kbar ukoll. Minkejja dan, għad hemm bżonn li jkun imtejjeb il-prodott, speċjalment f 'investiment infrastrutturali tant meħtieġ f 'Buġibba/ Qawra. Il-Gvern jeħtieġ jiġġieled bis-serjetà l-problema ta' abbuż fl- impjiegi fit-turiżmu. Fl-edukazzjoni, dan il- Gvern qed ikun effettiv fl-inizjattivi favur edukazzjoni inklussiva. Fost l-aktar inizzjattivi pożittivi hemm l-Alternative Learning Programme u l-ħidma tal-Gvern għal politika kontra l-bullying. Esperiment li ħadem, minkejja l-biża', kienet definittivament il-ko- edukazzjoni. Il-Gvern wettaq xogħol estensiv ta' manutenzjoni f 'diversi skejjel u ħabbar il-bini ta' skejjel ġodda, bl-ewwel waħda li tkun lesta għandha tkun ta' San Pawl il- Baħar. It-track record tajjeb tal- Gvern kien imċajpar xi ftit bil- kwistjoni tal- American University of Malta fejn kienu qamu mistoqsijiet dwar jekk hux qed jitbaxxew ċerti livelli biex ikun akkomodat dan l-investiment. Ir- riżultati tal-inizzjattivi tal-Gvern għad iridu jagħtu l-frott, jiġifieri l-ġudizzju finali għad irid ikun stabbilit. Minkejja lmenti persistenti fl-ewwel xhur, jidher li kien hemm progress notevoli fil- qasam tas-saħħa. Il-lista ta' mediċini out of stock niżlet minn madwar 600 għal ftit waħdiet u l-lista ta' stennija kienet imnaqqsa b'mod drastiku. Kien hemm tibdil fil-ħinijiet li fihom isiru l-operazzjonijiet u estensjoni tal-ħinijiet taż-żjarat. Il-problema ta' pazjenti fil-kurituri hija aktar staġjonali milli permanenti, u tkabbar il-bini tal-emerġenza. Tlesta x-xogħol u infetaħ l-Isptar tal-Onkoloġija u kien iffirmat ftehim ma' Barts u mal-Queen Mary University of London. Din is-sena se jibdew jitqassmu l-mediċini fid-djar ta' anzjani bi problema ta' mobbiltà. Il-Gvern ħabbar proġett kbir għal San Luqa, proġett relatat mas- saħħa f 'Pace Grasso u ċentru tas-saħħa ġdid għaż-Żurrieq. Dawn il-proġetti, huma ambizzjużi, imma għadhom fuq karta. Ġudizzju jsir meta jibda x-xogħol u jkunu operattivi. Is-suq tax-xogħol jinsab f 'qagħda tajba ħafna. Il- qgħad qiegħed fl-inqas livelli li qatt kien kemm ilha tiġbor statistika l-Eurostat. B'rata ta 5.1%, Malta tikklassifika flimkien mal-Ġermanja u r-Republika Ċeka bħala t-tielet pajjiż fl-UE bl- inqas rata ta' nies ifittxu impjieg. Il-qgħad fost iż- żgħażagħ huwa fost l-aktar baxx fi snin u fost il-pajjiżi tal-UE. L-aħħar ċifri sa Settembru 2015 juru żieda ta' 4.2% fl-impjiegi full time, b'7,000 minn dawn imorru fis- settur privat u 38 biss fis-settur pubbliku. Kienet reġistrata wkoll żieda ta' 650 impjieg self employed. Il-Gvern ma ġabx il- qgħad li kien previst li se jġib, imma jifdallu jiġġieled ħafna aktar ix-xogħol prekarju u jindirizza l-pjaga ta' xogħol abbużiv u illegali f 'diversi setturi. 9/10 8/10 7/10 6/10 8/10 Ekonomija Turiżmu Xogħol Saħħa Edukazzjoni