Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Sports 32 Il-Business Model tal-MFA - il-fatti NHAR it-tlieta li għadda, fis-Sala taċ-Ċentinarju f 'Ta' Qali saret laqgħa ferm dettaljata indirizzata mill-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo, fejn fiha ngħataw il-fatti u dettalji kollha rigward il-Business Model li tant ilu jissemma' fix- xena tal-futbol lokali f 'dawn l-aħħar xhur. L-ispjegazzjoni mogħtija minn Norman Darmanin Demajo xejnet kull tip ta' kritika mill-pubbliku sportiv Malti, speċjalment fuq il-mezzi soċjali li saru f 'dawn l-aħħar ġimgħat, fejn intwera biċ-ċar li t-tentattivi kollha li qed isiru mill- amministrazzjoni tal-MFA qed isiru għal skop wieħed biss - għall-akbar ġid tal- futbol Malti. Norman Darmanin Demajo beda biex semma' li permezz ta' dan il- Business Model, żdiedu opportunitajiet għall- involviment tal-partirarji fil-futbol. Intant, sar magħruf ukoll kif il- klabbs tal-Premier qablu bejniethom fuq il-proposta li saret lilhom mill- amministrazzjoni tal-MFA mmexxija minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo sabiex mill- istaġun 2016/17 tiddaħħal is-sistema tas-season ticket anki f 'pajjiżna fil- Kampjonat Premier, li tant hi popolari f 'pajjiżi oħra Ewropej f 'Kampjonati maġġuri. Fost l-iktar punti importanti li semma' l-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo, u li jiffurmaw in- nukleu ta' dan il-Business Model, hemm l-imsemmi introduzzjoni tal-kunċett tas-season ticket sa mill- istaġun li ġej, kif ukoll l-ammont ta' timijiet fil-Kampjonat Premier fl- istaġun suċċessiv 2017/18, li mistenni jiżdied għal 14. U propju kien dan il-fatt li fost l-oħrajn qajjem kontroversja kbira mill- pubbliku sportiv Malti għax skont ħafna persuni, f 'Malta hawn wisq klabbs tal-futbol u barra minn hekk, 14-il tim huwa ammont kbir wisq għall- Premier fejn ikun qed jinħass distakk kbir bejn it- timijiet ta' fuq u tal-qiegħ. Iżda, Norman Darmanin Demajo qal li ma jara xejn ħażin li timijiet tal-futbol meqjusa bħala żgħar jingħataw iċ-ċans li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. U anki rigward min jafferma li f 'Malta, hawn wisq klabbs tal-futbol, huwa qal li ma jafx x'kien hemm ħażin li raħal partikolari, barra li jkollu knisja u każin taż-żewġ partiti politiċi, ikollu wkoll tim tal-futbol jirrapreżentah. Hekk pereżempju huwa ġab l-eżempju tal-Ingilterra fejn interessanti huwa l-fatt li fl-aħħar 20 sena, xejn inqas minn 47 klabb Ingliż differenti ħa sehem fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż, jiġifieri l-Kampjonat Premier. Norman Darmanin Demajo kompla biex ta dettalji rigward is-season ticket li se jkun jiswa' €230 inkluża l-VAT u li se jkun mibjugħ mill- klabbs tal-Premier. Dan biex huma jkunu jistgħu jdaħħlu somma finanzjarja immedjata sa mill-bidu tal-istaġun. Il-president tal-MFA saħaq li għadu mhux ċert kemm se jkun l-ammont tal-biljett biex wieħed jidħol fil-grawnd biex jara lill-benjamini tiegħu, jekk ikunx jiswa €10 jew €12 biex b'hekk se tkun innutata żieda mill- prezz tal-entratura ta' €7 b'€1 minn dan l-ammont imur għar-responsabbiltà soċjali imħaddna mill- MFA, fejn jiġu mgħejjuna persuni inqas ixxurtjati minna. Norman Darmanin Demajo tenna li partitarju veru għandu jsegwi lit-tim tiegħu kemm fil-bnazzi kif ukoll fil-maltemp. Huwa semma' b'mod partikolari l-eżempju ta' Birkirkara, fejn tenna li f 'Lulju li għadda, għax dawn affrontaw lit-tim ewlieni Ingliż, West Ham United, kien hemm eluf kbar ta' partitarji jsegwu lill-Istripes fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u llum li l-affarijiet mhux qed jidhru daqstant sbieħ għalihom, il-partitarji tagħhom fl-istadia diversi f 'Malta naqsu bil-bosta. Norman Darmanin Gradwazzjoni għal numru ta' studenti fl-istil 'Dragon Kung Fu' IS-SENA 2016 bdiet fuq nota tajba għal Malta Self-Defence Academy. Apparti l-fatt li din is- sena din l-iskola tagħlaq 10 snin topera ġewwa Malta, f 'Jannar, numru ta' studenti li bħalissa qed jipprattikaw l-Arti Marzjali tal-Kung fu ġewwa din l-akkademja temmew eżamijiet tal- gradwazzjoni tagħhom billi wrew livell għoli ta' profiċjenza f 'din l-arti marzjali Ċiniża. Taħt il-gwida tal- instructor, Sifu Mark Spiteri (li huwa assistit min Daniel Portelli), dawn l-istudenti wrew il-ħiliet tagħhom f 'numru ta' tekniċi varji, bħal varjetà wiesa' ta' kicks u punches, kif ukoll modi kif tilqa' (blocks). Urew ukoll numru ta' movimenti msejħa taolu kif ukoll firxa sħiħa ta' tekniċi realistiċi ta' awto-difiża kontra persuni differenti. Wara dawn l-eżamijiet, saret ċerimonja fil-bini tal- klabb ġewwa Santa Venera, fejn dawn l-istudenti ingħataw iċ-ċintorini u ċ-ċertifikati tagħhom fil- preżenza tal-membri kollha f 'din l-iskola. Sifu Mark kellu kliem ta' tifħir għall- istudenti kollha tiegħu li ilhom jitħarrġu għal xhur sħaħ għal dawn l-eżamijiet. Huwa faħħar ukoll numru ta' studenti avvanzati li diġà qegħdin jitħarrġu għall- eżamijiet tagħhom għal nofs is-sena. L-istudenti li ħadu ċ-ċintorin f 'dawn l-eżamijiet kienu: Yellow Sash – Yanik Galea, Jonathan Spagnol, Noel Galea Orange Sash - Neville Fenech, Sean Fenech, Luke Fenech, Colette Sciberras, Albert Portelli Green Sash – Cheryl Tonna Il-Malta Self-Defence Academy toffri firxa vasta u varjata ta' klassijiet tas-Self- Defence li jiġu ddisinjati apposta skont il-bżonn tal-klijenti differenti. B'dan il-mod, l-għan ewlieni jintlaħaq iktar faċilment waqt il-lezzjonijiet. Apparti min dan, matul is-sena, din l-akkademja toffri wkoll lezzjonijiet ta' kull ġimgħa fl-istil 'Dragon Kung-fu'. Il-Malta Self-Defence Academy qiegħda tilqa' applikazzjonijiet minn persuni li huma interessati li jingħaqdu fil-klassijiet fil- Kung-fu (tfal jew adulti). L-istudenti li ggradwaw fl-istil 'Dragon Kung-fu' flimkien mas-'Sifu' Mark Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016