Illum previous editions

ILLUM 13 Marzu 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/652695

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

MANCHESTER City temmew il-konfront barra minn darhom kontra Norwich City, fi draw ta' mingħajr gowls, biex b'hekk nistgħu ngħidu li issa t-tamiet tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingiltetra fi tmiem l-istaġun, huma kważi mitmuma għal kollox. Dan hekk kif huma jinsabu xejn inqas minn disa' punti taħt il- leaders, Leicester City li qed jokkupaw il-quċċata tal-klassifika b'60 punt. Intant, f 'konfront min- naħa ta' isfel tal-kalssifika, AFC Bournemouth ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 3-2, bit- tliet gowls għalihom jaslu minn Max-Alain Gradel, Joshua King u Steve Cook. Min-naħa l-oħra, iż- żewġ gowls għal Swansea City waslu minn Modou Barrow u Gylfi Sigurdsson fid-39 u fit-62 minuta rispettivament. F'konfront ieħor, Southampton barra minn darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1 biż- żewġ gowls għas-Saints jaslu minn doppjetta tal-internazzjonali Taljan, Graziano Pellè, fil-11 u fit- 30 minuta rispettivament. Tajjeb ngħidu li Southampton temmew il-konfrot jilagħbu b'10 plejers, meta propju fid-90 minuta, tkeċċa għalihom il-plejer Sadio Mane. Min- naħa l-oħra, Stoke City, naqsu l-marġni tal-iskor fit-52 minuta, permezz ta' Marko Arnautovic. illum Il-Ħadd 13 ta' Marzu 2016 Manchester City miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls minn Norwich City RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 12 ta' Marzu Norwich C. vs Manchester C. 0-0 Bournemouth vs Swansea C. 3-2 Stoke City vs Southampton 1-2 Il-Ħadd 13 ta' Marzu 17:00 Aston Villa vs Tottenham H. It-Tnejn 14 ta' Marzu 21:00 Leicester C. vs Newcastle U. Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 13 ta' Marzu 12:30 ChievoVerona vs AC Milan 15:00 Carpi vs Frosinone 15:00 Fiorentina vs Hellas Verona 15:00 Genoa vs Torino 15:00 Udinese vs Roma 20:45 Lazio vs Atalanta 20:45 Palermo vs Napoli Sports 30 Illum issir il-Finali tal-Kampjonat Assikura Insurance Brokers Ltd BĦALMA ġara f 'dawn l-aħħar staġuni, l-ewwel kampjonat tas-sena huwa dak sponsorjat mill-Kumpanija tal- Assikurazjoni, Assikura, għall-klassijiet Gold u Bronze. It-tiġrijiet kwalifikattivi tal-Klassi Gold saru l-Ħadd 14 ta' Frar fejn total ta' 65 żiemel ħadu sehem f 'sitt tiġrijiet li minnhom 24 għaddew għas-semi finali li saru l-Ħadd 28 ta' Frar li għadda. Minn dawn iż-żewġ semi-finali, ikkwalifikaw l-10 finalisti li jinkludu ħames rebbieħa tat-tiġrijiet kwalifikattivi. Sfortunatament, nhar il-Ħamis 3 ta' Marzu li għadda, ġiet skraċċjata d-debba Made In Hoff, biex għalhekk se jkunu biss disa' żwiemel li jieħdu sehem fil-finali. Il-finali se ssir illum, u mistennija tkun waħda ferm kumbattuta, peress li ż-żwiemel finalisti diġà wrew il-potenzjal tagħhom, għalkemm uħud minnhom għadhom relattivament ġodda f 'pajjiżna. Fost dawn għandna tnejn li ħarġu rebbieħa kemm fil-heats kif ukoll fis-semi finali. Dawn huma Power To Be u Royal In, b'dan tal-aħħar iġorr l-unur tal-aktar żiemel konsistenti l-istaġun li għadda. Intant, din t'hawn taħt hija l-lasta ta' kif se jitilqu ż-żwiemel finalisti wara l-karozza tat-tluq: 1. Energitj 2. Quefi des Caillons 3. Magic Broline 4. Qurieux du Ponchet 5. Palazio Valterne 6. Power to Be 7. Lover Roc 8. Madrileno 9. Royal In Il-premjijiet ta' din il- finali se jkunu €900 - €400 - €200 - €100 Sadanittant is-Sibt u l-Ħadd 20 u 21 ta' Frar ingħata bidu wkoll għall- kampjonat riservat għal żwiemel tal-Klassi Bronż. B'kollox saru disa' tiġrijiet li fihom ħadu sehem total ta' 95 żiemel biex 36 żiemel ikkwalifika għas-semifinali li saru nhar is-6 ta' Marzu li għadda. Il-finali se ssir nhar is-Sibt li ġej, u l-premjijiet ikunu €450 - €200 - €100 - €50. It-trofej li se jkunu qed jingħataw lir-rebbieħa tal-Kampjonat Norwich City u Manchester City jispiċċaw fi draw ta' mingħajr gowls

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 Marzu 2016