Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
NEWSPAPER POST Nr 494 • 03 t' April 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Fyodor Zammit Ara paġni 34 u 35 minn Veronica Lynn Mizzi L-EWWEL indikazzjonijiet huma li Karl Gouder, kandidat tal-PN u sindku ta' San Ġiljan se jkun il-favorit biex jieħu post Albert Fenech li lbieraħ irreżenja minn deputat parlamentari f 'isem il-PN. Din ir-riżenja tiġi fid-dawl tal-fatt li Fenech se jkun qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Mediku u Kap tad- Dipartiment tal-Kardjoloġija l-ġdid fl-isptar San Luqa u l-Isptar t'Għawdex. Dawn iż-żewġ sptarijiet huma parti mill-proġett ta' €200 miljun li ħabbar il-Gvern preżenti s-sena li għaddiet. Intant, f 'kummenti ftit wara li tħabbret ir-riżenja, id-deputat Laburista, Franco Mercieca qal li Albert Fenech kien sfurzat jirreżenja mill-PN għax skontu, l-Oppożizzjoni hi determinata li "tnaffar dan l-investiment." Gouder il-favorit wara r-riżenja ta' Albert Fenech Tkompli f 'paġna 2 Karl Gouder 'Il-Laburisti xebgħu jaqilgħu issa' HAWN blogger ġdid. U bħalissa għaddejja gwerra sħiħa onlajn. Gwerra ta' kliem u mhux armi, bejn Daphne Caruana Galizia fuq naħa, u Glenn Bedinfield fuq in-naħa l-oħra. Iżda f 'intervista mal-ILLUM, Bedingfield huwa ħerqan biex iżomm 'il bogħod minn kull tixbih li qed isir bejn il-blog tiegħu, u dak tar-rival tiegħu mill-Bidnija. Mal- ILLUM jgħid li jħossu offiż li jitqabbel ma' Caruana Galizia għax "qatt m'għajjart lin- nies u qatt m'attakkajt b'mod personali." Minkejja dan, Bedingfield jgħid ukoll li issa l-Laburisti qalgħu biżżejjed fuq wiċċhom, u li wasal iż- żmien li "nesponu lin- Nazzjonalisti wkoll." Il-blogger Laburista jammetti li l-partitarji Laburisti jbatu minn sens ta' inferjorità, bil-kuntrarju tal-PN jew uħud mill-mexxejja tiegħu, li skont Bedingfield, iħossuhom superjuri. Glenn Bedingfield Ma jridx min iqabblu ma' Daphne Caruana Galizia Ara intervista f 'paġni 10 u 11 Il-'Patrijotti' se jtuha għall-elezzjoni minn Albert Gauci Cunningham L-ILLUM għandha informazzjoni li din il- ġimgħa, preċiżament nhar il-Ġimgħa li ġej, l-Għaqda Patrijotti Maltin, magħrufa għall-kritika voċifera tagħha kontra l-immigrazzjoni, kontra dik li ssejħilha l-integrazzjoni 'sfurzata', kif ukoll ma' ġesti relatati mal- perżut, se tkun qed tħabbar li se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Mal-ILLUM, Henry Battistino, li huwa kelliem ewlieni tal- istess għaqda, la kkonferma u lanqas ċaħad l-informazzjoni li għandha din il-gazzetta għalkemm ikkonferma li nhar il-Ġimgħa, l-għaqda se tkun qed toħroġ invit għall- midja biex tħabbar "żvolta importanti." Mistoqsi x'inhi din l-iżvolta huwa qal li ma xtaqx jikkumenta għalkemm qal ukoll li se tkun, "xi ħaġa importanti għall-pajjiż", li skontu għandu "l-futur tiegħu mhedded." Qed isejħulha 'żvolta importanti għall-pajjiż' Tkompli f 'paġna 5 Il- 'Patrijotti' fl-aħħar protesta fil-post fejn Musulmani kienu qed jitolbu