Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/661114
Il-Ħadd 03 t'April 2016 | illum Aħbarijiet 3 'Is-self misskhom tlabtuh meta nieskhom kienu bla impjieg' Eksimpjegat tal-PN dwar is-self ta' €10,000 li qed jitlob il-PN minn Albert Gauci Cunningham "IS-SELF li qed tittallbu għalih illum, misskhom tlabtuh meta konna spiċċajna b'mannara fuq rasna u eventwalment tkeċċejna mill-impjieg tagħna mal-Partit Nazzjonalista. Issa qed tittallbu l-flus? Biex tħallsu l-pagi kbar meta lili lanqas skema ta' rtirar m'offrejtuli?" Hekk sostniet irrabjata persuna li kienet taħdem fl-Istamperija, illum id-Dar Ċentrali tal-PN, għal 43 sena u li tkeċċiet mix-xogħol ftit wara l-aħħar elezzjoni minħabba l-problemi finanzjarji u djun li għadhom qed jifnu lill-PN bħalissa. "Dħalt naħdem hemm fl- 1970, saħansitra qabel ħarġet l-ewwel pubblikazzjoni tal-ġurnal in-Nazzjon. Kont l-aktar persuna li domt hemmhekk, sakemm ġew l-intoppi u spiċċajt barra l-impjieg mingħajr lanqas biss flus tal-irtirar." Dan l-eksimpjegat tal-PN fakkar fl-għajtiet biex isiru s-sagrifiċċji mill-ħaddiema, "għaliex dakinhar ma marrux jittalbu kif qed jagħmlu llum, biex min ried jgħajjex familja seta' jagħmel dan? Għaliex ma marrux jittalbu s-self, biex tal-anqas kienu jtuna s-somma? Ġew jagħtuna ktieb biex mingħalihom jgħadduna biż-żmien, insomma lili lanqas ktieb ma tawni." Dan l-eksimpjegat, jgħid li hu kien segretarju fil- Kumitat, kien kunsillier tal- PN, u attivist għal snin twal, "imma mbagħad irmewni bħal ma rmew lil ħaddieħor. Dakinhar misshom marru jittallbu s-self!" Dan l-eksimpjegat tal-PN għal 43 sena staqsa hekk, "Meta jien kont imkeċċi, Ann Fenech u Simon Busuttil, hemm kienu fil-partit. Għax ma ġiethomx din l-idea dakinhar?" Huwa jallega li s-self qed jintalab issa, "biex iħallsu għal pagi viljakki għas-skapitu ta' nies li damu jaħdmu hemm snin twal." Ma' din il-gazzetta huwa kompla jgħid li din l-attitudni ilha ġejja, saħansitra minn qabel l-elezzjoni, "fejn biex nidħlu fir-raba' sular tal- istamperija konna rridu nuru card. Daqshekk konna fdati. L-aqwa li l-kuntratturi deħlin u ħerġin u rajthom b'għajnejja dawn l-affarijiet jien." Huwa jtemm jgħid li din tas-self weġġgħatu għax "tefgħet aktar melħ fuq il-ferita. Mal-feriti l-oħrajn li kellna, bħal meta l-eks- Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier mar ħa vaganza waqt li l-impjieg tagħna kien mdendel." Huwa jistaqsi "x'sar minnhom l-eluf kbar, qrib il-miljun, li kienet qed tagħmel il-Eurotours, biex issa spiċċaw f 'dejn ta' madwar €250,000? Basta bnejna stamperija ġdida, li kważi dejjem vojta. Qisna bnejna qabar lussuż." L-eksimpjegat isejjaħ il-bini l-ġdid tad-Dar Ċentrali bħala "qabar lussuż" Tal-majjalati mixwijin mill-MEPA ....il-Mepa ma tweġibx mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar l-għeluq JIDHER li bħalissa mhuwiex biss il-ħanżir li qed jinxtewa' għall-ikel imma wkoll numru ta' proprjetarji ta' postijiet li jservu l-ikliet, tant popolari ma' diversi Maltin, magħrufin bħala 'majjalati'. L-ILLUM hija infurmata li numru ta' postijiet fejn jisserva dan it-tip ta' ikel, ġew magħluqin mill-MEPA, fosthom post partikolari fl-akwati ta' Ħaż-Żebbuġ. Apparti dan, grupp ta' nies li kellhom festini ppjanat f 'post magħruf sew għall-majjalati għamlu kuntatt ma' din il-gazzetta u spjegaw kif dan il-festin kien ikanċellat fl-aħħar minuta. L-ILLUM għamel kuntatt mal-istess post fejn jiġi servut il-majjal mixwi, bil- proprjetarji jikkonfermaw li bħalissa qed ifitxu post ġdid hekk kif jidher li l-MEPA qed tissikka ċ-ċintorin fil-konfront ta' numru ta' postijiet li fihom ikunu organizzati dawn it-tip ta' ikliet. L-ILLUM bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-MEPA li sal-ħin tal-publikazzjoni kienet għandha mingħajr risposta għalihom. Din il- gazzetta staqsiet lill-MEPA tikkonferma li ttieħdet azzjoni kontra persuni jew negozji li jorganizzaw il- majjalati. Staqsiet ukoll fuq kemm-il post simili ttieħdet azzjoni, u fl-aħħar liema kienu dawk ir-raġunijiet li għalihom ittieħdet din l-azzjoni. Minkejja li bgħatna dawn il-mistoqsijiet nhar it-Tlieta li għadda, bqajna bla risposta. Sadanittant, apparti l-majjal, bħalissa anke min isajru qed jinxtewa. 81,386 turist f 'pajjiżna fi Frar 81,386 turist żaru pajjiżna matul Frar ta' din is-sena, li hija żieda ta' 9.7% fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel. Ġiet reġistrata żieda ta' 7.9% fuq it-turisti li ġew minn pajjiżi tal-UE, li jammonta għal 69,264 meta mqabbel ma' Frar tal-2015. L-akbar ammont ta' turisti li ġew Malta kienu ta' bejn l-45 sena u l-64 sena, bil- grupp ta' warajhom ikunu t-turisti ta' bejn il-25 u l-44 sena. L-ammont ta' ljieli mqattgħin hawn Malta żdiedu b'10.4% fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel, bit-total ta' ljieli li jqattgħu hawn Malta żdiedu għal 581,394 lejl. L-infiq totali wkoll żdied bi ftit iktar minn 9%, bl- infiq ikun dak ta' €57.8 miljun fuq Frar 2015. L-iljieli li tqattgħu Malta, wkoll żdiedu b'iktar minn 9% meta l-iljieli qabżu l-1.2 miljun lejl. Huwa wkoll stmat li kull turist nefaq madwar €742, li huwa tnaqqis ta' madwar 3%. Frar ta' din is-sena wkoll ra l-akbar numru ta' turisti ġodda, f 'dawn l-aħħar tliet snin, b'53,959 minnhom iżuru Malta għall-ewwel darba.