Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 499 • 08 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' ma' Fabrizio Ravanelli Ara paġni 34 u 35 Ma jaċċettax • Silvio Valletta ma jaċċettax li jsir Kummissarju tal-Pulizija • Mhux eskluż li jinħatar Lawrence Cutajar minn Albert Gauci Cunningham L-ILLUM tista tiżvela li fost il-persuni li ġew avviċinati biex jokkupaw il-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija kien hemm l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta. Is-sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM qalu li minkejja li Valletta kien ikkunsidrat bħala kandidat mill-aktar idoneu għall-kariga, hu m'aċċettax. Għalkemm għadu mhux ċar x'inhuma r-raġunijiet kollha għal dan ir-rifjut, dawk li tkellmu magħna qalu li waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn Valletta ma xtaqx li jokkupa l-ogħla kariga fil-korp kien minħabba l-kariga politika ta' martu, Justyne Caruana. Nies li tkellmu ma' Valletta qalu li l-Assistent Kummissarju jħoss li l-fatt li Caruana hija Membru tal-Kabinett u persuna prominenti fil-Partit Laburista, seta' jitfa' wisq piż u dell fuq l-operat tiegħu kieku aċċetta li jkun fit-tmun tal-Korp. Intant l-ILLUM hija nfurmata li f 'dan l-istadju, il-Gvern mistenni jżomm lil Lawrence Cutajar bħala Aġent Kummissarju, u li għall-futur, mhux jeskludi li jaħtar lill-istess Cutajar bħala Kummissarju tal-Pulizija. Din il- gazzetta bagħtet numru ta' mistoqsijiet lill-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali. Ir-risposta li rċevejna kienet biss li deċiżjonijiet lil hinn mill- ħatra ta' Cutajar bħala Aġent Kummissarju, "se jittieħdu f 'mument ieħor" Tkompli f 'paġna 9 'Irrid nara l-qalb soċjali tħabbat' Ira - Beda d-deni tal-Eurovision Ara paġna 17 Ara paġni 6-7

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016