Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

D ik li qed ngħixu llum f 'pajjiżna hija esperjenza pożittiva ta' ġenerazzjoni rebbieħa. Irġiel, nisa, żgħażagħ u anzjani Maltin u Għawdxin li, anke jekk ma jaqblux f 'kollox, għażlu li jiskartaw is-sens ta' inferjorità u jingħaqdu f 'mentalita ta' ottimiżmu. Hija din il-ġenerazzjoni rebbieħa li Dr Joseph Muscat ried imexxi 'l quddiem sa mill-ewwel jum tiegħu fit-tmexxija tal-Partit Laburista. Kienet għażla ta' mexxej determinat li għaraf li biex tegħleb l-isfidi, irid qabel xejn ikollok il-fiduċja. Dak il-pass saħħaħ fija, l-ewwel wieħed, il-konvinzjoni li l-Partit Laburista, bħala d-dar naturali tiegħi, kien kapaċi jbiddel għall-aħjar il-ħajja tal-familji tagħna. Ħassejtni b'mod qawwi parti minn dik il-ġenerazzjoni rebbieħa li riedet tbiddel il-politika tal- passat fi proġett għall-preżent u l-futur. U hekk ġara. Il-Partit Laburista rebaħ l-appoġġ tal-poplu bl-ikbar mandat fl-istorja u beda x-xogħol tiegħu, b'rieda ġdida li n-nuqqas tagħha kien ilu jinħass sew. L-istess ġenerazzjoni rebbieħa li kienet għażlet bidla cara fl- istil tat-tmexxija, bdiet tbiddel lil Malta f 'qasam wieħed wara l-ieħor. Minn deficit eċċessiv għal ekonomija b'saħħitha. Minn income tax b'rata għolja għal waħda mnaqqsa. Minn kontijiet għoljin u żejt li jniġġeż, għal enerġija iktar irħisa u arja iktar nadifa. Minn medicini out-of- stock għal pazjenti moqdija. Minn diskriminazzjoni fuq l-orjentazzjoni sesswali għal drittijiet ċivili ġodda. Minn pensjonijiet staġnati għal żieda fil-pensjonijiet. Minn nuqqas ta' opportunitajiet għal persuni b'diżabbiltà, għal ftehim ma' min iħaddem fuq iktar xogħol għall- persuni b'diżabbiltà. Minn politiċi li għandhom il-protezzjoni taż-żmien fuq reati ta' koruzzjoni, għat-tneħħija tal-preskrizzjoni u protezzjoni liċ- ċittadini biex jikxfu lill-politiċi. Dawn il-bidliet, u ħafna oħrajn, għamlu d-differenza. Tixhed l-istatistika u r-rapporti mill- istituzzjonijiet, imma anke s-sentiment reali tan-nies. Għaliex din il- ġenerazzjoni tirrikonoxxi li partit fil- Gvern għandu jwettaq dak li jwiegħed, u għandu jwettaq tul il-ħames snin. Xejn ma ġara b'kumbinazzjoni. Il-politika hija mibnija fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet. Verament nemmen li s-suċċess jasal jekk tkun kapaċi tieħu d-deċiżjoni t-tajba fil-ħin it-tajjeb. Fadal ħafna xogħol xi jsir fis-sentejn li jmiss għal din il-leġislatura, li mbagħad iwassluna biex nitolbu l-fiduċja tan-nies għall-ħames snin ta' wara. Konvint li dan huwa mument kruċjali għall-pass li jmiss minn din il-ġenerazzjoni rebbieħa. Jien lest biex nagħti sehem iktar dirett, bis-saħħa kollha tiegħi, għal dan il-pass li jmiss. Kien għalhekk li fil-jiem li għaddew ħabbart li qiegħed noffri li nservi lill-Partit Laburista bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Ħadt din id-deċiżjoni, kif nagħmel ta' kuljum, b'serenità u kuraġġ wara li smajt il-fehma ta' bosta delegati u membri tal-Partit Laburista. Apprezzajt ħafna t-talbiet tagħhom biex jiena nagħti kontribut fil-Partit Laburista li tant iħobb. Iżda iktar minn hekk, ammirajt l-aspirazzjonijiet li għandhom, u fejn iridu li jmur il-Partit f 'dan il-pass li jmiss. Naqbel magħhom fuq punt kruċjali: il-kariga ta' Deputat Mexxej trid tagħti stabbiltà u dinjità. Dawn huma żewġ ingredjenti li ma nistgħux ngħaddu mingħajrhom fiż- żmien li ġej. Għaliex ituna s-serħan il-moħħ, it-trankwillità, l-awtorità biex niffukaw għal kollox fuq il-ħidma, il-kisbiet u l-pjan tagħna għal Malta aħjar. Irridu nifhmu li bħalissa pajjiżna għandu Oppożizzjoni bl-iktar Kap dgħajjef fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista u għalhekk, l-unika arma tagħha hija l-attakki personali. Huwa ċar li se jkun hemm strateġija aggressiva fejn isegwu kull pass tagħna, ifittxu fuqna u jidħlu fil-ħajja privata tagħna biex ikollhom ċans jattakkaw lill-Partit Laburista. Dan ipoġġi fuqna piż ikbar minn qatt qabel fuq l-imġiba tagħna. Bir-rispett kollu, m'aħna se nieħdu ebda lezzjonijiet minn Simon Busuttil. Imma n-nies, bir-raġun, tistenna mingħandna l-ogħla livell ta' korrettezza wara 25 sena ta' skorrettezzi. 'The worst is yet to come' mill- Oppożizzjoni. La ma tistax tilgħab, se tkompli tipprova tħassar. Propju għalhekk aħna rridu nwieġbu bl- istabbiltà u d-dinjità. Ix-xogħol immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat jrid ikompli jieħu spinta 'l quddiem, bla ma nħallu lil xejn u lil ħadd itappan ħidmietu u fl-istess waqt b'enerġija bla preċedent. L-ideat għal pajjiżna u l-konvinzjoni għandhom ikunu r-risposta għall- istrateġija negattiva ta' Simon Busuttil. Aħna differenti u għalhekk il-poplu fdana. Jien irrid li l-Partit Laburista jkun sod fit-tħaddim tal-valur tal- ġustizzja soċjali f 'pajjiżna. Naf x'jiġifieri. Ġej minn background umli, familja ta' nies li jgħixu bil-paga. Dejjem ħdimt u stinkajt biex nimxi 'l quddiem. Issa, dak li għixt jien tul is-snin, nixtieq inkun f 'pożizzjoni li nwettqu għal ħaddieħor. Irrid li kull tifel u kull tifla f 'pajjiżna, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin, ikollhom l-opportunità jirnexxu, jagħmlu suċċess fis-soċjetà tagħna. Inweġġa' ħafna meta nidħol f 'dar u nsib familja li qatgħet qalbha mill-futur. Bl-użu tal-aqwa għodda għas-solidarjetà soċjali, jiġifieri l-edukazzjoni u x-xogħol, jien inħoss dmir u responsabbiltà li nkompli nagħti n-nifs kollu tiegħi biex aktar familji jingħataw imbottatura 'l fuq billi Malta ssir dejjem aktar l-art tal- opportunitajiet għal kulħadd. Irrid inkun fuq quddiem nett biex il-Partit Laburista jsus wara l-Gvern biex jaqta' iktar il-faqar, jiġġieled iktar kontra l-prekarjat u jtejjeb iktar il- kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha. Hija din il-qalb soċjali li rrid nara tħabbat f 'kull ħin u kull mument tal-ħidma u l-impenn tiegħi u tal- Partit Laburista b'risq il-Maltin u l-Għawdxin, l-aktar dawk fil-bżonn. Id-delegati tal-Partit Laburista jafu li fl-aħħar konferenza ġenerali, flimkien emendajna l-istatut biex inwessgħu l-għażla ta' Deputat Mexxej għall- Affarijiet tal-Partit b'mod li anke Membri Parlamentari jkunu jistgħu jikkontestaw biex jagħtu s-sehem tagħhom. Ħadna din id-deċiżjoni, fuq parir tal-Prim Ministru stess, għaliex nifhmu li hemm bżonn ta' sinerġija aħjar bejn il-Partit Laburista u l-Gvern. Fid-diskussjonijiet li kelli mad- delegati Laburisti fl-aħħar żmien, stajt nifhem iktar ix-xewqa ġenwina tagħhom għal iktar attenzjoni. Filwaqt li l-istampa l-kbira fil-ħidma tal-Gvern tista' tidher bħala waħda li taqta' lill- politiku minn mal-għeruq tiegħu, jien konvint li l-ħidma tal-Gvern tista' tkun waħda li torbot intrinsikament mal- bżonnijiet u l-ambizzjonijiet tan-nies tagħna. Għalhekk ikkommetejt ruħi magħhom li, jekk ningħata l-fiduċja bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, se nkun qed niftaħ ħin u spazju ġdid u regolari, b'mod strutturat biex id-delegati, membri u attivisti ukoll jagħtu l-parti tagħhom fis-suċċess li qed jagħmel il-Partit tagħhom fil-Gvern b'risq pajjiżna. Qed inħares 'il quddiem b'entużjażmu għal din il-missjoni politika. Dan il-pass li jmiss irrid nimxih flimkien mal-ġenerazzjoni rebbieħa billi nkompli nkattar l-ottimiżmu, naħdem għall-bidla li qed isseħħ u niddedika ruħi biex bil-ġenerazzjoni ta' aktar ideat pożittivi għal Malta, il-Partit Laburista jikkonvinċi aktar li huwa l-għażla naturali tal-progressivi u l-moderati f 'dan il-pajjiż li tant ngħożżu. Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Il-pass li jmiss tal-ġenerazzjoni rebbieħa "Hija din il-qalb soċjali li rrid nara tħabbat f 'kull ħin u kull mument tal-ħidma u l-impenn tiegħi u tal-Partit Laburista b'risq il-Maltin u l-Għawdxin, l-aktar dawk fil-bżonn" Owen Bonnici jħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ta' Deputat Mexxej tal-PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016