Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Jum l-Omm u kulħadd rama bil-fjuri ILLUM jiġi ċċelebrat Jum l-Omm, il-ġurnata li fiha miljuni kbar ta' nies minn madwar id-dinja jiftakru fl-aktar persuna għażiża għalihom. Il-jum li fih miljuni jiftakru f 'dik il- persuna li tagħthom il-ħajja. Matul il-ġurnata, ħafna se jkunu qed jirregalaw lill- ommhom oġġett ta' valur, kemm jekk valur monetarju imma wkoll jekk valur sentimentali. Min jagħti xi ħaġa tal-ħwejjeġ bħala rigal, min aċċessorju sabiħ jew xi fwieħa, min jagħti oġġett b'messaġġ sabiħ u min jagħti lill-ommu bukkett fjuri sabiħ. Jidher li din is-sena dawk li jixtiequ jagħtu bukkett fjuri lill-ommhom għandhom ħafna min fejn jagħżlu hekk kif prattikament f 'kull triq prinċipali u traffikuża, din il-gazzetta setgħet tinnota nies ibigħu l-fjuri bi bżieżaq u messaġġi jindikaw il-bejgħ tal-fjuri lill-omm. Minkejja l-kwistjoni tal-legalità ta' dawn il-ħwienet tat-triq, jidher li dawn kienu ferm popolari ma' ħafna nies, hekk kif ħafna li kienu qed isuqu waqfu biex jixtru xi bukkett jew pjanta lil ommhom. Lejn Raħal Ġdid l-ILLUM rat ukoll persuna tbigħ soft toys, kbar b'xi qalb kbira jew bil-kliem 'mum'. Apparti l-kummerċ li joħloq Jum l-Omm, illum ikunu l-mijiet li jgħaddu sal-Addolorata biex isellmu lil dawk l-ommijiet kollha li ħallew din id-dinja. Eluf ta' Maltin jinġabru biex isellmu, għal darb'oħra, lil dik il-mara tant għażiża għalihom li tathom il-ħajja. Kontra l-perċezzjoni ta' ħafna, Jum l-Omm mhux xi invenzjoni tal-lum, anzi jaf l-oriġini tiegħu lura għal żmien il-Griegi meta kien jiġi ċelebrat il-festival annwali ddedikat lill-allat tal-Maternità. Fil-fatt, il-Griegi kienu jqimu lil Rhea, meqjusa bħala alla- omm fiċ-ċiviliżazjoni. Anke r-Rumani kienu jiċċelebraw Jum l-Omm f 'festival ta' qima lill-alla Cibeles. Dan sakemm il-Kristjani bdew jiddedikaw jum għaċ-ċelebrazzjoni tal- Madonna, xi ħaġa li mbagħad, fir-Renju Unit ġiet estiża għall-ommijiet kollha. Iktar riċenti, mara Amerikana bl-isem ta' Anna Jarvis, illum meqjusa bħala l-fundatriċi ta' Jum l-Omm, bdiet tonora lil ommha li kienet mietet, permezz ta' fjuri tal-qronfol li kienet tħalli fil-knisja. U bħal Jarvis bdew jagħmlu ħafna oħrajn, tant li fl-1911 Jum l-Omm kienet iċċelebrata f 'ħafna stati Amerikani. Kulħadd rama bil-uri għal Jum l-Omm