Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

f 'kompetizzjonijiet regolari anke kontra atleti irġiel u toħroġ rebbieħa. Teċċella fil-preċiżjoni u teknika, u tintalab biex tagħti dimostrazzjonijiet tal-Ispirt Combat f 'Malta. Is-sena li għaddiet ngħatat ċertifikat ta' prestiġju minn Soke li hu l-Kbir tal-Ispirit Combat Internazzjonali. Finalisti: Jolene Debattista - Atheltix Athletics Club, Maria Farrugia – Gozo FC Sportiv tas-Sena: Charlton Debono – Athletix Athletics Club Charlton Debono kiseb bosta suċċessi matul is- sena li għaddiet, bl-ewwel wieħed ikun fl-10 ta' Frar fejn ġie l-ewwel fl-Attard 10km Road race, imbagħad fil-25 April ġie l-ewwel fil- Gozo 8 mile Race. Fis-17 ta' Ottubru, kiseb l-ewwel post fil-MAAA Road Running League Siġġiewi 5 km. Fil- 25 t'Ottubru ġie l-ewwel fil-Garmin Qawra 5 km race u fil-31 Ottubru ġie fl- ewwel post fil-MAAA Road Running League Maqluba 5 km. Fit-8 ta' Novembru ġie l-ewwel fiż-Zurrieq Wolves Express Trailers 10 km, u fil-15 ta' Novembru temm l-istaġun bl-ewwel post fin- Nadur 8 km Race. Finalisti: Marcello Attard– Gozo Clay target Association, Jason Vassallo– Gozo Billiards & Snooker Association Rikonoxximent Karriera Sportiva: Eddie Vella - Futbol Twieled 71 sena ilu in- Nadur. Beda l-karriera tal-futbol fl-istaġun 1960/61 man-Nadur Youngsters u kompla jkabbar il-karriera tiegħu meta qasam il-fliegu u lagħab ma' Vittoriosa Stars, Valletta, Balzan Youths, Gozo Football Association u MFA. Fl- 1966 beda jilgħab mat-tim Nazzjonali Malti bl-ewwel partita tkun kontra l-Libja f 'rebħa ta' 1-0, iżda l-akbar rebħa storika kienet dik ta' kontra Greċja ta' 2-0. Rebaħ diversi unuri ma' Valletta FC li kien captain tagħhom, rebaħ ukoll it- Trophy, Sons of Malta Cup, Independence Cup. U bħala kowċ tagħhom rebaħ ukoll it-Trophy u l-President's Cup fl-istaġun 1990/91. Fl-istaġun 1969/70 rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal- ewwel Diviżjoni, u fl-istaġun 1974/75, rebaħ il-'Footballer of the Year ta' Malta u b'hekk kien l-uniku plejer Għawdxi sa dak iż-żmien, li qatt irnexxielu jagħmel dan. Biex plejer Għawdxi ieħor rebaħ l-istess unur, kellu jistenna 35 sena meta fl-2009/10 rebaħ dan l-unur Shaun Bajada ma' B'Kara. Il-karriera ta' plejer ta' Vella intemmet meta kellu 30 sena u wara beda l-karriera ta' kowċ mal-Gozo Football Association, Shadyside Academy Pittsburgh USA, tal-Università, Żurrieq, Xagħra, Valletta u Għajnsielem. Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA Sportiva tas-sena: Clara Sciberras Żagħżugħ Promettenti: Matthew Scerri Uffiċjal tas-Sena: Mary Mifsud Ir-rebbieħa kollha flimkien mal-ġurati, preżentaturi, ministru u segretarji Parlamentari

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016