Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Intervista 10 Jipponta subgħajh lejn Simon T oni Abela dan l-aħħar kien fuq in-naħa negattiva tal-aħbarijiet. Dik li kellha tkun sfida ġdida u karriera ġdida għal Toni Abela spiċċat bħala esperjenza qarsa għalih, meta fl-interrogatorju li kellu quddiem il-Kumitat Parlamentari Ewropew dwar in-nominazzjoni tiegħu għal Awditur fil-Qorti Ewropea, irriduċiet lilha nnifisha f 'attakk sfrenat kontrih hekk kif bdiet tiċċirkola storja li kienet ħarġet lejlet l-elezzjoni tal-2013. Jidher li f 'dan il-mument, Toni Abela għaddej minn mument diffiċli, fejn anke effetwatu personalment, barra li tilef ukoll il-kariga li kien ilu jġorr jokkupa tmien snin bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Għalhekk iddeċidejna li niltaqgħu miegħu fl-uffiċċini tagħna u nsiru nafu eżatt x'ġara, x'qed jiġri u anke x'se jiġri fil- futur għal Toni Abela. "Dawn il-jiem għadni qed nara daqsxejn x'inhi l-pożizzjoni tiegħi speċjalment fid-dawl li nfetħu n-nomini għal deputat mexxej, għandi diversi għażliet barra l-politika u issa flimkien mal-familja tiegħi, (għax issa d-deċiżjonijiet li nieħu rrid neħodhom mal-familja tiegħi) irrid niddeċiedi l-futur tal- karriera politika tiegħi." Joseph Muscat qal li mhux se jindaħal fil-proċess tal-post vakanti li se jħalli Leo Brincat. Apparti minn dan, jidher li Clifton Grima se jkun qed jikkontesta biex jieħu dan il-post fil-Parlament f 'by-election. Dan ifisser li Toni Abela se jitlef iċ-ċans li jkun membru parlamentari billi jiġi 'co-opted'? Huwa jwieġeb mill-ewwel kif, "waħda mis- sitwazzjonijiet li b'xi mod jew ieħor ġiet esplorata hi li jkun hemm co- option fil-Parlament." Mistoqsi jekk jaċċettahiex Abela, qal li jqis kollox fil-jiem li ġejjin. Bla dubju li avveniment li affetwaw radikalment lil Toni Abela, fid-dawl li fi Brussell reġgħet ħarġet l-istorja tal-blokka l-bajda. Staqsejnih jekk jaħsibx li din l-istorja ġiet mitmugħa lil Brussell minn Malta u jekk jafx eżatt min kien responsabbli. Abela jwieġeb li,"diffiċli tindividwalizza persuna waħda, iżda żgur li ma kinitx min-naħa tal-kamp Laburista. Minn dak li stajt nara u minn dak li qrajt, ċertu Ryan Heath, li huwa l-editur ta' Politico, gazzetta li jaqrawha l-Parlamentari Ewropej għamilha ċara li ngħata dossier sew bħala hard copy u anke soft copy dwar dak kollu li temgħuhom fuqi. Hu stess qal li l-oppożituri li kelli waqt l-intervista kienu qed jagħmlu minn kollox biex jimminawni. Fil-fatt, meta dħalt għall-intervista li jien teknikament kont preparat sew għaliha, ħassejtni qisni qiegħed fit-tribunal ta' Nuremberg u mhux intervista, għax ħlief insulti u insolenzi ma sarulix, mibnijin fuq ħrejjef u fatti li mhux minnhom, li ilhom żmien twil jużaw kontrija hawn Malta fil-politika lokali u jidher li dawk il-membri tal- partit popolari u konservattivi, li jappartjeni għalihom il-PN kollha kienu mitmugħin informazzjoni kontra tiegħi bi skop wieħed. Li jsibu raġuni li jgħiduli le." Jipponta subgħajh lejn Simon Iżda min kienu dawk li temgħuhom din l-informazzjoni? MEPs nazzjonalisti, Louis Galea, il- PN, jew xi nies li huma warajhom? "Jien konvintissimu li ġiet mill- kwartieri tal-Partit Nazzjonalista," wieġeb Abela. Staqsejnieh jekk Simon Busuttil hux imdaħħal fiha, u għal dan hu qal, "li nista' ngħidlek hi din, li kollox jindika li Simon kien wara dan kollu, u dan il-loġika twasslek għaliha. Simon ipprova jagħti l-impressjoni li l-PN mhux se jfixkel għalkemm hu personalment qatt ma qalha u sirt nafha b'mod informali. Meta ħarġet l-aħbar li ma ġejtx aċċettat, kieku kien iddispjaċut ma kienx jinfexx f 'xeba' tgħajjir lill-Prim Ministru għax m'għażilx il-persuna adatta. Kieku appoġġjani kien jiddispjaċih għalija u mhux jużani biex jattakka lill- Prim Ministru. U fil-Parlament din il-ġimgħa diġà indika wera biċ-ċar li fil-każ ta' Leo Brincat se jfixkel. U iva, dan kollu wassalni għall- konklużjoni li għalkemm mhux kulħadd fil-Partit Nazzjonalista kien kontra l-aċċettazzjoni tiegħi iżda ċerti gruppi tal-Partit Nazzjonalista." Iżda jista' jkun li Abela kien qed jitfa' t-tajn fuq ħaddieħor biex jgħatti l-fatt li ma ġiex aċċettat? "Meta saret in-nomina tiegħi u l-għada ħarġet fil-blog ta' Daphne li l-EuroActive, il-gazzetta tal- Parlamentari Ewropej diġà kienu ħarġu kontra tiegħi bit-titlu 'Maltese candidate handicapped by Cocaine Affair', b'riferenza għal dak li ħarġu fuqi fl-2013. Storja li n-nies tant taw kasha li l-Partit Laburista xorta rebaħ b'maġġoranza ta' 36,000. 'Jew mhux stmat jew pruvaw ifixkluni' Allura dan ifisser li kienet Daphne Caruana Galizia wara l-istorja kontrih? "Li nista' ngħidlek hi li l-kampanja bdiet minn dak il- blog li jissieħbu miegħu dawk tas-soltu li jibżgħu juru isimhom u minflok, jużaw il-laqmijiet. U hawn mill-ewwel deher ċar li kien hemm kampanja għaddejja biex ismi jitħammeġ quddiem dan il- kumitat. Li nista' ngħidlek hu li anke lil Leo Brincat se jippruvaw jagħmlulu l-istess, iżda m'għandi l-ebda dubju li din id-darba mhux se jirnexxilhom." Hawn Toni Abela qal li meta kien nominat Louis Galea sitt snin ilu, il-Labour kienu jafu li se jiġi mistoqsi dwar xi esperjenzi xejn sbieħ li kellu fil-Gvern iżda qal li huma ħarsu lejn l-interess tal- pajjiż u ddeċidew li jgħinuh, tant li s-Soċjalisti Ewropej kollha tawh il-vot tagħhom. "Ara jien, minn 10 membri tal-Partit Popolari ma ħadtx vot wieħed. Allura kieku għeni, ħadd ma ta kasu fil-Patit Popolari? Daqshekk mhux stmat? Jew mhux stmat, inkella nerġa' ntenni li kien hemm il-kwartieri Nazzjonalisti li fixkluni, għalkemm mhux kulħadd." Hawnhekk Toni Abela beda jelenka l-mod tekniku li studja sew għalih qabel tela' għal din l-intervista, fejn anke qal li mhux minnu li trid tkun awditur għax xogħlu mhux ta' awditjar, iżda ngħata dak l-isem. "Iżda tajjeb li ngħid li jien inqbadt fi 'crossfire' bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, fejn hemm gwerra kbira bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill. Fejn hemm mibgħeda kbira bejn il-Kunsill u l-Parlament. Il-kwistjoni li kelli jien kienet parti minn din il-ġlieda fejn il-Parlament ried juri lill-Kunsill li finalment hu l-Parlament li għandu jinnomina dawn in-nies u jagħżel min għandu jintagħżel. Għalkemm skont it- trattat jgħidlek li hu l-Kunsill fejn fih hemm il-kapijiet tal-Istati." Toni Abela qal li l-kandidati ġew mitluba jiffirmaw qabel l-intervista li jekk ma tiġix milqugħa n-nomina tagħhom allura ma jkomplux għaddejjin bin-nomina tagħhom sal-Kunsill, "Jien iffirmajt, tajt il-kelma u għalhekk waqqaft kull proċess. It-tnejn minn dawk li bħali ma ġewx aċċettati, komplew għaddejjin u finalment intagħżlu mill-Kunsill, bħat-tnejn l-oħra." Mistoqsi jekk jiddispjacihx li ma kompliex għaddej, Abela qal, "Jien avolja kont naf li stajt nibqa' għaddej u finalment nintagħżel mill-Kunsill, meta kont naf li m'għaddejtx għidt 'I'm finished'. Għax jien raġel tal-kelma u għalaqt hemm. Jien ma żammejtx quddiem għajnejja €20,000 fix-xahar salarju u €150,000 pensjoni. Ridt inkun nadif mill- bidu u kif qaluli le, qgħadt għal dik il-kelma. Tant li dawk li m'għażlunix lill-oħrajn li baqgħu għaddejjin qalulhom li ma żammewx mal- kelma kif għamel il-kandidat Malti. L-istess kumitat li akkużani li m'iniex integru, b'danakollu, ironikament użaw l-integrità tal- kelma tiegħi biex iwasslu l-messaġġ lill-oħrajn. li baqgħu għaddejjin." 'Joseph kien jaf li ridt nitlaq' Dan l-aħħar, Joseph Muscat qal fil- pubbliku li hu ma jridx ikun leader ta' tribù. Dan ifisser li ried jeħles minn Toni Abela li hu parti mill- hardcore Laburista? L-hekk imsejħin 'tribù' minn Muscat? Politiċi oħra magħrufa bħal Marie Louise Coleiro Preca, Karmenu Vella u issa Leo Brincat huma parti mill-istrateġija ta' Muscat li jwarrabhom billi jagħtihom promotion? "Meta tkun fil-politika trid taċċetta li l-manuvri dejjem isiru. Iżda fejn jolqot lili f 'din il-kwistjoni, fl-aħħar sitt xhur kont ili ntambar lil Joseph li rrid nitlaq għax meta nara l-kitba fuq il-ħajt ma niddejjaqx naqraha. Min-naħa tiegħu kien jgħidli li jien nitlaq meta jitlaq hu, fejn jien biċ-ċajt kont ngħidlu li allura se nkun San Vinċenz meta jiġi biex jitlaq hu. Naħseb li Joseph intebaħ li fil-kariga ta' deputat mexxej kellu persuna li ma riedx jiggranfa mas-siġġu għax kont nemmen li żmieni kien wasal. Li niddejjaq biss huwa li nintrema. U żgur li Joseph ma raminix anzi John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Kont nippreferi li Marlene tibqa' fil- grupp Laburista u tibqa' tikkritika " " Ma naħsibx li l-Panamagate se ttelfu l-elezzjoni però mhux se tgħinu żgur " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016