Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 24 Kummerċjali Emirates tħabbar roħs għal titjiriet lejn destinazzjonijiet popolari Emirates ħabbret roħs fuq il-biljetti tal-Klassi tal- Ekonomija għal titjiriet minn Malta lejn 16-il destinazzjoni madwar id-dinja. Dawn jinkludu postijiet popolari bħal Dubaj, Bangkok, Melbourne, u l-Maldivi. F'promozzjoni esklussiva għall-2016, il-biljetti jinsabu għall-bejgħ mid-9 sal-15 ta' Mejju 2016. Il-klijenti jistgħu jgawdu minn biljetti tal-ajru bir-ritorn lejn Malta, inklużi bis-surcharge tal-fuel u taxxa, li jibdew minn €214 lejn Larnaka, u €601 lejn Dubaj. Il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw iktar 'il bogħod jistgħu jibbenefikaw minn titjiriet bir-ritorn li jibdew minn €701 lejn Bangkok; €706 għal Beijing; €617 lejn Deli fl-Indja; €742 għal Hong Kong; €704 lejn Johannesburg; €649 għal Malé (il-Maldivi); €807 lejn Manila; €860 lejn Mauritius; Melbourne minn €1,183 u Sydney minn €1,191. Dawn il-prezzijiet jinsabu disponibbli għall-vjaġġi lejn id- destinazzjoni magħżula mid-9 ta' Mejju 2016 sal-31 ta' Marzu 2017. Ċertu restrizzjonijiet fuq dati għal vjaġġi lejn u minn destinazzjonijiet japplikaw. Hemm miżata addizzjonali ta' €20 li tapplika għal dati ta' tluq li jkunu nhar ta' Ġimgħa u s-Sibt. Il-biljetti jridu jinxtraw minn tal-inqas tlett ijiem qabel għal kull destinazzjoni, bl-eċċezzjoni ta' Melbourne u Sydney fejn il-biljetti għandhom jinxtraw sebat ijiem qabel. Il-lista sħiħa ta' destinazzjonijiet flimkien ma' termini u kundizzjonijiet oħra jistgħu jinkisbu mis-sit www. emirates.com/mt. Emirates ittir lejn 153 destinazzjoni f '81 pajjiż b'titjira skedata kuljum bejn Dubaj u Malta. Destinazzjonijiet li jinsabu aktar 'il bogħod (long- haul) jippermettu lill-vjaġġaturi li jibbukkjaw waqfa f 'Dubaj. Il-bookings għad-Dubai Stopover jistgħu jsiru sa 48 siegħa qabel it-tluq minn Malta. Madankollu, idealment wieħed jagħmel dan il-booking minn ferm qabel, biex b'hekk jiżgura d-disponibilità tal- lukanda preferuta. Il-vjaġġaturi fil-Klassi tal- Ekonomija jgawdu minn baggage allowance ġeneruż sa 30 kilogramma. Barra minn hekk, il-vjaġġaturi jistgħu jgawdu s-sistema ta' divertiment ice li tipprovdi iktar minn 2,000 stazzjon ta' programmi, kif ukoll ġugarelli sbieħ għall-vjaġġaturi ż-żgħar. Din il-promozzjoni tista' tinkiseb ukoll mis-sit online: www.emirates.com/mt, mill- aġent tal-ivjaġġar preferut, jew direttament mill-Uffiċju tal- Bejgħ tal-Emirates fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (Sala tat-Tluq) fuq in-numru: 2557 7255. Emirates qed tħabbar roħs fil- biljetti tal-Klassi tal-Ekonomija lejn destinazzjonijiet popolari HSBC Catch the Drop minn ta' quddiem nett għall-konservazzjoni tal-ilma Il-Programm tal-Ilma ta' HSBC: Catch the Drop iċċelebra l-Jum Dinji tal- Ilma b'serje ta' attivitajiet matul il-ġimgħa bil-ħsieb li jippromwovi l-konservazzjoni tal-iktar riżorsa importanti fid-dinja. L-ewwel attività kienet il-ftuħ ta' wirja tal-arti minn studenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja. Is-46 biċċa xogħol tal-arti kollha ffukaw fuq l-importanza tal- ilma u l-preservazzjoni tiegħu. B'kollox, ħadu sehem 12-il skola tal-Knisja. Għexieren ta' familji u viżitaturi kellhom l-opportunità li jżuru l-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma, li stiednu lill-pubbliku inġenerali matul open weekend. Din kienet organizzata mill-Programm tal-Ilma ta' HSBC: Catch the Drop, it-Taqsima għall-Enerġija Sostenibbli u Konservazzjoni tal-Ilma (SEWCU), u għadd ta' msieħba oħra. Wirja ta' talent ġdid ittellgħet ukoll fil-Palazz tal-President fil-belt Valletta, fejn il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca inawgurat wirja tal-arti dwar l-ilma, fost kant u żfin mill-istudenti tal-Kulleġġ ta' San Injazju. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li l-Programm tal-Ilma ta' HSBC – Catch the Drop u l-Kulleġġ ta' San Injazju kkollaboraw flimkien għal din il-kampanja. Ix-xogħlijiet tal-arti mill-wirja fil-Palazz tal-President matul l-attivitajiet tal-World Water Day Week tas-sena l-oħra kisbu interess konsiderevoli matul l-irkant kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Il-flus miġbura mill-bejgħ tal-arti s-sena l-oħra ngħataw lill-Malta Community Chest Fund. Sadanittant, mijiet ta' studenti sekondarji minn 23 skola tal- Gvern, il-Knisja u indipendenti ħadu sehem fi kwizz ta' ġurnata fil-lukanda InterContinental, San Ġiljan. It-timijiet skolastiċi kienu magħmula minn 10 studenti kull wieħed li kellhom jirrispondu 30 mistoqsija b'mod korrett. Il-kwizz intrebaħ mill- istudenti tal-Kulleġġ Santa Tereza Skola Sekondarja tal- Imrieħel. L-istudenti bbenefikaw ukoll minn numru ta' attivitajiet oħra, fosthom stands b'tagħrif dwar l-ilma, tnedija ta' comic book bit-tema tal-ilma, u preżentazzjonijiet mill- impjegati ta' HSBC Malta li dan l-aħħar irritornaw minn żjara edukattiva fil-Ghana. F'dal- pajjiż Afrikan,HSBC flimkien mal-organizzazzjoni mhux governattiva WaterAid ħadmu biex jipprovdu aċċess għal ilma nadif. L-iskejjel kollha li pparteċipaw ingħataw materjal edukattiv u pop-up banner biex jintużaw fl-iskejjel. Il-Programm tal-Ilma ta' HSBC: Catch the Drop hi l-ikbar kampanja tax-xorti tagħha li qatt saret f 'Malta u għandha l-għan li tfassal qafas għas-sostenibbiltà tal-ilma bħala riżorsa. Hu mistenni li jilħaq 50,000 student f 'Malta u Għawdex f 'perjodu ta' tliet snin, bejn l-2013 u l-2016. Il-kampanja tifforma parti mill- inizjattiva globali HSBC Water. Sal-lum, il-programm globali ta' HSBC Water iffinanzja 10 proġetti f '13-il pajjiż. S'issa iktar minn 179,000 tifel u tifla ħadu sehem. Matul l-aħħar attività tal-World Water Day Week, il-Programm tal-Ilma ta' HSBC: Catch the Drop ħabbar l-ismijiet tar- rebbieħa tal-proġett għas-sena skolastika 2015-16. Din l-attività saret fl-Iskola Primarja tal-belt Valletta, u attendew għaliha skejjel oħra, kunsilli lokali u NGOs. L-għażla tal-Iskola Primarja tal-belt Valletta kienet pjuttost sinifikanti għaliex l-iskola rnexxielha tikseb fondi għat-tielet sena skolastika konsekuttiva. Il-Ministru għall- Edukazzjoni Evarist Bartolo flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane kixfu plakka li tfakkar fil- proġetti tal-konservazzjoni tal- ilma fl-Iskola Primarja tal-Belt. Iktar minn mitejn student minn skejjel sekondarji ħadu sehem f 'kwiżż, stmat li kien l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu f 'Malta Il-Kia Sportage u l-Optima l-ġodda jirbħu premjijiet għad-disinn Għal darb'oħra l-Kia Motors kompliet issaħħaħ ir- reputazzjoni tagħha għall- ogħla standards ta' disinn, billi ġabret 2 premjijiet matul il-Premjazzjoni Red Dot 2016 għad-Disinn tal-Prodott, li hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet internazzjonali prestiġġjużi f 'dak li hu disinn. L-SUV kompatta Kia Sportage u l-Optima Sedan il-ġodda – li huma l-aħħar żewġ mudelli tal-kumpanija tal-karozzi – it-tnejn irċevew ir-Red Dots tant mixtieqa. Il-bord ta' ġurija indipendenti saħansitra onoraw lill-Kia Optima bil-premju 'Best of the Best', l-ogħla distinzjoni tal-kompetizzjoni, u li għaliha huma eliġibbli biss l-aktar disinni innovattivi f 'kull kategorija. Il-ġenerazzjonijiet il-ġodda tal-Optima u tal-aktar mudell tal-Kia li jinbiegħ fl-Ewropa, l-iSportage, tnedew fis-swieq dinjija tal-Kia aktar kmieni din is-sena. Dawn ir-rebħiet ġodda raw liż-żewġ mudelli jiddefendu r-rebħiet preċedenti tagħhom tal-Premju Red Dot peress li l-ġenerazzjonijiet ta' qabel kemm tal-Kia Sportage kif ukoll tal-Kia Optima wkoll kienu rċevew il-premjijiet Red Dot fl-2011. Min-naħa tagħha, l-Optima żammet ukoll il- premju tal-Best of the Best. Mill-2009, li kienet is-sena meta l-ewwel ġenerazzjoni tal-Kia Soul rebħet premju għall-Kia għall-ewwel darba f 'din il-kompetizzjoni, it-timijiet tad-disinn ta' dan il-produttur tal-karozzi komplew jistinkaw biex sal-lum rebħu total ta' 15-il Premju Red Dot. B'hekk, fl-2016, kull mudell fl-għażla ta' prodotti attwali tal-Kia issa għandu Red Dot. Iż-żewġ mudelli rċevew l-ogħla klassifikazzjoni ta' ħames stilel fit-test tas-sigurtà Ewropew Euro NCAP. Bħall-karozzi kollha tal-Kia, il-Kia Sportage u l-Kia Optima qed jinbiegħu bil- garanzija unika tal-Kia ta' seba' snin. Il-Kia hija rrappreżentata f 'Malta mill-Cars International, li jinsabu fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Għal aktar tagħrif jew biex tibbukkja test-drive fuq karozza Kia, ibgħat email lil kiasales@cil.com.mt, ċempel fuq 2269 2120, jew żur is-sit www. kia.com/mt jew il-paġna ta' Facebook Kia Motors Malta. Kia Sportage