Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Sports 30 Is-suċċess inkredibbli tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17-il sena fi Vjenna Il-Finali u r-Ringrazzjamenti mistħoqqa minn fomm il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17 -il sena, Karl Izzo nnifsu "KONNA nafu li din kienet ħa tkun logħba diffiċli ħafna peress li konna diġà lgħabna kontrihom, imma jien u l-plejers tiegħi konna konxji li għandna tim b'saħħtu li jista' jilgħab kontra kulħadd. Kienet logħba bilanċjata ħafna sal-aħħar fejn tul il- logħba, konna dejjem minn taħt, f 'ċerti ħinijiet bi żvantagg ta' tliet gowls: 3-0, 6 -3, 8 - 5. Iżda bqajna kalmi u kompatti, u spiċċajna rebbieħa bl-iskor minimu ta' 11- 10 fost il-ferħ kbir tal- kontinġent kollu. Kellna plejers importanti li kienu bi tliet fawls u b'hekk ma setgħux jilagħbu tul il- logħba kollha speċjalment Matthias Azzopardi li huwa pedina ferm importanti ta' dan it-tim speċjalment fid-difiża, imma kull min kien fl- ilma lagħab għat-tim u l-kollettiv tana r-rebħa meritata li ppremjatna bit-Tazza li dawn il-plejers tant ħadmu għaliha. Il-plejers kollha taw sehemhom f 'din il-finali. Kien mument kommoventi meta wara li ngħataw il-medalji, instema' l-innu Malti, u kien wara dan li kien hemm ħin u lok għal ċelebrazzjonijiet mill- plejers u l-partitarji Maltin preżenti. Biex tkompli żżid fuq dan is-suċċess meritat, il-plejer tagħna Jacob Sciberras rebaħ it-Tazza għall-aqwa plejer tal-finali. Nibda billi nsemmi lil Darren Zammit, il-captain ta' dan it-tim, għax kien plejer strumentali fir-rebħa tagħna, captain eżemplari u għen plejers b'inqas esperjenza internazzjonali minnu meta kien hemm bżonn. Laqat l-għajn tal- kowċis tat-timijiet l-ohra bil-movimenti fil-logħba u intelliġenza tattika. Lil Darren ili nsegwih minn meta kien plejer żgħir ma' Marsascala, emmint u nibqa' nemmen fih u ma jdumx ma jkun miegħi fit-Tim Nazzjonali tal-kbar, jekk jibqa' juri din il-forma u avvanz fil-livell kostanti. Insemmi wkoll lil Mattias Azzopardi, il-viċi-captain ta' dan it-tim li kien plejer ferm importanti fis-set up tattiku tiegħi. Dan hekk kif huwa jkopri diversi rwoli kemm fid-difiża, kif ukoll fl-immarkar ta' plejers importanti tal- oppożizzjoni, waqt li jgħin ukoll fl-attakk fejn spikka b'gowls importanti. Mattias kien parti wkoll mit-tim tal-1998 li kien miegħi f 'Baku, l-Azerbaijan, u f 'dawn l-aħħar xhur għamel titjib kostanti li jawgura tajjeb għall-futur immedjat kemm għat-tim tiegħi, kif ukoll għan-nazzjonal. Plejer li nixtieq insemmi għax fl-opinjoni tiegħi kien sorpriza sabiħa ħafna huwa Mikhael Cutajar, li kien wieħed mill-aqwa plejers f 'dan it-tournament. Lagħab b'intelliġenza kbira, seraq ħafna blalen fid- difiża f 'mumenti kruċjali speċjalment fil-finali, u kien wieħed mill-plejers li l-iktar kellu ħin fl-ilma. Insemmi wkoll lil Jacob Sciberras, plejer imwieled fl-2000 li kien strumentali fl-attakk u kien l-iktar plejer li skorja gowls. Plejer li jibbaża l-logħba tiegħu fuq ħarbiet u konklużjonijiet perfetti speċjalment fis- sitwazzjonijiet ta' raġel iktar. Huwa talent kbir u plejer li żgur fil-futur qrib ikun protagonista kemm fil-Kampjonat Malti iżda wkoll fit-tim nazzjonali. Plejer ieħor li nixtieq insemmi huwa Jerome Zerafa Gregory, li kien strumentali bl-għawm veloċi, ħarbiet imma wkoll fil-pożizzjoni ta' 'centre forward' meta kien jistrieħ Darren Zammit. Skorja gowls importanti u lagħab f 'pożizzjonijiet differenti tul it-tournament kollu. Huwa plejer b'futur sabiħ jekk jibqa' juri dan il- progress. Insemmi wkoll lil Nikolai Zammit, wieħed mill- iżgħar plejers li kelli f 'dan it tim, plejer xellugi, li jaf il- logħba ħafna. Kien pedina importanti fl-ewwel sebgħa tiegħi, plejer b'kunfidenza kbira, ġej minn familja tal- waterpolo, plejer li skorja gowls importanti imma wkoll qassam diversi blalen li ssarrfu f 'gowls. Huwa plejer ta' talent kbir, u għandi għajnejja fuqu. Il-goalkeepers Mateo Muscat u Thomas Micallef alternaw fil-lasti tul il- logħbiet kollha. Kienu sodi ferm fil-lasta u kien strumentali f 'mumenti delikati ta' logħbiet importanti, speċjalment fil- finali ż-żagħżugħ Micallef li kien determinanti bis-saves tiegħu. Huwa goalkeeper li kiber ħafna fl-aħħar żminijiet, tjieb immens fil-logħob, u kien ta' appoġġ għat-tim nazzjonali Malti kollu. Nispera li narah malajr kemm jista' jkun jilgħab fil- Kampjonat tal-kbar. Muscat li kien l-ewwel goalkeeper, huwa dedikat ħafna, 'understudy' tal-goalkeeper Nicky Grixti mas-Sirens, u jittrenja fil-klabb tiegħu taħt id-direzzjoni ta' wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa goalkeeper li qatt rat Malta: Joe Caruana Dingli. It-tnejn li huma, kemm Mateo kif ukoll Thomas għandhom futur garantit fl-opinjoni tiegħi. Il-plejers Darren Zammit, Matthias Azzopardi, Mikhael Cutajar, Jacob Sciberras, Jerome Zerafa Gregory u Nikolai Zammit, flimkien mal-goalkeepers Mateo Muscat u Thomas It-tim nazzjonali ta' taħt is-17 -il sena tal-Waterpolo li rrapreżenta lil pajjiżna b'suċċess fi Vjenna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016