Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Sliema W .......................1 Birkirkara .....................0 SLIEMA Wanderers kienu l-aħjar tim u għelbu lil Birkirkara bl-iskor minimu ta' 1-0, biex kisbu l-passaport għall- finali tal-FA Trophy, li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. L-ewwel azzjoni denja ta' nota waslet wara kwarta logħob mill-Wanderers meta freekick ta' Gary Muir għadda ftit għoli mil-lasti tal-goalkeeper Kroat ta' Birkirkara, Miroslav Kopric. Birkirkara rrispondew fit-33 minuta permezz ta' cross- shot minn barra l-kaxxa tal-captain Gareth Sciberras, bil-ballun jaħbat ma' difensur tal-Blues, qabel ġie salvat mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper Albaniż tal- Wanderers, Entonio Elezaj. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu għaxar minuti wara permezz ta' xutt angulat minn barra l-kaxxa taż-żagħżugħ, Ryan Camenzuli, li għadda ftit barra mil-lasti ta' Entonjo Elezaj. Iżda kellhom ikunu Sliema Wanderers li jiftħu l-iskor f 'mument delikat tal-logħba, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Gary Muir għadda tajjeb lejn Mark Scerri li min-naħa tiegħu serva fuq platt tad- deheb lill-attakkant Brażiljan Denni Rocha dos Santos li minn qagħda ferm idaeli tefa' l-ballun f 'xibka vojta biex tefa' lill-partitarji tal- Wanderers f 'delirju ta' ferħ. Birkirkara ħarġu aħjar fit-tieni taqsima fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fis-66 minuta, xutt bomba taż-żagħżugħ Cain Attard minn barra l-kaxxa għadda ftit barra. Ħames minuti wara, il-Wanderers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom id-difensur Skoċċiż, Gary Muir wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit minuti. Sliema W. - Elezaj, A. Muscat, Scerri, Gatt Baldacchino, Potezica, Xuereb, Bezzina, Rocha Dos Santos (Priso 67'), Muir, Farrugia (Dos Santos Tarlaziz 87'), Bianciardi Birkirkara - Kopric, Attard, Bubalovic, Latini Mazzetti, Mujanovic, Sciberras, Andelkovic, Zammit (Darmanin 46'), Temile, Camenzuli (Herrera 83'), Plut Referi - Glen Tonna DENNI ROCHA DOS SANTOS Skorja l-gowl tant importanti fil-45 minuta li tefa' lil Sliema Wanderers fil-finali tal-FA Trophy għat-tieni darba fi tliet snin. Twieled fil-Brażil. Fil-passat riċenti lagħab ma' Tarxien Rainbows u Valletta, fejn jinslab misluf mal- Wanderers propju mingħand il-Beltin. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. Denni Rocha Dos Santos jitfa' lil Sliema Wanderers fil-finali tal-FA Trophy Ritratt - Ray Attard Mislav Andelkovic segwit minn Johann Bezzina 27 Ritratt - Malta Sports Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016