Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

G ħax ma kienx hemm nies il-protesta tal-bieraħ ma jfissirx li l-Gvern u l-Prim Ministru jistgħu jgħidu "I am alright, fuck you Jack!" Le ħija, l-istorja tal-Panama papers kienet żball u żball jibqa', u l-fatt li ħafna nies ta' rieda tajba ma dehrux quddiem il- Parlament ma jfisser xejn. Ifisser iktar li m'għandhomx pjaċir bin- nies li dehru hemm, imma huma mdejqin li dawn l-affarijiet ġraw. Nispera li aħna ċari fuq din. Jien għandi d-dubji. Imma issa li kulħadd għamel il-kontijiet, u ntilef dak li ntilef u ntrebaħ dak li ntrebaħ – skont minn fejn tħares, ma tiġux tgħidulna li din mhix storja. U din l-istorja hija marbuta jew imnebbħa biex tnessi jew tfakkar lil ħaddieħor f 'xi problema oħra. Għax jien taf kif nirraġuna? Jien nirraġuna li jekk għandek storja, trid tippubblikaha, u niġi għala bieb il-bubun x'jgħid Joseph jew Simon. U jien taf x'ngħid ukoll? Li ħadd minnhom mhu se jgħidli x'nagħmel. Imma ejja ħa nkunu ċari. Dak li jgħodd għal wieħed, jgħodd għall-ieħor, u hawn il-punt li rrid nagħmel. Jgħidu x'jgħidu, hawn l-apartheid politiku f 'Malta. Kejl differenti fil-Qorti, kejl differenti fil-media, kejl differenti meta tidher quddiem l-istituzzjonijiet… Ejja ħa nkun ċar: Jekk tkun Laburist mod u jekk tkun Nazzjonalist mod ieħor. Jien twelidt ġo familja fejn il-politika ma konniex nitkellmuha. Naħa konna ħomor minn dak l-aħmar skur, u n-naħa l-oħra blu minn dak il-blu skur. F'dak iż-żmien, anke l-kulur tas-sigaretti kienet tkun kwistjoni, u għalhekk ommi u missieri fittxu li nitilgħu nużaw moħħna meta f 'pajjiżna kellna kriżi mitt darba akbar mill- Panama papers. Illum sfortunament, l-argumenti jkunu differenti skont il-kulur politiku ta' dak li jkun. U issa ejja ħa nkun ċar, jekk ġurnalist Laburist idur fuq xi ħadd u jgħid "Mur orqod ma' iswed," ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, u bla dubju ta' xejn ikollok talba nazzjonali biex dak il-ġurnalist jirriżenja. Imma jekk dak il-ġurnalist huwa Nazzjonalist u bħalma ġara bħalma nafu fil-każ ta' Ivan Camilleri, fejn qal lil persuna biex tmur ma' iswed, – ma ġara xejn. U tafu għaliex? Għax il-Laburisti għandhom kumpless ta' inferjorità tboss u n-Nazzjonalisti għandhom kumpless ta' superjorità li ma tispiċċa qatt. Hekk sew, kumment razzist u sessist f 'daqqa u ma jiġri xejn. Mur ara kieku ġara f 'pajjiż ieħor, naħseb anke l-Panama, kieku l-ġurnalist jitkeċċa. Imbagħad, hemm ovvjament l-attakki fuq l-istituzzjonijiet. Mela tajba, fi żmien ieħor meta kien hemm amministrazzjoni differenti u tmexxija differenti fil-PBS, hemm min bħal Clyde Puli, jgħid li kien hemm aħbarijiet aħjar. Ovvjament, irridu niftakru biss bl-istil ta' aħbarijiet u bla dubju ta' xejn, ir- remettar ta' Lou Bondi biex naslu għall-konklużjonijiet naturali tagħna li Clyde Puli kien qed jgħix f 'xi dinja oħra. Jew inkella li aħna tant aħna bħaħen, li ma nafux x'inhu aħjar jew agħar. Wisq aktar naqblu kemm kien hemm deċiżjonijiet kontra programmi mill- Awtorità tax-Xandir biex naraw il-fatti jitkellmu u mhux il-perċezzjonijiet. Wisq aktar tara li llum hemm aktar diversità u kulħadd jiddiskuti li jrid; Reporter, Times Talk, Realta, Dissett u ovvjament Xarabank. Fuq kollox trid tara l-atteġjament ta' ċerti politiċi fuq ix-xandir, li jippruvaw ipinġu lill-PBS bħala stazzjon ta' żmien Pol Pot. U li meta jiġu fuq il-kaxxa jużaw tattiċi isteriċi, attitudni arroganti u attakki personali. Bħal ġimgħa l-oħra meta fil-programm tiegħi (u ħallejtha tgħid) Therese Comodini Cachia irreferiet erba' darbiet għall-fatt li Owen Bonnici jaf "xi trid tgħid meta tirreferi għall- ġurnalista f 'One TV." Ovvjament, kienet qed tirreferi għal Janice, il- partner ta' Owen Bonnici. Bħallikieku, immaġinaw li kieku qabel l-2013, xi ħadd kien dar fuq George Pullicino u rrefera għall- mara tiegħu Lourdes għax hi ġurnalista tan-Net. Kien jisplodi, (ovvjament b'mod metaforiku) u kien ikollu raġun mija fil-mija. Kieku sploda Owen Bonnici, kieku kien ikollna ndaħħlu l-eżorċista, u kien ikollna konferenza stampa oħra. Hemm bżonn li nitkellmu u niftħu qalbna, imma meta naslu biex nagħmlu l-konklużjonijiet, nagħmluhom mhux skont il-kulur tal-persuna, imma skont l-argumenti. Jien hekk għallmitni ommi, biex ma nħarisx lejn l-uċuħ, iżda lejn il-qalb u d-diskors. U hekk għandhom bżonn jagħmlu dawk li qishom twieldu jaħsbu li fuq rashom qatt ma jista' jkollhom stilla. Saviour Balzan huwa l-editur maniġerjali tal- MediaToday Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 15 Qishom tal-apartheid SAVIOUR BALZAN "F'dak iż-żmien, anke l-kulur tas- sigaretti kienet tkun kwistjoni, u għalhekk ommi u missieri fittxew li nitilgħu nużaw moħħna meta f 'pajjiżna kellna kriżi mitt darba akbar mill- Panama papers"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016