Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Opinjoni 18 Il-Eurovision 2016 D in is-sena, il-Festival Ewropew se jsir fi Stokkolma u tirrapreżenta lil Malta se jkun hemm Ira Losco, li mhux biss għandha vuċi attraenti iżda wkoll kariżma u sbuħija li kull ma jmur qed tkun 'irtukkata' professjonalment ukoll, kif urew ir-ritratti promozzjonali tagħha għal Stokkolma. Aktar minn 3,650,000 persuna raw il-video ta' Losco għal din is-sena, imma l-kanzunetta ta' Losco qajmet ħafna kontroversja: ħafna Maltin ma jaqblux li l-votazzjoni tagħhom kienet injorata u minflok Chameleon l-organizzaturi lokali biddlu l-kanzunetta u għażlu Walk On Water biex titla' Stokkolma. L-argument ta' dawn il- Maltin kien li huma vvutaw għal Chameleon mhux għal Walk on Walter. Mill-intervisti li tat, min-naħa tagħha, il-kantanta Maltija qalet li l-alternattiva "għoġbitha mill- ewwel." Din hi t-tieni darba li Losco se tirrappreżenta lil Malta. Fl-2002 kienet spiċċat klassifikata t-tieni b'Seventh Wonder bi prestazzjoni eċċellenti. Il-każ ta' diska differenti mhux xi ħaġa ta' stagħġib. Per eżempju anki pajjiż żgħir bħal Malta, San Marino, bidel il-kanzunetta oriġinali I didn't Know u qalibha għal stil disco. Issa nistennew is-soltu deni jiżreġ li jaf itella' t-temperatura tal-Maltin li għalihom il- Eurovision donnu kwistjoni ta' ħajja jew mewt. Imma jekk xejn, l-edizzjoni 2016 se xxejjen xi ftit il-Panamagate, il-Panama Papers u l-pressjoni politika kollha li qed titfa' lil Malta f 'kaldarun li ħadd ma jaf meta jista' jisplodi. Fost pajjiżi li se jieħdu sehem fil-Eurovision hemm anki, fost l-oħrajn, l-Ażerbajġan, pajjiż li s-setturi Nazzjonalisti żgur mhux se jivvutawlu minħabba Konrad Mizzi u Keith Schembri. Problemi tad-Dimensja Fil-preżent f 'Malta hawn 6,000 persuna jbatu mid- dimensja. Hu mistenni li n-numri se jkomplu jiżdiedu aktar ma tixjieħ il-popolazzjoni (għalkemm il-kundizzjoni mhux neċessarjament marbuta mal- età). Il-problema qed tieħu proporzjon nazzjonali u b'xorti tajba, il-pajjiż qed jagħti attenzjoni partikolari lil dan il-fenomenu: fl-isptar San Vinċenz de Paul infetħet taqsima apposta għall-pazjenti tad-dimenzja, kien stabbilit helpline u twaqqaf ukoll Dementia Intervention Unit. Fil-programm 12 to 3 (TVM) Matilde Balzan daħlet biex tesplora l-problema ma' żewġ esperti, li għamlu suġġerimenti biex aktar studenti tal-mediċina jidħlu biex jispeċċjalizzaw fil- kundizzjoni li tista' tkun ta' piż fuq il-familjari u anki ta' umiljazzjoni għal dawk milqutin mill-marda. Jien kont naf persuna tbati mid-dimenzja li kważi niesha għaddewha ta' miġnuna. Ħadulha ċ-ċavetta tad-dar u hi ma kinitx taf x'qed isir minn darha. Tkarrbet biex joħorġuha imma ġabu l-iskuża li jekk joħorġuha, ma tkunx trid tidħol lura fil-home li sabulha. Minn dik il-home ħadet bronkite, spiċċat l-isptar u mietet f 'kuritur bi pnewmonja. Il-kollass tal-artist tal- paradoss Il-Kumpanija Talenti dan l-aħħar ippreżentat Oscar, xogħol dwar il-ħajja tal- awtur Irlandiż Oscar Wilde (1854-1900). Id-dramm ħabat, bejn wieħed u ieħor, mal-pubblikazzjoni ta' Oscar Wilde and the Invention of Modern Celebrity (NW Norton & Co), xogħol ta' David M. Friedman. Fi żmien ta' banalità mondana lejn tmiem l-epoka Vittorjana, Wilde ma kellux kompetizzjoni fejn tidħol id-desterità kemm fil-kelma miktuba, fuq il-palk jew it-taħdit. Wilde kien il-ġenju tal-epigramm, il-paradoss u b'talent biex jiddeverti l-pubbliku. Friedman isostni li Oscar Wilde kien 'ikkalkula' l-ħolqien tiegħu nnifsu: il- mod kif jitkellem, kif jilbes u kif iġib ruħu fil-pubbliku, kien xogħol tal-arti fih innifsu. Xewqa kbira ta' Wilde kienet li jagħmel il-vjaġġ twil lejn l-Amerika. Hemmhekk iltaqa' ma' Longfellow, Whitman, Jefferson Davis u Grant. Fid-diskorsi pubbliċi li ta fl- Amerika, ġieli kellu udjenzi ta' 2,500 ruħ. Wilde ta' spiss kien suġġett ta' żufjett, imma dejjem kien jaf jikkontrolla s-sitwazzjoni. Il-kollass tiegħu seħħ minħabba relazzjoni omosesswali fi żmien ta' intolleranza sesswali kbira. Wilde spiċċa l-ħabs u miet ta' 46 sena. L-iżball kardinali tiegħu kien li ma kienx għaraf jiddistingwi bejn il-fama u n-notorjetà. Beckett: L-Anniversarju Din is-sena jaħbat il-110 sena mit-twelid ta' Samuel Beckett, id-drammaturgu assurdist li kiteb madwar 20,000 ittra. B'kuntrast ma' din il-kwantità voluminuża, aktar m'għadda żmien minn fuqu, aktar l-awtur Irlandiż beda jiddistilla l-kliem: wieħed mix-xogħlijiet tiegħu għar-radju Breath, spiċċa mingħajr kliem xejn. L-aktar dramm famuż ta' Beckett, Waiting for Godot (L-ewwel verżjoni bil- Franċiż, 1953) hu xogħol ta' djalogar stramb u enigmatiku bejn żewġ vagranti tat-triq, probabbilment imnisslin mit- tip ta' vagabondaġġ li Beckett kien jara fit-triqat ta' Dublin u fil-ħwienet tax-xorb meta kien għadu student fis-Snin Għoxrin tas-seklu li għadda. L-aħħar ittri ta' Beckett inkitbu taħt id-dell tal-mewt: Ħbiebi kollha jinsabu l-isptar; dalwaqt nibda ndur biex nagħlqilhom għajnejhom. Ir-rivista Kattolika The Tablet interessat ruħha fir-reliġjożità fix-xogħol tad-drammaturgu. Parti mid-djalogu f 'Godot idur fuq żewġ ħallelin kull naħa ta' Kristu msallab u x-xenarju hu dominat minn xbiha ta' Kurċifiss kbir. Fost il-ħbieb il-kbar tal-awtur Irlandiż kien hemm Marguerite Duras u partikolarment, Harold Pinter. Sterilizazzjoni furzata Hemm pressjoni biex in- nisa jokkupaw pożizzjonijiet politiċi internazzjonali li jagħmlu bidla fil-ħajja tal-mara. Fil-lista hemm kandidata għall-presidenza tan-Nazzjonijiet Uniti u naturalment, il-kandidata għall-akbar potenza dinjija, Hillary Clinton. M'hemmx dubju dwar il-ħtieġa ta' aktar dinjità għas-sess femminili. Fil- Perù, ngħidu aħna, fi żmien il-ħakma dittatorjali ta' Alberto Fujimori bejn l-1990 u l-2000, kien hemm skema għall-isterilizzazzjoni forzata tan-nisa. Qatt mhu r-raġel li jbati din l-umiljazzjoni, imma l-mara. Mijiet ta' nisa fqar minn żoni rurali kienu ttieħdu għal dan il-proċess, fejn in- nisa kienu trattati bħat-tiġieġ jew il-baqar. In-Nazzjonijiet Uniti, b'mara bħala president tista' tikkorreġi anomaliji sessisti bħal dawn. Minkejja l-lobbies kollha, il-mara għadha oġġett f 'nofs logħba bejn l-irġiel ta' saħħa politika u ekonomika. U l-imperatur fuq sitwazzjoni bħal din hu xi ħadd bħal Donald Trump, politiku multi-miljunarju u bigott, li jrid jikkastiga lin- nisa li għamlu abort. MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI "Issa nistennew is-soltu deni jiżreġ li jaf itella' t-temperatura tal-Maltin li għalihom il- Eurovision donnu kwistjoni ta' ħajja jew mewt" Ira Losco: f 'nofs kontroversja dwar liema kanzunetta għall-Eurovision 2016. Dan hu t-titlu li ried il-poplu jew le?