Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Sports 29 'Niddedika din ir-rebħa lin-nies kollha li jissapportjawni' - Brian Cini FTIT tal-jiem ilu, Brian Cini, li jilgħab mal-Każin Banda San Ġużepp, Ħaż- Żebbuġ, sar iċ-champion il-ġdid tas-snooker meta fil-finali tal-Kampjonat Nazzjonali Premier organizzat mill-Malta Billiards & Snooker Association, għeleb lil Alex Borg ta' Juventutis Domus, Żejtun bl-iskor ta' 6-4. Il-finali ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż fil-Klabb Juventutis Domus taż-Żejtun u kienet ikkontrollata mir-referi Charles Vella. Dan kien l-ewwel Titlu Nazzjonali għal Cini fl-ewwel Finali tiegħu fil-Kampjonat Nazzjonali Premier. Kien Cini li rebaħ l-ewwel frame, iżda Borg irrisponda billi rebaħ it-tliet frames ta' wara fejn fihom għamel breaks ta' 76, 44 u 41 biex mar jistrieħ 3-1 minn fuq qabel l-intervall. Meta tkompla l-logħob, Cini għamel break ta' 121 għal skor ta' 3-2. Iżda, Borg rebaħ is-sitt frame biex għamel l-iskor 4-2. Cini rrisponda billi rebaħ l-erba' frames ta' wara, inklużi breaks ta' 53 u 74 għal skor finali ta' 6-4 u r-rebħ tat- Titlu Nazzjonali. L-iskors tal-frames fil- final kienu dawn: (Cini l-ewwel): 91-38, 0-76(76), 4-85(44,41), 58-67, 127(121)-1, 45-87, 60-41, 83(53)-15, 75(74)-34 u 63-1. Wara l-finali s-Sur Frans Bugeja President tal-Malta Billiards & Snooker Association ippreżenta t-Tazza lil Brian Cini u awgura liż-żewġ plejers rispettivi għall- impenji internazzjonali li għandhom aktar tard matul din is-sena. Intant, propju l-għada stess li Brian Cini rebaħ dan it-titlu tassew prestiġjuż, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Brian Cini nnifsu, fejn tana dawn il-kummenti rigward din il-finali li rnexxielu jirbaħ, biex b'hekk kiseb tragward storiku fil-karriera illustri tiegħu bħala plejer tal- isnooker. Cini qal li xtaq jiddedika din ir-rebħa lin-nies kollha li tawh l-appoġġ fil-karriera tiegħu. "Ovvjament ix-xewqa ta' kull plejer Malti hija dik li jilgħab f 'dan il-kampjonat u jirbaħ l-unur ferm prestiġjuż ta' champion ta' Malta kif finalment irnexxieli nagħmel jien. Kont naf li din ma kinitx se tkun xi ħaġa faċli biex nirbaħ, speċjalment meta affrontajt lil Duncan Bezzina u lil Alex Borg fil-finali. Nistqarr li bdejt nemmen li kelli ċans tajjeb li nirbaħ din il-finali wara r-raba' frame meta għamilt break sabiħ ta' 121. Ninsab sodisfatt ħafna li rnexxieli nikkontrolla l-pressjoni fl-aħħar mumenti tal- partita biex b'hekk irbaħt il-Kampjonat. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-isponsor tiegħi Malta Freeport Limited u Ħaġar Qim Restaurant, il-Każin Banda San Ġuzepp ta' Ħaż- Żebbuġ, lill-familjari u lill-għarusa tiegħi, Kim, li dejjem tawni s-sapport tagħhom. Ngħid grazzi kbira wkoll lil Philip Ciantar, li nittrenjaw ħafna flimkien sabiex b'hekk nipproduċi logħob tajjeb kemm hawnhekk f 'Malta, kif ukoll barra minn xtutna," temm jgħid Brian Cini. Il-president tal-Malta Billiards and Snooker Association, Frans Bugeja, jippreżenta t-trofew ta' Champion lil Brian Cini Jorge Lorenzo jirbaħ il-pole position ta' Franza f 'Le Mans IS-SEWWIEQ Spanjol champion renjanti tad- dinja, Jorge Lorenzo, rebaħ il-pole positon ta' Franza biex b'hekk illum se jkun qed jibda fuq qudiem nett fil- Moto GP fiċ-ċirkwit ta' Le Mans. Lorenzo li nhar l-Erbgħa li għadda għalaq 29 sena, kien nofs sekonda biss iktar veloċi mis-sewwieq Spanjol tal-Honda, erba' darbiet champion tad- dinja, Marc Marquez, li temm fit-tieni post, waqt li fit-tielet post spiċċa s-sewwieq Taljan ta' Ducati, Andrea Iannone. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom illum se jkunu qed jibdew is- sewwieqa rispettivi tal-Moto GP, fiċ-ċirkwit ta' Le Mans, fi Franza: 1. J. Lorenzo - Yamaha 2. M. Marquez - Repsol Honda 3. A. Iannone - Ducati 4. P. Espargaro - Tech3 5. A. Dovizioso - Ducati 6. B. Smith - Tech 3 7. V. Rossi - Yamaha 8. M. Vinales - Suzuki 9. C. Crutchlow - LCR 10. D. Petrucci - Pramac 11. D. Pedrosa - Repsol Honda 12. A. Espargaro - Suzuki Jorge Lorenzo fl-azzjoni waqt il-pole position tal-bieraħ fiċ- ċirkwit ta' Le Mans fi Franza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016