Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
"ATTENZIONE, Ravanelli!'' Dik kienet l-ewwel reazzjoni tat- telekronista Taljan, Bruno Longhi, hekk kif Fabrizio Ravanelli kien approfitta minn żball pjuttost gravi ta' Frank De Boer, sabiex tefa' lil Juventus fil-vantaġġ kontra Ajax, fil-finali tal-UEFA Champions League, li ntlagħbet ġewwa Ruma fl-1996. Għaddew 20 sena minn dak il-lejl tat-22 ta' Mejju, fejn Juventus rebħu l-aħħar UEFA Champions League tagħhom. Forsi ma kienx il-plejer li l-ġenerazzjoni tal-lum qatt ma rat u baqgħet issemmi bħal Omar Sivori u Giampiero Boniperti. Forsi ma kienx inkurunat re bħal Le Roi Michel Platini. U forsi ma kienx lanqas bandiera bħalma kien Alessandro Del Piero. Iżda Fabrizio Ravanelli għamel biżżejjed sabiex jibqa' ikona u figura importanti fl- istorja Juventina. Huwa lagħab iżjed minn 100 partita mal-ġganti Taljani, fejn minbarra l-UEFA Champions League, rebaħ ukoll Scudetto, Coppa Italia, Super Cup Taljana u anke saħansitra t-Tazza UEFA. Twieled u kiber fil-belt ta' Perugia, liema belt beda jilgħab mat-tim li jirrapreżentaha wkoll u liema belt tagħtu l-fiduċja fl-ambitu kalċistiku. Huwa għamel id-debutt ma' Perugia fl-età ta' 16-il sena fil-Kampjonat tas-Serie C2, fejn mill-ewwel beda juri s-sens tal-gowl fenomenali li kellu. Wara dik l-esperjenza, huwa ngħaqad ma' Avellino, iżda n-nuqqas ta' integrazzjoni mat-tim, ġiegħlu jimxi għal Casertana f 'Jannar fejn hemmhekk qatta' l-kumplament tal-istaġun. Probabbilment, il- konsagrazzjoni tiegħu waslet mat- tim ta' Reggiana, fejn hemmhekk kellu suċċess kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu. Liebes iż-żarbun bit-tappini, Ravanelli lagħab madwar 70 partita fejn kważi skorja 30 gowl, filwaqt li fil-ħajja privata tiegħu, huwa kien iżżewweġ u beda familja. Kien Giovanni Trapattoni li akkwistah mat-tim ta' Juventus, fejn mill-ewwel kien beda jiġi pparagunat ma' Roberto Bettega, iżda iktar milli għall-istil tiegħu, għall-kulur ta' xagħru, fejn eventwalment ġie mlaqqam bħala 'Penna Bianca'. Fl-ewwel staġun tiegħu, dak tal- 1992/1993, huwa rnexxielu jilgħab 33 partita u jiskurja disa' gowls, bi tlieta minnhom jaslu fl-Ewropa, minkejja li fl-attakk, Juventus kellhom plejers bħal Gianluca Vialli, Roberto Baggio u Pierluigi Casiraghi. Fil-bidu, Ravanelli, wera li kien plejer fejn ried jitjieb ħafna u minkejja li kien irnexxielu jsib l-ewwel gowl tiegħu ma' Juventus, li wasal fit-telfa ta' 1-2 kontra Foggia, mill-11-il metru, kien xorta meqjus bħala riserva. Madankollu, l-apprezzament tal-partitarji Juventini sploda f 'daqqa waqt Juventus - Genoa tat-13 ta' Frar tal- 1993, meta l-partita kienet destinata għal draw ta' 0-0, iżda 'zampata' li mbagħad spiċċat sinonima miegħu, irregalat it-tliet punti lil Juventus. L-istaġun ta' wara, Casiraghi kien ċedut lil Lazio u kibret f 'salt l-importanza ta' Ravanelli fil- ġerarkiji ta' Juventus. Iżda l-iżvolta mat-tim ta' Juventus waslet meta Marcello Lippi kien maħtur kowċ ta' Juventus għall-istaġun 1994/1995. Lippi kien beda jutilizza s-sistema tattika ta' 4-3-3, bl-attakkanti jkunu Vialli u Ravanelli, filwaqt li Baggio u ż-żagħżugħ Del Piero jissaportjawhom. Kienet tattika fejn fiha l-attakkanti riedu jistinkaw ħafna, b'Ravanelli jiddistingwi ruħu bħala plejer li jaħdem ħafna, jiġri kullimkien u ssibu kemm quddiem kif ukoll wara. Gowl importanti għal Ravanelli kien żgur mhux forsi, il-momentarju 0-1 fir-rebħa ta' 0-2 fuq Napoli, fejn hemmhekk Juventus urew li kienu se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għall- Iscudetto fl-istaġun 1994-95. Iżda hemm data partikolari, li kompliet tagħti sinifikat importanti għall- esperjenza Juventina ta' Ravanelli. Kien it-8 ta' Jannar tal-1995, meta Juventus affrontaw lit-tim ta' Parma, li dak iż-żmien kienu tim importanti fil-futbol Taljan. Parma kienu fetħu l-iskor permezz ta' Dino Baggio, iżda Juventus kien irnexxielhom idawru l-iskor għal 2-1, b'Ravanelli jiskurja gowl stupend permezz ta' daqqa ta' ras, bħalma kien jagħmel Bettega fi żmienu, liema plejer kien ġie kkumparat miegħu, Ravanelli, fil- bidu tal-esperjenza tiegħu f 'Turin, ma' Juventus. Propju, Bettega kien ikkumenta hekk wara dak il-gowl, "Ċerti gowls jagħmluhom plejers b'xagħarhom bajda!'' Ta' min isemmi, li Ravanelli influwenza anke l-mod ta' kif jiġi ċċelebrat gowl. Kien gowl kontra Napoli, li filwaqt li ta t-tliet punti lit-tim ta' Juventus, Ravanelli kien ġera ġirja bil-flokk mgħolli fuq rasu, biċ-ċelebrazzjoni eventwalment tiġi mlaqqma bħala 'Uomo mascherato.' Wara l-kapitlu Juventin, Ravanelli dar ammont ta' klabbs partikolari, fejn fost l-oħrajn mar jilgħab anke fl-Ingilterra mat-timijiet ta' Middlesbrough u Derby County. Huwa temm il-karriera tiegħu kif xtaq, mat-tim ta' Perugia, il-klabb li afda fih meta kien għad kellu 16-il sena. Infatti, l-aħħar partita tiegħu kienet fl-istaġun 2004/2005, meta Perugia kienu tilfu ċ-ċans li jitilgħu fil-Kampjonat tas-Serie A, wara li tilfu l-play-off kontra Torino, ironikament ir-rivali storiċi tal-ekstim ta' Fabrizio Ravanelli, Juventus. Kif nibtet il-passjoni tiegħek lejn il-futbol? Missieri ttrasmetta din l-imħabba lejn dan l-isport, u b'hekk twelidt bil-futbol fid-DNA tiegħi u nirringrazzja 'l Alla li rnexxieli naqta' xewqti u nsir futboler professjonali. Irrakkonta l-bidu tiegħek mat-tim ta' Perugia. Bdejt fis-settur taż-żgħażagħ ta' Perugia u bqajt tiela', sakemm għamilt id-debutt ta' 16-il sena u ffirmajt l-ewwel kuntratt professjonali ftit wara. Għalija, minbarra li hi l-belt tiegħi, Perugia kien il-klabb li tani l-fiduċja fil- futbol u b'hekk jibqa' għal qalbi dejjem. illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Cristian Antony Muscat Fabrizio Ravanelli - forsi mhux fil-livell ta' plejers tal-kalibru ta' Omar Sivori, Michel Platini u Alessandro Del Piero, iżda żgur li huwa ikona importanti fl-istorja ta' Juventus. Huwa fforma parti mill-aħħar tim ta' Juventus li rebħet il-UEFA Champions League, 20 sena ilu, fejn saħansitra kien skorja fil-finali. Penna Bianca: L-ikona tal-abjad Sports 34 "Li tmur tilgħab mat- tim li tkun iżżomm miegħu, mhix ħaġa li ssir lil kull plejer''