Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
illum Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Sports 32 Trezeguet u Moggi f 'Malta matul il-ġimgħa d-dieħla IL-JUVENTUS Club DOC Vero Amore Malta 1975 ħabbar li se jkun qed jospita f 'pajjiżna lil-leġġenda Juventina David Trezeguet bejn l-Erbgħa 11 u l-Ġimgħa 13 ta' Mejju. Matul l-istess perjodu se jżur Malta wkoll l-eks diriġent ta' Juventus FC Luciano Moggi. Dan wara li l-istess klabb fl-aħħar snin ospita ikoni oħrajn ta' Juventus FC bħal Edgar Davids, Stefano Tacconi, Alessandro Birindelli u Ciro Ferrara. F'messaġġ qasir li bagħat lill-membri tal-club Vero Amore, Trezeguet qal li jinsab ħerqan li jiltaqa' mill-viċin ma' ħafna partitarji Juventini li tant segwewh u sostnewh matul il-karriera glorjuża tiegħu. David Trezeguet huwa l-aqwa skorer barrani ta' kull żmien fl-istorja ta' Juventus FC u r-raba' l-aqwa skorer overall, b'total ta' 171 goal. 'Trezegol', kif inhu magħruf mal- partitarji Juventini, rebaħ ħafna mill-unuri li toffri d-dinja tal-futbol, fosthom Tazza tad-Dinja u Kampjonat Ewropew ma' Franza, is-Serie A għal erba' darbiet u diversi trofej oħrajn. Trezeguet jibqa' għal dejjem f 'qalb il-Juventini wara li segwa lit-tim fis-Serie B wara li faqqa' l-iskandlu ta' Calciopoli, għaxar snin ilu. Il-partitarji Juventini lokali se jkollhom din l-opportunità unika li jiltaqgħu ma' David Trezeguet u anke ma' Luciano Moggi, f 'diversi attivitajiet li qed jiġu organizzati apposta. Waħda mill-attivitajiet prinċipali se tkun ikla VIP miftuħa għal kulħadd fir-Radisson Blu Resort f 'San Ġiljan nhar l-Erbgħa 11 ta' Mejju. Għal iktar informazzjoni rigward il-programm sħiħ li l-Juventus Club DOC Vero Amore Malta 1975 qed jorganizza, dawk interessati jistgħu jċemplu fuq 79493614. Il-president ta' Juventus Club DOC Vero Amore Malta 1975, Joseph Fenech flimkien ma' Luciano Moggi u David Trezeguet. L-MFPA tiċċelebra l-kisbiet tal-plejers NHAR it-Tnejn li għadda, l-aqwa element tal-futbol lokali ltaqa' x-Xara Lodge, għall- appuntament annwali, tal- 'Malta Football Players Association Awards'. Is- Segretarju Parlamentari Chris Agius, kif ukoll id- Deputat tal-Oppożizzjoni, David Agius, attendew għal dan l-avveniment sportiv. Il-mistieden speċjali tas- serata kien is-Sur Jean- Marc Bosman, famuż għal 'Bosman Ruling' - każ li ħoloq mewġ u tibdil fid- dinja tal-futbol fil-bidu tas-snin 90 u li għadu relevanti ħafna għax-xena tal-futbol f 'Malta llum il-ġurnata. Fid-diskors tiegħu, Bosman tkellem dwar id-diffikultajiet li ltaqa' magħhom meta ssielet kontra r-regolamenti li jikkonċernaw it-transfer fees imposti fuqu. Huwa esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni li għadha tinsab fiha Malta f 'dan ir-rigward u offra l-appoġġ tiegħu lill-plejers lokali sakemm huma wkoll jakkwistaw 'libertà'. Bosman sejjaħ għall- azzjoni xierqa mill- awtoritajiet konċernati sabiex titneħħa din il-miżata arkajka. Is- Segretarju Ġenerali tal- MFPA, Carlo Mamo, fl-indirizz tiegħu lill- udjenza preżenti, mess ma' diversi kwistjonijiet li huma kawża ta' tħassib għall-Assoċjazzjoni tal- plejers. Hu tenna t-tħassib ta' Bosman, f 'dak li għandu x'jaqsam mat-transfer fees imposti fuq il-plejers f 'Malta. Mamo tkellem ukoll dwar ċirkostanzi riċenti li seħħew u li kixfu l-medjokrità fi proċeduri ta' Health and Safety fil- futbol Malti. Huwa sejjaħ għal azzjoni tanġibbli min- naħa tal-MFA u sostna li mhuwiex biżżejjed li l-MFA tfakkar lill-klabbs li huma responsabbli fejn tidħol 'Health and Safety' u tieqaf hemm. Mamo f 'isem l-assoċjazzjoni tal-plejers qal li l-MFPA se tibqa' tissielet għad- drittijiet tal-plejers, u qal li sakemm sitwazzjonijiet inġusti jibqgħu realtà, l-assoċjazzjoni se tibqa' persistenti u determinata sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha. Huwa semma' każijiet speċifiċi bħal dak ta' George Mallia, eksplejer tat-tim nazzjonali Malti, li jinsab preżentament sospiż inġustament. Semma' wkoll każijiet fejn plejers ikollhom iħallsu somom kbar minn buthom, sabiex ikunu jistgħu jilagħbu ma' tim ieħor u javvanzaw fil-karriera tagħhom, anke meta ma jkollhom l-ebda obbligazzjonijiet kuntrattwali. L-unur l-iktar mistenni tas-serata, dak tal-MFPA Player of the Year, hekk kif ivvutat mill- plejers stess, ġie mogħti lil Gilmar da Silva Ribeiro. Fil-kliem ta' ringrazzjament, huwa wera l-apprezzament tiegħu lejn il-klabb tiegħu, lejn il-familja, u stqarr is-sodisfazzjoni tiegħu li rebaħ dan l-unur prestiġjuż minn fost sħabu l-plejers. Il-lista kompluta tar- rebbieħa kollha tas-serata hija din: • MFPA Best Futsal Player: Raphael Oliveira • MFPA Best Female Player: Stephania Farrugia • MFPA Best First Division Player: Augustine James Obaje • MFPA Best Referee: Alan Mario Sant • MFPA Best Coach: Paul Zammit • MFPA Best Young Goalkeeper: Andrea Cassar • MFPA Best Young Defender: Daniel Zerafa • MFPA Best Young Midfielder: Bjorn Kristensen • MFPA Best Young Forward: Lydon Micallef • MFPA Best Young Player Overall: Lydon Micallef • MFPA Best XI: Goalkeeper – Andrea Cassar • Difensur Left-Back – Joseph Zerafa • Difensur Right-Back – Justin Grioli • Difensuri Ċentrali – Bruno Giglio De Oliveira, Enrico Pepe • Plejers ta' Nofs il-Grawnd - Paul Fenech, Bjorn Kristensen, Gilmar Da Silva Ribeiro • Attakkanti - Jhonnattann Benites Da Conceicao, Alfred Effiong, Matteo Piciollo • MFPA Best Player Overall: Gilmar da Silva Ribeiro • MFPA Special Award: Michael Mifsud • MFPA Merit Award: Joseph St.John • Intant, din iċ- ċerimonja ta' għoti ta' unuri mill-MFPA se tkun qed tixxandar fuq TVM 2, fil- ġimgħat li ġejjin. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Gilmar Da Silva Ribeiro bit-trofew tal-MFPA Best Player Overal Ritratt: Domenic Aquilina