Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Sports 33 Falken Cynergi Virtus jikkonfermaw il-qawwa taghhom It-tim ta' Falken Cynergi Virtus din is-sena mhux biss ġie kkonfermat bħala l-aqwa tim fil- Basketball Malti fl-ogħla diviżjoni, iżda wkoll rebaħ ħames Tazzi: it-Tazza Indipendenza, is-Super Cup, ix-shield, it-Tazza Louis Borg u l-Kampjonat. Wara dan it-tragward tassew rimarkabbli, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-moħħ wara dan is- suċċess kbir miksub minn dan it-tim tal-ogħla livell fil-basketball lokali, il- kowċ bravu Paul Ferrante, fejn tana stampa dettaljata ta' x'għadda minnu dan it-tim biex wasal għar-rebħ ta' dan it-tieni kampjonat konsekuttiv fost is-suċċessi l-oħra li l-istess tim kiseb matul dan l-istaġun. Il-kowċ Paul Ferrante qali li, "Ma nistax ma nesprimix is-sodisfazzjon tiegħi għal kif żvolġew l-affarijiet f 'dawn l-aħħar sentejn. Dan kollu jieħu aktar valur meta wieħed jikkunsidra li dan it-tim, tliet snin ilu lanqas biss kien fuq il-mappa tal- Basketball lokali. Ma nistax ma nieħux l-opportunità biex nirringrazzja lill- isponsors prinċipali, kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor għenu sabiex intlaħaq dan is- suċċess. Naħseb li l-għaqda li hemm f 'dan it-tim, hija l-ingredjent prinċipali wara dan is-suċċess. Barra minn hekk, id-dedikazzjoni u d-determinazzjoni ta' kull min hu nvolut fit- tim, kienu wkoll fatturi determinanti. Ma jistax jonqos imbagħad it-talent tal-plejers individuali, kif ukoll plejer barrani li sab postu tajjeb fl-iskwadra. Isir ħafna xogħol ta' tfittxija fis-sajf, però naħseb li l-klabbs kollha jagħmlu dan. Min-naħa tagħna, nista' ngħid li l-plejer dejjem ippruvajna nagħżluh biex jimla l-bżonnijiet tat- tim u l-esiġenzi tiegħi bħala kowċ. Din is-sena kellna wkoll l-inklużjoni taż-żagħżugħ Malti-Awstraljan Jacob Formosa, plejer ta' 18 -il sena li qiegħed juri potenzjal tajjeb ħafna. Inżid ngħid li l-kontribut tal-plejer barrani fil-livell tal-Basketball Malti huwa importanti ħafna. Il-plejers li nġibu minn barra xtutna jkunu ta' livell ogħla minn dawk lokali. Madankollu, din is-sena rnexxielna wkoll nirbħu Tazza mingħajr il-plejers barranin minħabba teknikalità fir-reġistrazjoni. Fil-fatt, is- Super Cup kontra l-Atleta rbaħnieha bil-Maltin biss. Dan juri s-saħħa tal-Virtus. Qabel ma jibda l-istaġun, ħafna mit-timijiet ikunu kaxxa magħluqa. Mal- ewwel logħob wieħed jibda jieħu idea mill-andament tal-logħob kif se jkunu t-timijiet. Aħna din is- sena tlifna lil Anton Axiaq, li ngħaqad ma' Floriana u ffirmajna lil David Camilleri, allura kellna naraw x'impatt kien se jkollu dan fuq it-tim. Fattur ieħor li wieħed irid jikkunsidra, huwa li l-istaġun li għadda, setgħu jsiru transfers sa nofs Frar. Allura tibqa' l-inċertezza ta' min se jkunu t-timijiet aħħarin għas-semi-finali tal-play- offs. Imbagħad fl-aħħar għandek l-inċertezzi tal- injuries. Is-sabiħ u l-ikrah tal-playoffs hu li jirbaħ min jasal bl-aqwa tim fl-aħħar parti tal-istaġun. Meta bdejna dan it-tim u amalgamajna ma' Starlites, il-pjan kien li nimmiraw għall-Kampjonat fi żmien tliet snin, kif ukoll, li nagħtu opportunità lill- plejers żgħażagħ li jkollhom fejn jimmiraw mingħajr ma jibdlu klabb. Fit- tieni sena minn mindu twaqqaf Virtus, qegħdin niċċelebraw it-tieni Kampjonat mirbuħ kif ukoll żewġ kampjonati bla telfa fil-kategorija ta' taħt it-23 sena. Jekk nagħqdu dan flimkien mal-unuri li ħadu l-kategoriji maskili kollha tal-iStarlites, allura naħseb li l-futur huwa wieħed promettenti ferm," temm jgħid Paul Ferrante. It-tim ta' Falken Cynergi Virtus li rebaħ il-Kampjonat tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni għat-tieni darba konsekuttiva Alessia Cristina tkompli tibni futur mill-isbaħ fl-atletika NHAR il-Ħadd li għadda fit-trakka tal-Marsa, Alessia Cristina, fit- tellieqa tat-300m tejbet ir-rekord nazzjonali li kien tagħha stess b'ħin ta' 41.51 sekondi. B'hekk dan kien ħin aħjar mir- rekord preċedenti tagħha li kien ta' 41.92 sekondi, li jfisser titjib ta' kważi nofs sekonda. F'dan l-istaġun, l-istess Alessia għamlet tliet rekords nazzjonali u t-tieni l-aħjar ħin nazzjonali, li jfisser 'en plein' wara kull ħarġa matul dan l-istaġun fid-distanzi tal-100 u 300 metru rispettivament. Dan bla dubju ta' xejn jawgura tajjeb għall- kumplament tal-istaġun wara ritorn minn injury li żammitha 'l bogħod mit- tlielaq kompetittivi matul l-istaġun li għadda. Intant, nhar is-Sibt 16 ta' April, ġot-trakka tal-Marsa, hija kisbet ħin ta' 13.04 sekondi fit-tellieqa tal-100 metru, li huwa t-tieni l-aqwa ħin kemm nazzjonali kif ukoll dak tal-istaġun tal- kategorija cadet femminili wara rekord ta' 12.81 sekondi li ġie stabbilit minn Cristina stess. Ir-rekord preċedenti kien dak ta' 13.14 sekondi ta' Martina Xuereb li nkiser wara 12 -il sena mill-istess Cristina. Minkejja li Alessia Cristina għad għandha 13-il sena, hija diġà waqqfet tliet rekords nazzjonali fis-70m hurdles is-sena l-oħra, fil-100 metru u anke fit-300 metru matul din is-sena. Hija titħarreġ ma' Pembroke Athleta, waqt li tattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport. L-atleta żagħżugħa ta' 13-il sena, Alessia Cristina Ritratt: Wally Galea