Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Situation Vacant Crane & High-up Driver F/T Must be over 25 years of age Must have clean driver's licence B&C Kindly send CV to foursite@maltanet.net or call 99244814 Raisefields Ltd Siggiewi il-ftehim tal-ġimgħa l-oħra xogħol. Kemm Scicluna kif ukoll Caruana irrifjutaw l-idea li l-miżura li ħabbar il-Gvern, b'xi mod falliet fl-għanijiet tagħha. Filwaqt li Caruana qal li l-ftehim iffirmat il-ġimgħa l-oħra qiegħed biss joffri ftit iktar flessibbiltà għal min iħaddem, Scicluna qal li dak li hemm fil-MOU missu sar qabel biex il-miżura kienet tkun suċċess mill-ewwel u ma kinux jinqalgħu intoppi. nbidel xejn fejn tidħol korruzzjoni' lin-nies biex jattendu l-protesta u fakkar fi kliem Dante Alighieri li l-agħar post fl-infern huwa għal dawk li fi żmien ta' kriżi jibqgħu newtrali." Wara l-protesta, fil-blog tiegħu Briguglio qal li n-numru ta' nies li attendew il-protesta huwa tajjeb, anke jekk ammetta li stenna li se jkun hemm attendenza ikbar. Minkejja dan, filwaqt li rringrazzja lil dawk li kienu preżenti, Briguglio qal li dawk li wrew "kuraġġ" u attendew, jistgħu jgħidu li semmgħu leħinhom u li jemmnu fil-ġid komuni. Busuttil u Cassola kważi spalla ma' spalla Anke jekk mal-ILLUM tal-Ħadd li għadda Arnold Cassola qal li hu ma jmurx jipprotesta spalla ma' spalla ma' Simon Busuttil għax l-Alternattiva Demokratika għandha l-kredibbiltà tagħha x'tieħu ħsieb, ilbieraħ kemm Cassola kif ukoll Busuttil kienu parti mill-folla żgħira li nġabret tipprotesta. Mal-gazzetta MaltaToday Busuttil spjega kif hu kien preżenti minħabba li l-korruzzjoni, illum tinsab fl-ogħla livelli. "Minkejja l-protesti, il-Prim Ministru baqa' m'għamel xejn u allura l-każ mhux se jingħalaq malajr." Il-Kap tal-PN qal li fil-fatt, il-każ tal-Panama se jkompli jippersegwita lill-Prim Ministru Joseph Muscat sal- elezzjoni li jmiss. Intant, Marlene Farrugia kompliet issostni li l-poplu għandu jkompli jħeġġeġ lill-Gvern biex ikun nadif u trasparenti. "Sakemm idumu Konrad Mizzi u Keith Schembri, ħadd mhu se jemmen li dan huwa Gvern nadif. Kemm idumu dawn it-tnejn, se jibqgħu d-dubji u jekk jibqgħu sal-elezzjoni, il- partit li ħdimna biex intellgħu, jisfaxxa." Mumenti mill-protesta tal-bieraħ Ritratti: Ray Attard