Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Sports 28 Manchester United jersqu eqreb tal-UEFA Champions League u Chelsea maħsuda minn Sunderland RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 7 ta' Mejju Norwich C. vs Manchester U. 0-1 AFC Bournemouth vs WBA 1-1 Aston Villa vs Newcastle United 0-0 Crystal Palace vs Stoke City 2-1 Sunderland vs Chelsea 3-2 West Ham United vs Swansea C. 1-4 Il-Ħadd 8 ta' Mejju 14:30 Tottenham H. vs Southampton 17:00 Liverpool vs Watford 17:00 Manchester City vs Arsenal Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 8 ta' Mejju 12:30 Roma vs ChievoVerona 15:00 Atalanta vs Udinese 15:00 Carpi vs Lazio 15:00 Fiorentina vs Palermo 15:00 Frosinone vs Sassuolo 15:00 Sampdoria vs Genoa 20:45 Hellas Verona vs Juventus 20:45 Torino vs Napoli Taqtiegħa bejn il-plejer ta' Manchester United, Memphis Depay, u d-difensur ta' Norwich, Gary O'Neil MANCHESTER United barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 biex komplew jersqu eqreb lejn kwalifikazzjoni għall- UEFA Champions League, bil-gowl għalihom jasal tard fil-logħba eżattament fis-72 minuta permezz tal- Ispanjol Juan Mata, wara li rċieva assist mingħand Wayne Rooney. Chelsea wkoll barra minn darhom ġew ixxukkjati minn Sunderland, meta sfaw megħluba bl-iskor ta' 3-2, biż-żewġ gowls għat-tim minn Londra jaslu minn Diego Costa u Nemanja Matić fl-14 u fil-45 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, it-tliet gowls għal Sunderland waslu minn Wahbi Khazri fil-41 minuta, Fabio Borini fis-67 minuta u Jermain Defoe fis-70 minuta, bl-istess attakkant jiġi ammonit propju ftit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Intant, Chelsea temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fid-90 minuta, tkeċċa għalihom il-captain veteran John Terry, wara li rċieva ammonizzjoni doppja, f 'temp ta' tliet minuti. West Ham United ġewwa darhom fil-Boleyn Stadium f 'Upton Park ġew ixxukkjati u umiljati minn Swansea City, meta dawn tal-aħħar għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-1, bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Wayne Routledge fil-25 minuta, Andrew Ayew fil-31 miuta, Sung-Yueng Ki fil-51 minuta u Bafetimbi Gomis propju fid-90 minuta. Il-gowl waħdieni għall- Hammers wasal minn awto- gowl sfortunat tal-plejer ta' Swansea City, Stephen Kingsley, fit-68 minuta. West Bromwich Albion u AFC Bournemouth temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal WBA jasal mis-solitu José Salomon Rondon fis-16 -il minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li WBA kellhom iċ-ċans li jirduppajw l-iskor fit-43 minuta iżda fallew penalty minn Craig Gardner. AFC Bournemouth ġabu l-iskor indaqs tard fil-logħba, eżattament fit-82 minuta permezz ta' Matt Ritchie. Crystal Palace ġewwa darhom dawru telfa f 'rebħa, meta għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għar-rebbieħa jaslu minn doppjetta ta' Dwight Gayle fis-47 u fit-68 minuta. Dan wara li kien is-solitu attakkant ta' Stoke City, Charlie Adam, li kien fetaħ l-iskor għalihom fis-27 minuta. Intant, il-konfront bejn Aston Villa u Newcastle United intemm f 'parità ta' mingħajr gowls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016