Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum 21 Pjazzetta Esebizzjoni ta' fjuri mill-florist rinomat Araik Galstyan ARAIK Galstyan, li fil- preżent meqjus bħala l-aqwa florist fid-dinja, se jesebixxi arranġament tal-fjuri fil-kappella Russa li hija parti mill-palazz ta' San Anton għall-Wirja l-Kbira tar-Rebbiegħa organizzata mis-Soċjetà Maltija tal-Ortikultura, fil-ġonna u parti mill-palazz f 'San Anton f 'Ħal Balzan, fi tmiem il-ġimgħa tas-Sibt u l-Ħadd 14 u 15 ta' Mejju. Araik Galstyan se jesebixxi wkoll dimostrazzjoni fl-arrangamenti tal-fjuri fil-wirja l-Ħadd 15 ta' Mejju għal siegħa bejn l-10.30am u l-11.30am. Għall-ewwel darba, il- preżentazzjoni lir-rebbieħa fis-sezzjonijiet tal-iskejjel se issir il-Ħadd filgħodu u tibda mill-11.30am mill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo. Din il-wirja tagħti l-opportunità lil dawk kollha dilettanti tal-arranġamenti tal-fjuri, cut flowers, pjanti fil-qsari, frott, ħxejjex tal- ikel, homemade preserves u artiġġjanat. Barra minn hekk, se jkun hemm tliet skejjel tal-arranġamenti tal-fjuri, fejn l-istudenti ta' kull skola jikkompetu bejniethom. Dawn it-tliet skejjel huma mħejjija minn Glorian u Nadien Micallef-Grimaud, skola oħra minn Connie Scerri u l-iskola l-oħra minn Maria Cordina. Fil-wirja se jkun hemm esebizzjoni f 'serra, imtella' mill-Bonsai Culture Group. Din il-wirja tikkonsisti wkoll f '220 sezzjoni differenti kompetittivi, fosthom Klassi 31 li hija ta' arranġament tal- fjuri maħdum fuq il-post stess is-Sibt filgħodu 14 ta' Mejju bejn is-6:00am u d-9.30am, u miftuħa għall-pubbliku in ġenerali. Is-suġġett għall- arranġament għal din is-sena huwa, 'Visti statali'. Min se jieħu sehem irid jibgħat e-mail biex jiġi riżervat il-post għall- arranġamenti Il-pjanti fil-qsari tal- kompetizzjonijiet tal-kbar iridu jinġiebu San Anton il-Ġimgħa 13 ta' Mejju bejn 1.00pm u 5.30pm, filwaqt li l-esebiti kompetittivi l-oħra jinġiebu San Anton l-għada s-Sibt filgħodu bejn is-6:00am u d-9:30am. Il-ħinijiet li tkun miftuħa l-wirja għall-viżitaturi huma, s-Sibt bejn is-2:00pm u l-10:00pm u l-Ħadd bejn it-8:00am u d-9:00pm. Waqt ħafna mill-ħinijiet tal-wirja tkun għadejja xi attività bħal artiġġjanat, żfin minn tmien skejjel differenti, il-banda tal- iscouts tax-Xgħajra, il-Banda tas-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina u taħditiet fuq l-għasel lokali. Il-wirja tkun miftuħa uffiċjalment is-Sibt 14 ta' Mejju fil-5:00pm mill- Ministru Josè Herrera, u fiċ- ċerimonja tal-Ħadd filgħaxija 15 ta' Mejju fis-7.00pm, il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca flimkien mas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, jippreżenta t-tazzi lir-rebbieħa u ċertifikati lil dawk li ħadu sehem fil- wirja bħala esebituri. Dħul għall-wirja jkun jew mill-bieb prinċipali ta' isfel tal- ġnien jew minn fuq, mill-bieb li jinsab faċċata tal-Kitchen Garden, u l-biljetti tad-dħul jinqatgħu dak il-ħin miż-żewġ postijiet. Prezz tal-entratura huwa €2 u t-tfal jidħlu b'xejn. Kull min ikollu bżonn aktar informazzjoni huwa mitlub li jibgħat email fuq the-willows@onvol.net jew iċempel 2169 2144 jew 7998 5237. Il-Fondi mill-Festival tat- Trasport f 'Birżebbuġa għal 'Qalb it-Tfal' minn Bernard Farrugia ĠIMAGĦTEJN ilu, il-Bajja s-Sabiħa f 'Birżebbuġa ġiet mibdula f 'Festival ta' Transport. Imma l-mistoqsija ta' ħafna mill- viżitaturi kienet għall-liema fondazzjoni bdew jingabru dawn il-flus. Il-fondi kollha miġbura minn din l-attivita marru għall-Fondazzjoni Qalb it-Tfal. Qalb it-Tfal hija fondazzjoni li tgħin u tappoġġja lill- NPICU (Neo-Natal Paediatric Intensive Care Unit) fi ħdan l-isptar Mater Dei. Dan il- unit jilqa' fih dawk it-trabi li minħabba ċirkostanzi differenti, ikollhom bżonn ta' kura immedjata u f 'ċertu istanzi intensiva. F'Ġunju 2013, fil-preżenza tal-Ministru Chris Fearne, ingħatat il- Cooling Cap System li tiswa €20,000. Dan l-apparat jgħin lil dawk it-trabi li jitwieldu bi Brain Aspheyxia, li hija nuqqas ta' ossiġnu fil-moħħ. Matul dawn l-aħħat tliet snin, dan il-unit irċieva diversi għotjiet oħra li qed jgħinu kemm lill-istaff, kif ukoll lill-istess trabi. Barra minn dan, il-fondazzjoni tissaportja programmi t'għajnuna fi ħdan l-iskejjel, lil dawk l-istudenti li jkunu jinsabu f 'diffikultajiet soċjali. Il-moħħ wara din il- Fondazzjoni huwa s-Sur Roderick Cachia. It-tewmin tal-familja Cachia twieldu ta' sebgħa u għoxrin ġimgħa biss u kienu jiżnu inqas minn kilo kull wieħed f 'Awissu tal-2011. Minn hawnhekk, f 'Roderick u Liliana nibdet ċertu mħabba speċjali għal dawn it-tfal li jkunu rikoverati fl-NPICU. Minn hemmhekk Roderick flimkien ma' martu Liliana u voluntiera oħra bdew jorganizzaw attivitajiet bħal kunċerti mużikali, testimonials tours u attiviatijiet oħra. Grazzi għal dawn l-attivitajiet jinġabru fondi sabiex jitniedu iktar proġetti b'riżq l-NPICU u mhux biss. Malta Festival of Transport 2016 L-attività kienet immirata għall-familja kollha. Diversi bands lokali, kantanti, karrozzi antiki, Amerikani, trakkijiet, Minis, VWs kienu ftit mill- attrazzjoni li lewnu x-xatt ta' Birżebbuġa. Preżenti għal din l-attività kien hemm ix-Shield tar-regatta ta' Kategorija 'B' li tajjeb li nsemmu li din intrebħet miż-żgħażagħ tal-lokal. Id-donazzjonijiet miġbura kollha marru b'risq il-fond tal-Fondazzjoni Qalb it-Tfal. Il-Fondazzjoni Qalb it-Tfal qed tħares li tkun protagonista fi proġetti b'risq it-tfal Maltin u anke f 'kampanji ta' għarfien dwar it-trobbija ta' uliedna. Il-Fondazzjoni temmen fil-potenzjal ta' tfal u li din il-faxxa fis-soċjetà għandha jkollha l-ħarsien meħtieġ minħabba l-vulnerabbiltà tagħha. Il-Mental Health First Aid Gwida għall-Malti Komunikattiv SKONT studju li sar ftit taż-żmien ilu mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għas- Saħħa Mentali fi sħubija mal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika jirrizulta li f 'Malta hawn kważi nofs il-Maltin u l-Għwdxin li mhumiex infurmati biżżejjed dwar is- saħħa mentali, għaldaqstant jeħtieġ li jkun hawn aktar għarfien dwar dan is-suġġett. Il-Fondazzjoni Richmond li hija entità mhux governattiva li taħdem fil-qasam tas-saħħa mentali qed toffri kors ta' 12–il siegħa dwar il-Mental Health First Aid. Dan jinkludi 4 sessjonijiet ta' tliet sigħat kull wieħed. Kull parteċipant li jattendi għal dan il-kors se jingħata ċertifikat li jkun validu għal perjodu ta' tliet snin. Il-Mental Health First Aid huwa miftuħ għal dawk in-nies li għandhom 'il fuq minn tmintax–il sena, u l-għan prinċipali tiegħu huwa li jgħallem lin-nies kif għandhom jassistu lil xi ħadd li qed jiżviluppa problema ta' saħħa mentali jew li għandu problema ta' saħħa mentali. L-ewwel għajnuna tingħata sakemm il-persuna tibda tingħata trattament professjonali jew sakemm il-kriżi tas-saħħa mentali tkun solvuta. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit, www. richmond.org.mt/mhfa jew iċċemplu l-Fondazzjoni Richmond bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa fuq 21 224580 bejn it-8am u l-4pm. L-AWTUR Charles Daniel Saliba għadu kemm nieda ktieb ġdid bl-isem Gwida għall-Malti Komunikattiv. Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek tikkomunika aħjar bil-Malti miktub. Fih se ssib pariri u mudelli ta' kif tagħmel tipi ta' kitbiet differenti li niltaqgħu magħhom fi żminijiet differenti matul ħajjitna. Fih jinkludi pariri konċiżi u mudelli ta' kif tagħmel: komponimenti ta' stili differenti; ittra formali, informali, f 'gazzetta, għal xogħol u ittra elettronika; avviż, deskrizzjoni, direzzjoni, djalogu, kapxin, lista, messaġġ, rapport, reklam, slogan, struzzjoni, taqsira u traduzzjoni. Saliba fassal ukoll taħriġ fuq kull sezzjoni. L-awtur huwa għalliem tal-Malti, li għallem il- livelli kollha tal-MATSEC, jaf x'diffikultajiet iħabbtu wiċċhom magħhom l-istudenti u għalhekk fassal dan il- ktieb biex jgħinhom. Dan il-ktieb huwa tajjeb biex jintuża b'mod individwali, fi gruppi, jew l-iskola. Għal aktar informazzjoni, tista' żżur is-sit www.charlesdanielsaliba.com Id-disinjatur tal-fjuri Araik Galstyan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016