Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 L-ebda konsultazzjoni mal-KNPD dwar il-ftehim Minkejja ċ-ċerimonja, il-ftehim mhu se jdaħħal l-ebda dritt ġdid għal persuni b'diżabbiltà minn Albert Gauci Cunningham ILPRESIDENT tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà (KNPD), Oliver Scicluna stqarr mal-ILLUM li la hu u ħadd minn dawk li jirrapreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà ma kienu kkonsultati dwar il- Memoradum of Understaing (MOU) iffirmat il-ġimgħa l-oħra. Dan il-ftehim, li l-ILLUM għandha f 'idejha, jidher li qiegħed biss joffri linji gwida lil min iħaddem biex tkun tista' tiġi implimentata l-miżura introdotta żewġ baġits ilu, li timponi kwota ta' nies b'diżabbiltà fuq kull post tax-xogħol. Din il-miżura ntlaqgħet minn reżistenza minn min iħaddem. Fil-fatt, wara li din il-gazzetta fliet id-dokument ta' erba' paġni, sabet li minkejja li l-ftehim kien ipproġettat bħala 'pass storiku' u preżenti għall-iffirmar ta' dan l-MOU kien hemm, saħansitra l-Prim Ministru, fil-verità d-dokument qiegħed biss jiffaċilità l-implimentazzjoni ta' miżura mħabbra sentejn ilu. Oliver Scicluna, għalkemm pożittiv dwar il-progress u l-kisbiet f 'dan il-qasam fl- aħħar snin, innota b'dispjaċir li "aħna qatt ma konna involuti fil-proċess li wassal għal dan il-ftehim. Fil-fatt, jien kont infurmat bl-iffirmar ftit biss qabel u rajt il-ftehim il-ġurnata ta' qabel iċ-ċerimonja, għax xtaqt inkun naf x'fih qabel inkun preżenti." Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, iċ-chairperson eżekuttiv tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) Clyde Caruana spjega li l-KNPD ma ġietx ikkonsultata minħabba li fi kliemu stess, "il-Memorandum of Understanding ma biddel xejn minn dak li kien mifthiem qabel u ma tnaqqas l-ebda dritt li kellhom nies b'diżabbiltà. Li għamilna, permezz ta' dan il-ftehim, huwa li tajna aktar flessibbiltà lil min iħaddem." Ma' dan, qabel ukoll Scicluna li spjega kif l-għan ta' dan il-ftehim kien li jiġu ċċarati teknikalitajiet u jitneħħew diffikultajiet li kienu qed iżommu l-miżura mħabbra mill-Gvern milli tkun implimentata fit-totalità tagħha f 'ħafna postijiet tax- - Il-Gvern qed jipproponi reġistru nazzjonali ta' nies b'diżabbiltà - Id-definizzjoni ta' diżabbiltà hija dik użata minn Naz- zjonijiet Uniti jiġifieri persuna "b'diżabbiltà fiżika, men- tali, intelletwali jew b'kwalunkwe sfida li twaqqaf il- parteċipazjoni sħiħa ta' individwu fis-soċjetà - Jekk persuna ma tibqax parti minn dan ir-reġistrub'għażla tagħha, dan ma jkunx għad-detriment ta' min iħaddem - Persuni li diġà għandhom impjieg u għandhom diżabbiltà jgħoddu mal-kwoti ta' persuni b'diżabbiltà - L-ETC mhux se tippenalizza lil min ma jħaddimx persuna b'diżabbiltà b'mod dirett sakemm joffri sigħat jew xogħol lil persuni b'diżabbiltà b'mod indirett (outsourcing jew in-service) - Inċentivi lil kull min joffri mill-inqas sena ta' apprentistat lil persuna b'diżabbiltà - Il-kwoti fuq dawk li joperaw grupp ta' kumpaniji jkunu maħdumin fuq in-numru totali ta' impjegati fil-grupp kollu - Kull min iħaddem u jimpjega persuni b'diżabbiltà skont il-kwoti stabbiliti mill- Gvern fil-Baġit 2015, ikun eżenti minn ħlasijiet ta' bolla fuq l-istess impjegati X'hemm eżattament l-ftehim? 'Inbidel il-Gvern u ma nbidel ILBIERAĦ in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili organizzat protesta biex turi l-għadab tagħha għal Konrad Mizzi u Keith Schembri, fil-każ li żvela kif dawn it-tnejn għandhom kumpaniji fil- Panama. Minkejja l-messaġġi b'saħħithom kontra l-korruzzjoni u kontra l-attitudni tal-Gvern fil-konfront ta' Mizzi u Schembri, l-attendenza kienet waħda pjuttost fqira. B'kollox, kien hemm bejn 200 u 300 persuna li attendiet il-protesta u fosthom kien hemm numru ta' Deputati Nazzjonalisti, il-Kap tal- Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, id-Deputata Marlene Farrugia u numru ta' għaqdiet, fosthom Moviment Graffiti. Għalkemm il-protesta kellha tkun waħda ħielsa mill-politika, messaġġ tal- Moviment Graffiti kontra ż-żewġ partiti wassal għal reazzjoni negattiva minn grupp ta' partitarji Nazzjonalisti, li saħansitra bdew jitolbu lill-Pulizija biex jitneħħa. Il-messaġġ tal- Graffiti, li kien qed iżomm André Callus, membru tal-istess moviment, kien jgħid li minkejja li nbidel il-Gvern, fil-verità ma nbidel xejn, 'Same shit...different government'. Dan il-messaġġ wassal biex numru ta' partitarji Nazzjonalisti preżenti talbu li jitneħħa dan il- kartellum għax ħassewhom offiżi li qed jiġu mqabblin mal-Gvern preżenti. Raġel preżenti saħansitra nstema jgħid, filwaqt li kien qed iħares lejn il-membri tal-Graffiti, "dawk Laburisti...ħmieġ tal- art." Intant fil-messaġġ tiegħu, il-Moviment Graffiti wera d-dispjaċir tiegħu li minkejja li nbidel il-Gvern, "is- sitwazzjoni politika rigward il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza ma marritx għall-aħjar." Huma fakkru kif, "kemm Konrad Mizzi kif ukoll Keith Schembri ma kinux etiċi meta fetħu trusts f 'postijiet magħrufin għall-evażjoni fiskali. Minkejja dan, huma xorta għadhom f 'pożizzjonijiet ta' poter. Dan huwa sempliċiment inaċċettabbli." Il-Moviment Graffiti, preżenti għall-protesta, ma tantx deher li kien impressjonat bl-apoloġija pubblika li għamel Konrad Mizzi iktar kmieni din il- ġimgħa fil-Parlament. "Li tintalab skuża lill-pubbliku, mingħajr ma jkun hemm riżenji, ma tfisser xejn," sostna l-Moviment Graffiti. Awto-gowl etiku kbir Intant Michael Briguglio, kunsillier f 'isem l-Alternattiva Demokratika u membru tan-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili sostna li l-fatt li Muscat żamm lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, kien awto- gowl etiku u politiku kbir. "Joseph Muscat sadd widnejh, imma aħna grupp ta' nies li f 'elezzjoni jafu jagħmlu d-differenza," tenna Briguglio. Intant ftit siegħat qabel il-protestak, Briguglio tella' ritratt fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook li fih inkoraġixxa Protesta mis-soċjetà ċivili tattira ftit mijiet ta' nies u twassal għal battibekki bejn il-Gra ti u partitarji tal-PN Il-poster li offenda lin- Nazzjonalisti preżenti