Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Intervista 11 Simon għad-disfatta ta' Brussell offrieli pożizzjoni mill-aktar prestiġġjuża. Fil-konfront tiegħi, Joseph m'użanix bħala pedina u m'għamilx manuvra biex ineħħini. Li kien għal Joseph, jien bqajt f 'din il-kariga." Abela qal ukoll li hu kien li ppropona biex min ikun deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit ma jkunx deputat Parlamentari, "Meta sirt deputat mexxej jien assigurajt lid-delegati li jien se naħdem biss fl-interess tal-partit u mhux fil-Parlament. Issa din ir-regola nbidlet, nispera li nbidlet għall-aħjar għalkemm għandi r-riservi tiegħi." Dan allura jfisser li hu se jivvota għall-kandidat li ma jkunx membru parlamentari? "Le, stenna daqsxejn," jgħidli minnufih. "Għax anke jekk ikun hemm kandidat mhux parlamentari, xorta jista' jikkontesta għall-parlament u l-kariga tiftaħlu l-bieb għall-Parlament. Kif kont jien, ma stajtx nikkontesta għall- elezzjonijiet u din nibqa' nemmen fiha għax jien qatt ma ridt li nkun 'torn between two lovers' kif jgħidu, bejn l-elettorat li jagħtini l-voti, u l-partit li ġej minn kull distrett." 'Għamilt ħafna ħbieb u għedewwa' Toni Abela qalilna li hu għamel tmien snin f 'din il-kariga u qatt ma tħallas, "kont naħdem minimu ta' sitt sigħat kuljum u mhux talli ma tħallastx, iżda ħriġt ħafna flus minn buti għall-Partit. Ma jiddispjaċinix, għax jien il-politika ħadtha bħala missjoni. Il-flus dejjem ġibthom mis-sengħa professjonali tiegħi ta' avukat. Illum għandi 59 sena u ma naħsibx li lest li nerġa' nagħti daqs kemm tajt. Tajt tmien snin minn ħajti u qlajt biss daqqiet fl-istonku, tgħajjir, insulti, disprezzi kbar, nies jittraduni u bqajt għaddej għalkemm kelli sodisfazzjonijiet ukoll mal- għeruq tal-partit, fl-istorja tal- partit u l-artikli li kont nikteb. Ħadt deċiżjonijiet iebsa ma' ħbieb tiegħi, bħal meta kont inneħħi sindki tal- Partit u anke miżuri dixxiplinarji ma' membri tal-Partit. Għamilt ħafna ħbieb u anke ħafna għedewwa." L-ILLUM staqsiet jekk kellux subajh fid-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru li ħa dan l-aħħar billi hu konsulent tiegħu. Abela wieġeb li, "jiġri x'jiġri bejni u bejn il-Prim Ministru fil-Kabinett imut miegħi. Jien qas dokumenti li jitqassmu fil- Kabinett ma nkun irrid. Narahom minn ta' ħaddieħor ma mmurx inħalli xi dokument fid-djarju u joħroġ fil-beraħ." 'Nippreferi kieku Marlene ma rreżenjatx' Għalhekk staqsejnieh l-opinjoni personali tiegħu dwar jekk jaħsibx li l-kwistjoni Marlene Farrugia ġietx indirizzata b'mod tajjeb mill-Gvern li flok ressaqha lura lejh, spiċċa ħoloq waħda mill- akbar avversarji tiegħu. "Meta l-affarijiet jikbru," sostna Abela, "wara kulħadd għaref. Wieħed mill-aktar elementi perikolużi f 'kull politiku hu n-narċiżżiżmu, li biha, kull politiku jbati xi ftit biha, għax kollha nħobbu nidhru u nitkellmu. U kultant immorru fuq l-estrem l-ieħor u ngħidu xi affarijiet li vera jkunu minnhom, iżda li kien ikun aħjar li ma jingħadux. f 'kull okkażjoni. Marlene Farrugia nammiraha għal kritika li tagħmel. Jien kont il-fundatur tal-awtokritika fil-Partit Laburista, fl-1989 meta anke bħala president ma ddejjaqtx nikkritika lill-Partit fil-beraħ, tant li anke tkeċċejt mill-Partit u jien ridt nibqa' fil-partit. Ngħid għalija kont nippreferi li Marlene tibqa' fil-grupp Laburista u tibqa' tikkritika. Għax leħen ta' kritika fi ħdan partit, ġid tagħmillu." Toni Abela kien parti mill-Partit taħt diversi kapijiet, "Ħdimt minn Mintoff sa Muscat. Mintoff tajjeb u ħażin, kien katalista u kellu diskorsi ideoloġiċi li kont tħosshom. Karmenu Mifsud Bonnici kien sfurzat biex jidħol fil-politika fejn inqisu aktar bħala missjunarju milli politiku. Alfred Sant bil- karattru ewroċentriku u bis-sens ta' kritika intellettwali kien il- bniedem li bidel il-partit Laburista u għamlu aktar modern b'ċentru ġdid u midja ġdida. Filwaqt li taha eżempju ta' kif tiggverna mingħajr ma tiddiskrimina, fejn kien jemmen ħafna fil-meritoktrazija. Tista' ma taqbilx miegħu f 'ċertu affarijiet imma kellu moħħu ċar f 'dik li hi korrettezza. Bil-miġja ta' Muscat, kien hemm trasformazzjoni oħra fejn setturi fis- soċjetà li sa ftit ilu qatt ma riedu jafu bil- partit laburista kollha b'mod jew ieħor daħlu f 'koalizzjoni miegħu. Hemm uħud diġa telqu, nagħmilha ċara, iżda hemm oħrajn li se jibqgħu u dan hu pass importanti fl-iżvilupp tal-Partit Laburista, għax kieku dawn qatt ma kienu jkunu parti mill-Partit Laburista. Kull kap ta biċċa biex Malta waslet s'hawn bħalma taw il-gvernijiet Nazzjonalisti. Bid-difetti ta' kulħadd, Malta waslet s'hawn mertu għalihom kollha. Jekk illum għandna ekonomija soda, hemm il-kontribuzzjoni wkoll tal-Gvern Nazzjonalista ta' qabel." L-aħħar mistoqsija tagħna kienet jekk il-Panamagate tistax tkun mażżra m'għonq Muscat u tistax ittelliflu l-elezzjoni, "Il-Panamagate se jkollha effetti negattivi fuq il-Gvern. Ma naħsibx li ttellfu l-elezzjoni, peró mhux se tgħinu żgur." Toni Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016