Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum li Ira se tagħmilha minn Veronica Lynn Mizzi FADAL biss jumejn sakemm naraw lir-rappreżentanta tagħna fuq il-palk fi Stokkolma fl-Iżvezja, u jekk dik is-serata tkun suċċess, nerġgħu narawha ftit inqas minn ġimgħa oħra tikkompeti fil-finali tal- Eurovision Song Contest. Għalkemm għall-bidu, kienu bosta dawk li wrew id-diżappunt jew it-tħassib tagħhom għall-mod ta' kif intgħażlet kanzunetta 'Walk on Water' wara li l-poplu kien għażel id- diska 'Chameleon' fil-Malta Eurovision Song Contest, illum il-ġurnata tista' tgħid li Ira Losco u d-diska tagħha 'Walk on Water', tgawdi mis-sostenn u l-appoġġ totali tal-maġġoranza assoluta tal- Maltin. Lil hinn minn Malta, il-kumpaniji tal-imħatri u l-'bookmakers' qegħdin ipoġġu lil Malta mal-ewwel ħames postijiet fis-serata finali. Iżda minkejja dan kollu, x'jaħsbu n-nies dwar id-diska li se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision? U Iktar minn hekk, jaħsbu li din is-sena, Malta permezz ta' Ira Losco għandha ċans mhux biss li tilħaq is-semifinali, imma anke tmur tajjeb fis-serata finali u forsi, min jaf, anke tirbaħ l-edizzjoni ta' din is-sena? Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM marret fit- toroq ta' Raħal Ġdid sabiex tistaqsi jekk in-nies jaħsbux li Malta għandha ċans, li fl-aħħar tirbaħ il-Eurovision din is-sena. Segwi l-vox pop fuq is-sit illum.com.mt u l-paġna ta' Facebook 'Illum' Joe Sultana Rita Montebello Carmen Argento Catherine Zerafa Yanika Baldacchino George Carabott Felicita Farrugia Carmen Camilleri Manuel Aquilina George Gonzi Ma naħsibx li Malta tirbaħ, imma li tiġi t-tieni jew it-tielet, naħseb li għandna ċans kbir ħafna. Għandna diska sabiħa, u m'hemmx fiex titfixkel fiha għax togħġob lil kulħadd. Naħseb li għandha ċans tirbaħ, u nisperaw li hekk jiġri. Nittamaw li ma jkunx hemm pajjiżi li jagħmlulna l-bsaten fir-roti u ma jagħtuniex voti, għax hi brava, intelliġenti u ħaqqha. Suppost id-diska tajba u naħseb li għandha ċans tirbaħ, għax Ira Losco brava u taf tkanta ħafna. Għandha ċans tirbaħ, għax għandha diska tajba, u hi bħala kantanta, hi tajba. Nisperaw li kollox imurilha tajjeb. Naħseb li Malta għandha ċans kbir tirbaħ. Għandna pakkett tajjeb, u nista' nimmaġina li se tmur tajjeb. Nixtiequ li tirbaħha Malta, biex tagħmlilna unur barra mill-pajjiż. Fil-Eurovision, ma ngħidx li m'għandniex ċans, imma kif inhuma mqassma l-pajjiżi tan- naħa ta' fuq, bil-voti nbatu xi ftit, għax m'għandniex min jagħtina punti fil- Mediterran. Jien naħseb li għandha ċans tajjeb. Lili għoġbitni ħafna, u nħobb insegwi l-Eurovision fuq il-BBC, għax ngħix l-Ingilterra. Naħseb li tal- inqas għandha tispiċċa bejn l-ewwel u l-ħames post. Naħseb li din id-darba għandha daqsxejn ċans. Hi diġà magħrufa barra minn Malta, għandha leħinha sabiħ u anke l-kanzunetta tagħha hi tajba. Naħseb li għandha ċans tajjeb, għaliex anke mill- video li rajna: il-fatt li qiegħda ħdejn il-baħar u l-ħwejjeġ li kellha, qegħdin attraenti ħafna. Hi famuża diġà u għandha leħen tajjeb, u nħoss li l-fatt li diġà għamlet isem tajjeb għaliha barra minn Malta jgħin biex ikollna ċans. Skont l-aħbarijiet, lill-Ira tawha bejn ir-raba' u s-sitt post, jiġifieri hi hemm qiegħda. Issa li tista', forsi mir-raba', tiġi t-tielet jew it-tieni, forsi tavvanza xi ħaġa, u xorta jkun unur għalina. Hija diffiċli, imma hemm qiegħda mal- oħrajn. Ritratti: Raphael Farrugia Ritratt: Allen Venables