Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum tal-abjad u l-iswed Sports 35 Wara Perugia, ingħaqadt ma' Avellino fejn iżda lgħabt vera ftit. Għaliex? Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi barra mid-dar u l-familja u kont batejt naqra sabiex integrajt sew. Infatti kont mort b'self ma' klabb ieħor waqt dik l-esperjenza u erġajt irritornajt ma' Avellino għall- preparament tal-istaġun sussegwenti, fejn ftit wara ngħaqadt mat-tim ta' Reggiana. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq l-esperjenza ma' Reggiana? Kienet esperjenza pożittiva mmens, fejn sirt magħruf għall-ammont ta' gowls li bdejt niskorja. Barra minn hekk, hemmhekk sirt naf lill-mara tiegħi, fejn hemmhekk konna tgħarrasna u eventwalment iżżewiġna qabel ingħaqadt mat-tim ta' Juventus. Wara Reggiana, waslet l-opportunità ma' Juventus. Kif tħares lejn il-perjodu tiegħek ma' Juventus? Kienet esperjenza tal-ġenn. Li tmur tilgħab mat-tim li tkun iżżomm miegħu, mhux ħaġa li ssir lil kull plejer. Irbaħt kull unur possibli ma' klabb kbir u nibqa' grat lejn is- soċjetà Juventina għal dejjem. Il-gowl fil-finali tal-UEFA Champions League fl-1996 kontra Ajax. Kif tiddeskrivieh? Dak il-gowl jibqa' rekordju indimentikkabbli kemm għalija, kif ukoll għal Juventus fuq livell mondjali, inklużi l-partitarji għaliex hemmhekk irbaħna l-aħħar UEFA Champions League tagħna. Kif kienet l-esperjenza meta temmejt l-avventura fl-Italja, u mort tilgħab l-Ingilterra mat-tim ta' Middlesbrough? L-esperjenza Ingliża kienet pożittiva ħafna, biss biss iddebuttajt b'hat trick kontra Liverpool, fejn ġejt ippremjat għaliha wkoll. Dik is-sena skurjajt ukoll 34 gowl, fejn irbaħt l-unur tal-aqwa skorer fil-kampjonat Ingliż ukoll. Komplejt il-karriera tiegħek ġewwa Franza, mat-tim ta' Marseille. Hemmhekk ukoll kelli mumenti tajbin, ma' klabb li għandu storja importanti u fejn irnexxieli anke nirbaħ żewġ kampjonati u tlifna wkoll l-finali tat-Tazza UEFA kontra Parma. Fl-Italja, kellek ukoll esperjenza ma' Lazio. Din kienet esperjenza oħra pożittiva, fejn irnexxieli nirbaħ il- Kampjonat tal-istaġun 1999/2000 apparti l-Coppa Italia u s-Super Cup. Kellna attakk fenomenali, fejn konna jien, Alen Boksic, Roberto Mancini, Marcelo Salas u Simone Inzaghi. Barra minn hekk, fl-Ingilterra kellek ukoll esperjenza ma' Derby County. Forsi ma kinitx waħda mill-aħjar esperjenzi tiegħi, għaliex kemm it-tim ma' kienx ta' livell sabiex jilgħab fil-Premier League u barra minn hekk, kont weġġajt ukoll. F'dak l-istaġun irnexxieli niskorja 12-il gowl biss. Kellek ukoll esperjenza qasira fl- Iskozja. Hemmhekk domt vera ftit, għamilt xahar biss, fejn lgħabt madwar ħames logħbiet biss. Wara hemmhekk, mort ningħaqad mat- tim ta' Perugia, sabiex spiċċajt l-karriera tiegħi hemmhekk. Nista' ngħid, li kien tragward ieħor importanti li nagħlaq il-karriera tiegħi hemmhekk. In-Nazzjonal Taljan. Hemm xi rikordju partikolari? Probabbilment, l-iżjed mument speċjali kien id-debutt tiegħi kontra l-Estonja, ġewwa Salerno fejn skurjajt ukoll. Kont l-aqwa skorer fil-kwalifikazzjonijiet kemm għall- Ewropej tal-1996 kif ukoll għat- Tazza tad-Dinja ta' sentejn wara. Wara l-karriera bħala plejer, bdejt anke l-karriera bħala kowċ. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek? Bdejt il-karriera tiegħi bħala kowċ mat-tim ta' Juventus, fil-livell taż- żgħażagħ. Irnexxieli nirbaħ il-UEFA Champions League taż-żgħażagħ ukoll u ftit wara mort nikkowċja fi Franza, mat-tim t'Ajaccio, fejn iżda domt tliet xhur biss minħabba li l-president ried ineħħi lill-preparatur atletiku minħabba l-ammont ta' injuries li kien hemm, u peress li kont ġibtu miegħi jien, ħassejt li ma stajtx inħallih jitlaq waħdu. Il-messaġġ tiegħek lill-partitarji Juventini, speċjalment dawk Maltin. Il-messaġġ tiegħi huwa li Juventus jibqgħu f 'qalbi u f 'qalbna l-partitarji ta' dan it-tim glorjuż. Nisperaw li nibqgħu nirbħu dejjem il-kampjonati u forsi xi darba nieħdu anke l-UEFA Champions League. Rigward Malta, nirringrazzja lill-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero li laqagħni vera tajjeb u ħadt impressjoni vera sabiħa ta' din il-gżira, fejn qiegħed nispera li nirritorna mal-familja tiegħi fis-sajf li ġej. Twieled fil-11 ta' Diċembru tal-1968, gewwa Perugia, fl-Italja. Lagħab 'il fuq minn 100 logħba mal-ġganti Taljani ta' Juventus. Kien parti mill-aħħar tim ta' Juventus rebbieħa tal- UEFA Champions League, fl-istaġun 1995/1996, fejn huwa kien skorja. Minbarra Juventus, Fabrizio Ravanelli lagħab anke fi Franza, fl-Ingilterra u fl-Iskozja. Riċentament rebaħ l-unur tal-aqwa debutt li qatt għamel stranġier fil-Premier League fl-Ingilterra. Huwa ekskowċ ta' Ajaccio, fil-Kampjonat Ligue 1 fi Franza. Magħruf bħala Penna Bianca għal xagħru bajdanija, konsegwenza ta' kundizzjoni. Fabrizio Ravanelli "Ħadt impressjoni vera sabiħa ta' Malta, fejn qiegħed nispera li nirritorna mal-familja tiegħi fis-sajf li ġej'' Ritratt: Raphael Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016