Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

minn Albert Gauci Cunningham ILGAZZETTA ILLUM tinsab infurmata li iktar tard dan ix-xahar mistenni jkun iffirmat ftehim ma' kumpanija barranija li se tixtri l-ispazju użat fl- ajruplani tal-Air Malta għat-tgħabija biex tkun tista' tbigħu hi. Dawk li tkellmu mal-ILLUM sostnew li dan ifisser li se jkun qed jikber sew l-operat ta' din it-taqsima tal-Air Malta biċ-ċans ikun li jizdiedu wkoll il-ħaddiema fil-'cargo handling'. Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li dan il-ftehim mistenni jkun iffirmat aktar tard dan ix-xahar jew kmieni x-xahar id-dieħel u se jinvolvi kumpanija li topera madwar id-dinja, li xogħolha jinvolvi t-trasportazzjoni tal- merkanzija u tagħbija minn pajjiż għall-ieħor madwar id-dinja. L-unions imħassbin fuq il- futur tal-ħaddiema "Ninsabu diżappuntati bis-sitwazzjoni ta' bħalissa hekk kif fost il-200 ħaddiem li nirrapreżentaw, hemm inċertezza kbira." Hekk sostna ma' din il-gazzetta, il-President tal-Union tal- Cabin Crew Noel Mercieca meta mistoqsi fiex jinsabu d-diskussjonijiet dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Air Malta. Fuq l-istess linja tkellem ukoll il- President tal-Airline Pilots Assosciation (ALPA) Domenic Azzopardi li saħaq kif dak kollu li qed isiru jafu l-unions, qed isiru jafuh permezz tal-media. Intant f 'risposta għall- mistoqsijiet tal-ILLUM il-kumpanija Air Malta saħqet li għadu kmieni "biex f 'dan l-istadju jibdew it-taħdidiet mal-unions rispettivi tal-ħaddiema." Dan hekk kif l-istess kumpanija fakkret li s'issa għadu biss ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-Alitalia u għalhekk issa beda l-proċess tan-negozjati bejn iż-żewġ partijiet. Mal-ILLUM, Mercieca qal li dak li qed jisma' dwar il-ftehim biex l-Alitalia tieħu 49% tal-ishma tal- linja nazzjonali tal-ajru qed jisimgħu mill- midja. "Xejn ma kien ikkomunikat magħna u għall- unika laqgħa li saret, konna infurmati biss ftit qabel, tant li kont xogħol fuq titjira u ma stajtx nattendi." Minkejja dan, l-ILLUM hija nfurmata li ftit mumenti wara li l-kumpanija Air Malta rrispondiet lil din il-gazzetta, bagħtet l-istess risposti jew risposta simili ħafna lill-unions kollha li jirrapreżentaw lill- ħaddiema. Mercieca saħaq li waħda mir-raġunijiet għall- inċertezza huwa l-fatt li l-ftehim kollettiv għall-cabin crew ilu skadut snin. "Kienu qalulna li sa Frar se nlestu u kollox ikun finallizzat, imma qegħdin f 'Mejju u għadna fid-dlam." Mistoqsi x'informazzjoni qed jingħata dwar il- ħaddiema li jirrapreżenta, Azzopardi saħaq ukoll li hu ma jaf kważi xejn. "M'għandna l-ebda tip ta' informazzjoni. Xejn. Lanqas dwar il-mudell li bih se jkun qed isir din l-amalgamazzjoni ma nafu," sostna l-President tal-ALPA. Intant Sandro Vella, is- Segretarju tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-General Workers Union (GWU) ukoll saħaq li bħalissa ftit li xejn hemm informazzjoni, apparti l-email li bagħtet l-Air Malta ftit jiem ilu. Minkejja dan, Vella deher aktar dispost li jifhem dan id-dewmien. "Dawn affarijiet li jieħdu ż-żmien u mill-esperjenza, naf li dan huwa l-każ." Jew insiru 'hub' jew nibqgħu linja żgħira Intant dwar ix-xenarju kollu preżenti u dwar is-sieħeb strateġiku, Vella spjega lill-ILLUM li bħala pajjiż għandna għażla, waħda minnhom hi li nerġgħu nsiru 'hub' u l-ajruport Malti jsir post minn fejn in-nies mhux biss jiġu jew jitilqu minn Malta, iżda wkoll fejn nies jieqfu qabel ma jaqdu triqithom lejn id-destinazzjoni aħħarija. "Irridu niddeċiedu. Jew irridu nikbru u nsiru hub kif konna pruvajna nagħmlu u ma rnexxielniex bl-għajnuna ta' sieħeb strateġiku, jew inkella rridu nibqgħu linja tal-ajru żgħira li topera biss minn u lejn pajjiżna." Vella qabbel l-ajruport Malti mal-Freeport. "Huwa 3% biss tax-xogħol li jgħaddi mill-Freeport li huwa destinat lejn Malta, il-bqija juża l-Freeport Malti bħala hub. L-ajruport għandu jkun l-istess. Kieku l-Freeport jiddependi biss mill- merkanzija direzzjonata lejn Malta, kieku lanqas jibqa' jeżisti kif nafuh." Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Aħbarijiet 3 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Supply, Installation and Maintenance of VRF type Air- Conditioning System – MITA Gozo Oce Branch – T062/16 Data ta' ħruġ: 6 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 27 ta' Mejju 2016 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Provision of Energy Ecient Desktop Computers and Ultra Portable Laptops – T060/16 Data ta' ħruġ: 3 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 15 ta' Ġunju 2016 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota tal-'clarication meeting', li se jiġi organizzat nhar il-Tnejn, 16 ta' Mejju 2016 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda, -10.00 ta' logħdu. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: L-operat tal-'cargo handling' fl-Air Malta mistenni jirdoppja Ftehim ftit ġimgħat ma' kumpanija barranija li mistenni jwassal għal żieda -impjiegi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016