Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum Sports 31 mistħoqqa għal dan it-Tragward storiku Micallef, kienu s-sinsla tat-tim tiegħi u l-bażi li fuqha qed nibni din l-iskwadra tant għal qalbi. Huma kellhom tournament eċċellenti u kienu ta' ispirazzjoni għat-tim bl-għawm u l-movimenti tagħhom tul il-logħbiet kollha. Matthias Azzopardi u Mikhael Cutajar kienu kolonna fid-difiża u tjiebu logħba wara l-oħra. Azzopardi kien plejer li ftit kien jinqala' mill-ilma, plejer versatili li lagħab f 'kull pożizzjoni u kien strumentali biex jagħlaq fid-difiża fejn ma kinux jaslu sħabu. Huwa plejer li għamel progress kbir. Nikolai Zammit huwa plejer xellugi, veloċi u intelliġenti li minnu kienu jgħaddu ħafna mill- azzjonijiet fl-attakk tagħna. Darren Zammit kien plejer effettiv ħafna kemm fil-pożizzjoni ta' centre fejn ġab ħafna tkeċċijiet u skorja gowls importanti, u kemm fid-difiża fejn kellu l-inkarigu li jżomm l-aktar plejers perikolużi tal-avversarji. Huwa plejer b'saħħtu u captain eżemplari. Jacob Sciberras kien il-mutur tat-tim. Hu wkoll ftit kien jinqala' mill- ilma. Huwa plejer veloċi fl-għawm tiegħu, iddefenda tajjeb u skorja gowls sbieħ u importanti. Jerome Zerafa Gregory kien kostanti fil-logħob tiegħu u huwa pedament importanti f 'dan it-tim. Importanti ħafna wkoll kien is-sehem tajjeb ħafna li taw il-plejers kollha l-oħra fit-tim. L-akbar sorpriża għalija kien il-plejer Luca Felice, li hu plejer tal-Exiles li ilu jilgħab waterpolo għal sentejn biss. Huwa plejer li lagħab ħafna ġo Vjenna, anke jekk ma kienx parti mill-ewwel sebgħa inizjali. Lagħab bħala l-aħħar raġel meta kellna problemi ta' fawls ta' Mattias Azzopardi, u kien ukoll importanti fl-attakk b'gowls tajbin. Dawn huma plejers żgħażagħ b'futur sabiħ ħafna għalihom u għall-waterpolo Malti. Insemmi wkoll plejers bħal Ken Erdogan, li qeda dmiru tajjeb ħafna fil- pożizzjoni ta' centre u bħala attakkant perikoluż ħafna. Tristan Said kellu mumenti tajbin u meta kien mgħajjat biex jilgħab, ikkrea ħafna azzjonijiet ta' gowls meta kien fl-ilma. Huwa plejer eżemplari li għamel titjib sostanzjali fl-aħħar sena. Huwa plejer imwieled fis-sena 2000 li jkun pedina importanti fil- Kampjonati Ewropej li ħa jsiru Malta fl-2017. Huwa lagħab b'kunfidenza. Jan Culic huwa plejer versatili, veloċi u intelliġenti - plejer li meta daħal jilgħab ma waqafx, skorja gowls, seraq blalen u għen biex it-tim baqa' b'saħħtu, meta kien hemm tibdil mill-ewwel seba' plejers. Huwa plejer interessanti għall-futur li qed iżid fil-livell ta' prestazzjonijiet tiegħu sena wara sena. Ben Grech kien sorpriża pjaċevoli, lagħab kemm bħala l-aħħar raġel, kemm bħala 'centre forward', immarka u skorja ukoll. Il-gowl importanti tal-10 -10 kontra l-Afrika ta' Isfel fil-finali, kien mertu tiegħu. Ninsab kuntent ħafna għalih għax huwa plejer dedikat u lest li jisma' u jitgħallem. Huwa plejer versatili li utilizzajt f 'pożizzjonijiet differenti tul il-kompetizzjoni. L-iżgħar plejer tat-tim kien Liam Galea: plejer twil u b'potezjal enormi kif ukoll b'xutt b'saħħtu u preċiż. Huwa plejer li lagħab ukoll f 'pożizzjonijiet differenti fejn kelli bżonn. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nistqarr, li din kienet esperjenza li żgur li se tibqa' f 'moħħ kulħadd, u tgħin biex il-plejers tagħna jibdew iduqu r-realtà tal- waterpolo fuq livell għoli. Il-futur tal-waterpolo Malti huwa f 'idejn tajba u ninsab konvint li plejers minn dan it-tim, fil-futur qrib ħa jkunu parti mit-tim nazzjonali tal-kbar. Dan it-tim mhux se jieqaf hawn imma diġà qed inlesti l-programm li se jwassalna għall-kwalifikazzjonijiet tal-2018. Ringrazzjament minn qalbi lill-assistent tiegħi Anthony Farrugia tax- xogħol kbir li jagħmel minn wara l-kwinti, lil Adrian Cachia, għal preparazzjoni eċċellenti tal-goalkeepers u lil Marco Vella, il-fiżjo-terapista tat- tim li ħadem biex jagħtini l-plejers fl-aqwa forma fiżika possibli għal-logħob. Ringrazzjament importanti primarju u xieraq imur ukoll lill-president tal-ASA, is- Sur Joe Caruana Curran li emmen fija u f 'dan it-tim u għamel flimkien mal-Eżekuttiv tal-ASA, sagrifiċċji kbar anke finanzjarji biex dawn it-tfal għamlu screening kif suppost, kellhom opportunità li jmorru l-gym provdut mill-ASA, u wkoll ħallas l-akkomodazzjoni ġewwa Vjenna. Nirringrazzja wkoll lill-viċi president tal-ASA, Karl Galea, li kien magħna wkoll ġewwa Vjenna għax-xogħol siewi li għamel, kif ukoll lill- klabbs tal-kollaborazjoni tagħhom, imma l-aħħar u mhux l-anqas lill- ġenituri ta' dawn it-tfal għall-paċenzja, għall-fatt li kienu huma li ħallsu l-biljett tal-ajru tat-tfal tagħhom biex stajna mmorru Vjenna, u talli qatt ma kienu ta' ndħil għalija u għall-istaff tiegħi," temm jgħid Karl Izzo. EU Nations Junior Men Waterpolo Cup 2016 – Vjenna, Awstrija 24/03/2016 Malta vs Afrika t'Isfel 7 - 8 (1-0, 3-3, 3-2, 0-3) Skorers: Ken Erdogan 1, Jacob Sciberras 2, Jerome Zerafa Gregory 1, Matthias Azzopardi 1, Darren Zammit 2 25/03/2016 Irlanda vs Malta 4 - 23 (1-6, 1-5, 1-3, 1-9) Skorers: Jacob Sciberras 5, Jerome Zerafa Gregory 4, Liam Galea 3, Mikhael Cutajar 1, Luca Felice 2, Matthias Azzopardi 2, Darren Zammit 3, Ben Grech 1, Nikolai Zammit 2 26/03/2016 Żvizzera vs Malta 4 -14 (0-4, 2-2, 1-2, 1-6) Skorers: Jan Culic 1, Jacob Sciberras 5, Jerome Zerafa Gregory 2, Liam Galea 1, Mikhael Cutajar 2, Luca Felice 1, Darren Zammit 1, Ben Grech 1 26/03/2016 Malta vs Polonja 16 - 6 (2-1, 4-1, 5-3, 5-1) Skorers: Jan Culic 2, Jacob Sciberras 3, Jerome Zerafa Gregory 2, Liam Galea 1, Matthias Azzopardi 1, Darren Zammit 2, Nikolai Zammit 5 27/03/2016 Malta vs Afrika t'Isfel 11 - 10 (0-3, 3-3, 5-2, 3-2) Skorers: Jacob Sciberras 2, Jerome Zerafa Gregory 1, Mikhael Cutajar 3, Matth- ias Azzopardi 1, Darren Zammit 3, Ben Grech 1 Jacob Sciberras fl-azzjoni kontra l-Iżvizzera