Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
minn John Busuttil GĦATTIENI sena konsekuttiva f 'serata li saret f 'Villa Fiorita Marsalforn, l-Isportivi Għawdxin ġew rikonoxxuti għas-suċċessi tagħhom matul is-sena 2015 fit- tieni edizzjoni tal-Gozo Sports Awards. Din is-sena l-votazzjoni saret 'live' minn ħames ġurati newtrali li ngħataw il-profili tal- finalisti li kienu magħżula minnhom stess u vvutaw fil-miftuħ il-preferenzi tagħhom. Kien hemm sitt unuri li ġew mirbuħa minn sitt dixxiplini differenti. Fejn id-dixxiplini tal-atletika, arti marzjali, żwiemel, baseball, futbol u għawm, ġew onorati b'xi tip ta' unur. Is-serata li għaliha attendew madwar 200 persuna kienet waħda organizzata u ta' livell għoli. Joffru divertiment lil dawk preżenti kien hemm kant liriku mid- duo Għawdxi, Ġorġina Gauci u ż-żagħżugħ ta' 17-il sena Charles Buttigieg li hu meqjus bħala l-Golden Voice Għawdxi, filwaqt li kien hemm żfin minn 'The Turning Point Dance Company'. Is-serata nfteħet minn wirja tal-BMX u żifna mill-istudenti ta' On The Move SkolaSport Għawdxija. Il-konkorrenza tan- nominazzjonijiet kienet waħda li tagħmel kuraġġ lill-isport Għawdxi fejn illum qed ikun organizzat mill-Gozo Sports Board, immexxi mill-abbiltà tal- Kap Eżekuttiv Alvin Grech, b'esperjenza ta' snin twal imexxi l-futbol f 'Għawdex. Għal din is-serata attendew ukoll żewġ segretarji Parlamentari, l-Għawdxija Justyne Caruana responsabbli mill-anzjanità attiva u persuni b'diżabbiltà, u Chris Agius responsabbli mir-riċerka, innovazzjoni, żgħażagħ u sport flimkien mal-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo. Barra l-votazzjoni għas-sitt unuri, ngħataw ukoll żewġ premjijiet speċjali, wieħed għall- apprezzament ta' karriera twila fl-isport li ngħata lill-eksplejer u kowċ Eddie Vella u l-ieħor, lit-tfajla Maria Pia Saliba li għadha kif rebħet tliet midalji fl-Ispecial Olympics li saru f 'Ċipru fl-għawm li hi l-ewwel atleta Għawdxija li qatt rebħet midalji internazzjonali. Dan il-premju ħoloq kemxejn ta' kommozzjoni meta l-Ministru Refalo u anke s-segretarju Chris Agius dehru emozzjonati meta din telgħet għall-premju filwaqt li minn fuq il-mikrofonu rringrazzjat lill-ġenituri tagħha u lill-kowċ tagħha. Ir-rebbieħa kollha Żagħżugħa Promettenti: Estelle Scicluna – Għajnsielem Red Coats Matul l-2015 ipparteċipat fi tliet kompetizzjonijiet uffiċjali tas-softball u baseball organizzati mill- Assoċjazzjoni Malta Baseball & Softball. Kienet parti mit- tim li spiċċaw champions fil-Youth Softball League u spiċċaw fit-tieni post fil-Baseball Major League u fis-SoftBall Minor League. Estelle eċċellat f 'dawn il- kompetizzjonijiet fuq livell nazzjonali fejn lagħbet kontra timijiet magħmula l-aktar minn subien. Hi ntagħżlet biex tkun parti mit-tim nazzjonali tas- softball u lagħbet kontra Caserta avolja għad għandha biss 14-il sena. Finalisti: Britney Camilleri – Gozo Spirit Combat Club, Leanne Cefai – Gozo F.C. Żagħżugħ Promettenti: Matthew Scerri – Otters Aquatic Sports Club Ta' 15-il sena, is-sena li għaddiet sar il-goalkeeper ta' riżerva tat-tim tal- kbar ta' Otters u daħal jilgħab ukoll f 'xi partiti. Laqat ukoll għajnejn ta' xi clubs kbar Maltin fejn ix-xitwa li għaddiet, Matthew kien misluf lil Neptunes għal-league tax-xitwa. Ma' Neptunes rebaħ ukoll il-league tax- xitwa tal-U17. Issejjaħ ukoll mill-kowċ nazzjonali Karl Izzo biex jifforma parti mit-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena, għall-preparazzjoni tal-EU Nations Cup. Finalisti: Mark Dingli – Gozo Spirit Combat Club, Jordi Parnis – Gozo Youth F.A. Uffiċjal tas-Sena: Mary Mifsud Micallef– Gozo Horse Racing Association Mary Mifsud Micallef, il- president tal-Gozo Horse Racing Association għamlet diversi bidliet li taw il-frott tagħhom fil-korsa f 'Ta' Xħajma. Bid-deċiżjoni tagħha li t-tiġrijiet isiru filgħodu, għenet biex diversi żwiemel Għawdxin li ma kinux isuqu f 'Għawdex jibdew jieħdu sehem u anke żwiemel Maltin qed jiġu Għawdex jieħdu sehem biż-żwiemel tagħhom. Irnexxielha ġġib reklami għal staġun sħiħ u tagħmel il-korsa aktar 'family friendly'. Is-sena li għaddiet organizzat kors għal ġerrejja, dawk li jieħdu ħsieb iż-żwiemel u s-sidien dwar ir-regolamenti u d-dixxiplina. Dawn tmexxew minn ġurija professjonali u llum, min hu involut fit- tiġrijiet taż-żwiemel għandu ċertfikat u huwa kwalifikat. Finalisti: Paul Camilleri – Atheltix Athletics Club, Frankie Xuereb – Gozo Motocross Association Tim tas-Sena: Xewkija Tigers – Football Club Rebbieħa tal- kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni. Rebbieħa tal-BOV Gozo FA Cup u rebbieħa tas-Super Cup. F'kelma waħda rebbieħa tat- tripletta tal-futbol Għawdxi. Finalisti: Gozo F.C. Nisa, Gozo Rugby Club Sportiva tas-Sena: Clara Sciberras – Gozo Spirit Combat Club Clara Sciberras għandha l-black belt fix-Shodan Ho. Tieħu sehem illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Għawdex 12 Sitt rebbieħa minn sitt dixxiplini Gozo Sports Awards • Charlton Debono u Clara Sciberras jieħdu l-ogħla unuri Żagħżugħa promettenti: Estelle Scicluna Sportiv tas-sena: Charlton Debono Maria Pia tirringrazzja