Illum previous editions

ILLUM 8 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Bħalissa għaddej minn mument ta' responsab- biltà ta' dak li int trid tagħraf timxi 'il quddiem. Dan il-pass trid tibqa' żżommu sakemm int tagħraf li wasalt fejn din ir-responsabbiltà tkun laħqet il-massimu li int tkun xtaqt. Persuna mill- passat tiegħek li tixtieq tagħmel kuntatt miegħek imma qiegħda żżomm lura minnek, taf tkun fundamentali aktar milli taħseb int. Irrifletti, aħseb fil-profond u għamel deċiżjoni. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 12, 24 u 38. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu B'kumbinazzjoni, int se tagħraf li persuna viċin tiegħek li int tagħraf u tafda ħafna, li tista' tgħid li taf il-qoxra tal-ħajja tiegħek, u mingħajr il- kumpanija ta' xulxin, bħal qiskom ma tgħaddux, se tinduna li minħabba ċ-ċertu tibdil fil-karriera tiegħek, se tagħraf tidħol l-għira, u dan se jikkomplika l-ħajja koll- ha ta' madwarek għax se tidħol f'sitwazzjoni ta' ħafna ħsibijiet ta', 'x'taqbad tagħmel?' Poġġi l-persuna għal eżami. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 23 u 32. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Meta kont iżgħar, kont dejjem tħobb taqsam kollox mal-ħbieb tiegħek, imma issa qiegħed titfarfar, u trid issa tibda tagħraf x'taqsam u ma taqsamx ma' ta' madwarek. Dan speċjalment minn dak li int esperjenzajt ftit tal-ġimgħat ilu. Dik l-esperjenza għandha sservik ta' linja gwida ta' fejn int għandek tasal f'dak li int taqsam. Huma dawn l-esperjenzi li fil-ħajja tagħna jkab- bruna fil-maturità. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 28 u 35. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa jinħass mument iebes madwarek, kemm mil-lat finanzjarju u anke bħal donnok qed tħoss mument diffikultuż fil-ħajja roman- tika tiegħek. Però, dan mhux allarmanti għax dan huwa t-taqlib li ġej miż-żodjaku, u ovvjament kull ċaqliq taż-żodjaku, ikollu riperkussjonijiet pożittivi u jaf ikun ukoll negattiv. Dan ikun għadda fi żmien tliet ġimgħat, imma trid tagħraf tikkontrolla lilek iktar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 26 u 34. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Wara xi ftit ta' pawża, għalkemm ma jeżistix kwi- et ġo fik, issa se terġa tersaq lejk pressjoni qawwi- ja li hi parti minn dak li int kont qiegħed tagħmel ftit tal-ġimgħat ilu. Però, għalkemm riesqa din il-pressjoni, li f'dan il-qasam hi xi ħaġa ġdida għalik, issa għandek ftit iktar kunfidenza. Żgur li għandek ambizzjoni kbira sabiex wara dawn is-sagrifiċċji kollha, se tistenna r-riżultat. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Huwa żmien ta' prova dak li ġej madwarek fejn tidħol l-imħabba. Fil-ġimgħat li ġejjin, se jkun ta' valutazzjoni ta' kemm hi vijabbli li tibqa' fir- relazzjoni li int tinsab fiha. Jaf ikun riesaq dak il- mument bħal dik il-bużżieqa li tonfoħ u tonfoħ, fl-aħħar tinfaqa'. Ovvjament, issa ilek għal żmien twil terfa' ġo fik, u jaf ikun l-inqas pass neġattiv li jikkawża dik il-qasma. Fittex ftit ħin ta' rilassament f'mixja għaliex hemm bżonn spazju ta' waqfien mill- pressjoni tal-madwar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 29 u 33. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Wara taqtiegħa ħarxa li int għadek kif għaddejt minnha, issa żgur huwa dak il-mument li tagħraf fejn stajt kont aħjar jew le. Iktar u iktar issa hemm bżonn tirrifletti aktar lejn il-karriera tiegħek li minħabba dik il-fażi li int kellek tgħaddi minnha, ovvja- ment abbandunajt il-madwar, però taqtax qalbek, għax fi żmien qasir terġa' tirranka, basta int tkun int. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Ar- ies. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 22 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Magħruf li int kapaċi tkun ta' gwida għal dawk ta' madwarek, issa dan it-talent li int għandek, trid tagħraf twasslu b'iktar attenzjoni meta issa se tidħol f'taqbida ġdida ta' gwida, f'tilwima ta' mħabba, u din taf tintogħġob minn parti, imma mill-parti l-oħra, taf tkun promle- matika għalik. Għalhekk, din is-sitwazzjoni li int se tidħol għalija, trid tagħraf il-gwida li int se tipproponi, li trid tkun ferm bilanċjata. Aħseb fil-fond għal dak li int tissuġġerixxi. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 38. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottu- bru Iż-żmien qiegħed jurik li r-responsabbiltà mhux biss għandha tkun fuq paroli, imma minn issa 'l hemm trid tagħraf tagħmilha aktar fattibbli. U dan ġej għax il-ħajja ta' madwarek issa sejra tieħu xejra oħra, u trid jew ma tridx, ir-responsabbiltà f 'dak kollu li hemm madwarek, trid tieħu xempju ieħor u din il-fażi se tagħmlek tagħraff kemm hemm baħar jaqsam bejn dak li kont għaddej minnu għal dak li dieħel issa. Irrifletti ftit. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li toffrilek l-aktar kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 29 u 34. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Is-sitwazzjoni tiegħek lejn aktar mumenti pożittivi, qiegħda tkun imblukkata, u dan int f 'dawn l-aħħar ħmistax, qed tħossu iktar mis- soltu. Dan jista' jkun kaġun ta' xi qasma li int ġarrabt dan l-aħħar ma' xi kollega jew xi ħadd viċin tiegħek. Issa jew terġa' tara kif tikkalma s-sitwazzjoni, jew għamel xi forma ta' protezzjoni ħalli dan ma jkomplix jikber madwarek, u tibda tilqgħalu kemm tista', qabel jikber iktar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 26 u 32. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Salib it-toroq li int tinsab fih sejjer ikompli jik- kumplika aktar meta int se terġa' tmur għall- imħabba tal-passat, u jekk mhix imħabba tal- passat, għalik kienet persuna fundamentali. Però, int trid tagħraf eżatt xi trid. Tiftaħx ġerħa mill-passat, li imbagħad ma tkunx tiflaħ għaliha. Mur biss lejn il-passat jekk int lest sew għalih. Il-bqija ħares 'il quddiem għalkemm bħalissa forsi m'hemm xejn imma aħjar uff milli aħħ. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 22 u 39. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ħsibijiet ta' pjan li għandek imħejji u issa ilek tippjana għalih, jaf jintefa' ftit aktar lura, u dan minħabba pressjoni li ġejja mill-karrier jew xogħol li int għandek, u dan m'għandekx tieħdu fin-negat- tiv, għax meta finalment tiġi għall-pjan tiegħek, se joffrilek aktar sodisfazzjon, u int se tħoss li kollox ikun hemm raġun għal dak li jipri fil-ħajja ta' madwarna. Ħu dan iż-żmien bi trankwillità. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-aktar tħossok komdu fil-kumpanija tagħha ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 23 u 30. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Il-ħlas ta' sofferenza inġusta (Tielet Parti) Claire wara li ħasbet li issa ħajjitha se tibda taqbad ritmu pożittiv mill-ġdid u r-relazzjioni li kellha kienet finalment tajjeb, aktar u aktar meta bdew jogħqodu flimkien wara li ddeċidew li jikru flat sakemm isibu dar addattata għalihom. S'hawn, kollox kien ward u żahar, imma Claire xorta qisha kienet tħoss li madwarha kien hemm xi forma ta' preżenza, imma kienet kemm tista' tipprova taljena lilha nnifisha sabiex ma taħsibx dwar dan. Iż-żmien kien għaddej u kienet riesqa l-festa tal-lokal u peress li l-partner ta' Claire kien jifforma parti mill-kumitat tal-festa, għalih kienet xi ħaġa ferm importanti. Waslet il-festa, u waqt li l-partner flimkien ma' xi ħbieb kienu qegħdin il-każin jieħdu drink, daħal l-eks ta' Claire li kien xi ftit imlaħlaħ, u malli lemaħ lill-partner ta' Claire, beda jgħaddi xi kummenti u nqala' l-paroli fejn fis-saħna tal-argument, l-eks għajjar lill-partner ta' Claire li hu kien kapaċi joħroġha tqila, u l-ieħor wara dak iż-żmien kollu magħha, ma rnexxilux jagħmel dan. Għal dan id-diskors, il- partner ta' Claire tfixkel u wara li nħolqot taqbida bejniethom fejn saħansitra kellha tintervjeni l-Pulizja, it- tnejn li huma spiċaw l-għassa. Wara li kkalmaw u l-partner ta' Claire mar il-flat, talabha tispjegalu x'kien qed jiġri. Claire ġiet mitluba sabiex tikkonferma jew tiċħad, u wara pressjoni qawwija, kellha tammetti u stqarret li meta hu kien siefer, hi kienet mistiedna għal riċeviment li però ma kinitx taf li l-eks kien mistieden ukoll. Qaltlu li wara li spiċċa kollox, kien saqsiha biex iwassalha lura d-dar u hi kienet aċċettat. Imma spiċċat marret il-flat tiegħu fejn kellha x'taqsam miegħu u ftit ġimgħat wara rriżulta li kienet tqila. Għax beżgħet li jinqala' aktar inkwiet, iddeċidiet li tmur Sqallija u twaqqaf it-tqala, u b'hekk hi ħasbet li kollox ikun irranġat. Għal dan il-kliem, il-partner tagħha għal ftit ma ħassux ħażin, kemm għat-tradiment li wettqet u kemm aktar gravi għad-deċiżjoni li tittermina t-tqala. Min hawn, hu avżaha li sejjer jiġbor ħwejġu mill-flat u jitlaq għal ftit ġranet għand il- ġenituri tiegħu biex jirrifletti. Minn dakinhar, Claire kienet jum wara jum tistenna biex tara x'kien se jiġri, u wara ħmistax jirrifletti, il-partner talabha biex jiltaqgħu. Fissrilha kemm ħass li ma kienx jixraqlu dak it-tradiment għax hu kien iħobbha mħabba bla tarf, u aktar u aktar għax waslet li tittermina ħajja. Għahekk, hu ħass li kellhom jieqfu hawn. Għal dan, Claire talbitu bil-ħniena kollha sabiex ma jagħmilx dan il-pass għax hi kienet tħobbu, imma huwa żamm il-punt u talabha biex dak kollhu li kien hemm bejniethom, jieqaf hemm. Wara dan, Claire tilfet kull direzzjoni: bdiet tixrob lejl wara lejl, tkeċċiet mill-impjieġ tagħha, sħabha abbandunawha, u lejla minnhom, meta rat li kollox kien spiċċa madwarha, pruvat twettaq suwiċidju. Imma grazzi għal persuna li sabha mitluqa mal-art, ċempel għal ambulanza li ħaditha l-isptar, però Claire kienet kompletament mitlufa minn sensiha u kienet kważi f'koma tissielet mal-mewt. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 May 2016