Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
illum | Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 Qorti 8 Ħabsin jesiġu li jinħelsu wara sentenza mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem TREVOR Bonnici, li qed jiskonta sentenza ta' sena u nofs ħabs wara li nstab ħati ta' reat marbut mad- droga, ressaq rikors nhar il-Ġimgħa sabiex titħassar is-sentenza tiegħu u jinħeles mill-ħabs. Il-każ kien seħħ fl-2004 u l-proċess ġudizzjarju intemm f 'Diċembru li għadda meta l-Qorti tal-Appell Kriminali ikkonfermat is-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li kienet sabet lil Bonnici ħati esklussivament fuq stqarrija inkriminanti li ta lill- pulizija waqt li kien arrestat u mingħajr assistenza legali. L-Avukat Jason Azzopardi, li flimkien mal-avukat Julian Farrugia qed jidher għal Bonnici, ikkwotaw sentenza tal-Qorti Ewropea tad- Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg li f 'Jannar li għadda, ikkritikat bl-aħrax lil Malta. F'dik is-sentenza, il-Qorti Ewropea qalet li Mario Borg, li kien ikkundannat f 'każ simili għal ta' Bonnici, kien sofra ksur tad-Drittijiet tal- Bniedem. Il-Qorti Ewropea, bla tlaqliq qalet li bniedem jispiċċa l-ħabs biss fuq stqarrija lill-Pulizija mingħajr l-assistenza ta' avukat, ifisser li nkisrulu d-drittijiet tiegħu. Jason Azzopardi qal li eżatt wara din is-sentenza, fil-25 ta' Jannar li għadda, id-difiża kienet ressqet protest ġudizzjarju dwar il-fatt li Bonnici jinsab il- ħabs fuq sentenza illegali, iżda l-Avukat Ġenerali "ħass li ma kellux għalfejn iwieġeb għal dan il-protest." Għalhekk, id-difiża qed tressaq rikors sabiex Trevor Bonnici jinħeles mill-arrest li skont hu, huwa illegali. Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, l-Avukat Giannella Camilleri Busuttil f 'isem l-Avukat Ġenerali opponiet din it-talba tad-difiża u sostniet li Bonnici qed jinżamm il-ħabs fuq sentenza "validissima" tal-Qorti. Dwar il-Qorti ta' Strasbourg, l-Avukat Camilleri Busuttil innotat li r-rimedju kien wieħed ta' kumpens monetarju u mhux ta' rilaxx. Iżda il-Maġistrat Ian Farrugia kien kostrett jiċħad it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li l-Qorti tal- Maġistrati mhux Qorti Kostituzzjonali. Trevor Bonnici u l-avukati tiegħu huma mistennija jressqu rikors quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (sede Kostituzzjonali) fil-futur qrib. Intant l-avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u David Camilleri, li qed jirrapreżentaw lil Mario Borg, li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qatgħetha favurih f 'Jannar li għadda, ippreżentaw żewġ rikorsi quddiem il- Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) fejn il-Qorti ntalbet tiddikjara li l-inkarċerazzjoni ta' Borg, u n-nuqqas ta' rimedju mill-Istat jiksru d-drittijiet fundamentali tiegħu. Talbu wkoll li titħassar is- sentenza u jsir smigħ mill- ġdid jew tordna r-rilaxx ta' Borg mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Immultati s-sidien ta' żewġt iklieb li ġġieldu f 'Ta' Qali SID ta' kelb li f 'Jannar li għadda gidem lil kelb ieħor fil-Park tal-Klieb f ' Ta' Qali ġie mmultat €70.29 wara li l-Qorti żammitu responsbbli tal-inċident u li ħallih bla ċinga. Fl-istess waqt, anke sid il-kelb il-migdum kien immultat €23.29 talli huwa wkoll ħalla l-kelb jiġri bla ċinga. Iż-żewġt irġiel, Nigel Caruana u Christian Seychell, tressqu quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerrera b'rabta ma' dak li ġara fil-31 ta' Jannar. Numru ta' xhieda spjegaw kif ġara l-inċident. Seychell, li waqt li kien qed jipprova jsalva l-kelb tiegħu minn ħalq l-ieħor, safa migdum hu wkoll, qal li ma kinitx ix-xewqa tiegħu li l-kelb ta' Caruana jitraqqad, filwaqt li Caruana kien ħallaslu l-ispejjeż veterinarji kollha għall-kelb il-migdum – li ammontaw għal €1,000, Caruana xehed ukoll, fejn qal li l-kelb tiegħu ma kienx agressiv, tant li kien qed jilgħab ma' xi tfal qabel ma seħħ l-inċident. Minn rajh, Caruana kien qabbad espert sabiex jikkompila rapport fuq il-kelb tiegħu u li dan kien iċċerifikah li mhux aggressiv. Iż-żewġ sidien ġew ordnati jħallsu multi ta' €23.29 talli ħallew il-klieb jiġru bla' ċinga. Caruana kien ordnat iħallas €50 oħra minħabba li l-kelb tiegħu kien ikkaġuna l-inċident. L-avukat Michael Sciriha deher għal Caruana, filwaqt li l-avukat Martin Fenech irrapreżenta lil Seychell. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu