Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/676914
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 08 ta' Mejju 2016 | illum 'Fl-ewwel ġranet, Cutajar wera li lest jisma'' Tkompli minn paġna 1 LILLUM staqsiet x'wassal biex il-Gvern iżomm lil Cutajar Aġent Kummissarju u jikkunsidrah għall- kariga ta' Kummissarju. Stqasiet ukoll jekk hux minnu li l-Gvern qed isibha diffiċli biex isib lil xi ħadd li lest jimla' post l-eks- Kummissarju Michael Cassar. Cutajar, diġà spiċċa fil-mira ta' kritika mill- Partit Nazzjonalista li jidher li qed jappoġġja lil John Rizzo għall- kariga ta' Kummissarju. F'kummenti lil din il- gazzetta, kelliem għall-PN qal li wieħed kien jistenna li l-Prim Ministru jagħżel "persuna li kapaċi tgħaqqad u terġa' tibni mill-ġdid ir- rispett lejn il-Korp." Il-kelliem tal-PN kompla jgħid li "l-mod kif l-Aġent Kummissarju l-ġdid ġab ruħu riċentement, partikolarment fuq il-media soċjali, żgur ma jagħmilx ġieħ lilu u wisq inqas lill-korp." Il-President tal-Police Officers Union (POU) Sandro Camilleri esprima sentiment aktar pożittiv, u mal-ILLUM sostna li fl-ewwel ftit ġranet fil-kariga, Cutajar wera li huwa dispost li jisma'. "Li nista' ngħidlek hu li fl-ewwel ftit jiem tiegħu, l-Aġent Kummissarju diġà ltaqa' magħna u wera li jixtieq jisma' u jgħin lill-Korp u lill-membri tiegħu." Camilleri semma każi ta' bdil ta' xifts li numru ta' membri fil-korp kienu ilhom jitolbu snin twal u li qatt ma sar xejn dwarhom. Huwa qal ukoll li fl-ewwel ġranet, Cutajar diġà beda jara li ċerti inġustizzji li kienu saru fil- passat jibdew jingħataw rimedju. "Fl-ewwel ftit ġranet, Cutajar iltaqa' mal-POU diġà u nista' ngħid li huwa faċli li tiltaqa' u titkellem miegħu. Inħoss li din hija xi ħaġa importanti hekk kif il-Korp u l-membri tiegħu jinsabu f 'mument diffiċli ħafna." Ma' dan l-aħħar punt, jaqbel ukoll il-Partit Nazzjonalista li f 'kummenti mal-ILLUM saħaq li "l-moral fil-Korp qatt ma kien baxx daqs illum. Fl-aħħar tliet snin, il-Korp tal-Pulizija kellu ħames Kummissarji differenti, xi ħaġa li żgur ma toffrix stabbiltà lill-Korp." Il-PN qal lil din il-gazzetta li kif kien ippropona fid-dokument 'Nibnu Fiduċja ġdida fil-Politika', il-Kummissarju l-ġdid għandu jinħatar permezz tal-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-Parlament, xi ħaġa li Camilleri ma tantx deher entużjast dwarha. "Lanqas Maġistrat ma jkun maħtur b'żewġ terzi" sostna, għalkemm irrikonoxxa li hemm bżonn li kulħadd, inkluż l-Oppożizzjoni u l-POU, jkunu ikkonsultat dwar il-ħatra ta' Kummissarju ġdid. "Naturalment, se jkun hemm min ma jaqbilx ma' ħatra partikolari minħabba li l-Kummissarju huwa appuntat politikament, però min-naħa tal-union li jinteressana l-aktar huwa li l-Kummissarju ma jkunx riġidu żżejjed u li jkun dispost li jisma' u jaċċetta li llum hemm ħafna membri tal-korp li huma membri ta' union. Cutajar jidher li qed jieħu passi f 'din id-direzzjoni, imma naturalment il-prova ta' kemm l-Aġent Kummissarju se jkun kapaċi fil-kariga, għad irid itihulna ż-żmien." John Rizzo, il-favorit tal-PN għall- kariga ta' Kummissarju Sandro Camilleri jgħid li l-Aġent Kummissarju qed juri li lest li jisma' Proġett sportiv ieħor għan-nofsinhar ta' Malta ILBIERAĦ tħabbar kif in-nofsinhar ta' Malta se jkun qed igawdi minn proġett sportiv ieħor hekk kif tħabbar li f 'Marsaskala se jkun qed jinbena ground ġdid tal-futbol. Dan tħabbar f 'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u sport, Chris Agius fejn intqal kif wara li ġew ikkunsidrati diversi siti fiż-żona, ġie deċiż li l-aħjar sit huwa fil-Park tal-Familja fl-istess lokalità ta' Wied il-Għajn. In-nursery tal-lokal bħalissa qed titħarreġ fil- ground tal-iskola primarja filwaqt li sezzjoni minnhom tmur titħarreġ fi grounds oħra fin-nofsinhar tal-pajjiż u t-tim tal-kbar jitħarreġ fil-ground tal-Isla. Kien għalhekk li aktar inħass il-bżonn li l-klabb ta' Marsaskala jkollu d-dar tiegħu fejn ilaqqa' lit-timijiet kollha f 'daqqa. Chris Agius aċċenna għall-għajnuna li l-Gvern ta, permezz tal-Malta Football Association, lill- clubs tal-football kemm Maltin u anke Għawdxin. Huwa saħaq li dawn issa jridu jfittxu li jkunu sostenibbli. Kien għalhekk li s-Segretarjat qed jaħdem fuq il-White Paper tal- kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi, li hija għodda essenzjali sabiex issir il-qabża tant importanti sabiex l-isport isir aktar sostenibbli u fuq bażi professjonali u ma' jibqax jiddependi fuq għajnuna ta' terzi. Dehra artistika tal- grawnd il-ġdid