Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Aħbarijiet 3 40% raw titjib fit-trasport pubbliku... 36% qalu li mar għall-agħar minn Veronica Lynn Mizzi IRRABJA fost il-persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, u t-taħwid fir- rotot donnu naqas u kkalma issa, meta mqabbel mal- ferment u 'l-konfużjoni' li saħqu li qed jesperjenzaw il-passiġġieri mal-gazzetta ILLUM, fi stħarriġ li sar iktar kmieni din is-sena, preċiżament f 'Jannar. Fil- fatt, minn stħarriġ li sar minn din il-gazzetta, din il-ġimgħa stess jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta' 30% fost dawk il-persuni li sostnew li s-servizz tat- trasport pubbliku mar għall-agħar, minn 67% f 'Jannar, għal 36%. Dan juri li minkejja li xorta waħda għad hemm diversi problemi u kwistjonijiet x'jiġu indirizzati, it-titjib fost il-passiġġiera jinħass. Minkejja dan, kienu bosta l-persuni li għalkemm innutaw li kien hemm titjib fis-servizz in ġenerali, xorta ħassew li kien għad hemm ħafna xi jsir biex dan ikun verament wieħed addattat, fosthom rotot li jsiru iktar frekwenti jew rotot oħra jeħtieġ li jżommu iktar mal- ħin. Mill-kampjun ta' 50 persuna li ħadet din il- gazzetta, 40% qalu li raw titjib fit-trasport pubbliku, b'ħafna minnhom jispjegaw li issa l-karozzi saru iktar spissi, żdiedu xi rotot jew il-karozzi saru jiġu fil- ħin. Min-naħa l-oħra 36% sostnew li s-servizz mar għall-agħar, u 24% ma raw l-ebda tibdil fis-servizz offrut minn xhur ilu. Il-gazzetta ILLUM żammet l-istess kriterji tal-istħarriġ li sar f 'Jannar, u marret fil-venda tal-Belt Valletta f 'ġurnata matul il-ġimgħa u f 'ħin waranofsinhar sabiex tistaqsi lill-passiġġiera tal-linja jekk jaħsbux li s-servizz tat-trasport pubbliku mar għall-aħjar, għall-agħar jew inkella baqa' fejn kien. Hemmhekk, il- gazzetta staqsiet 50 persuna mqassmin bejn dawk li jirkbu l-karozza tal-linja mill-foss ta' San Ġakbu, jiġifieri r-rotot taċ-Ċentru u t-Tramuntana ta' Malta u dawk li jirkbuha mit-triq prinċipali li teħodhom lejn in-Nofsinhar tal-pajjiż. Kienu 50% ta' dawk li jużaw ir-rotot tan-naħa t'isfel ta' Malta li qalu li s-servizz tjieb, u dan waqt li kienu 36% li qalu bil-kontra jiġifieri li t-trasport pubbliku mar għall-agħar. 14% ma raw l-ebda titjib u lanqas ma qalu li s-servizz mar lura għax ħassew li dan baqa' fejn kien. Min-naħa l-oħra, is- sitwazzjoni fil-foss ta' San Ġakbu ma kinetx daqshekk pożittiva hekk kif kienu biss 27% li tkellmu dwar is-servizz fil-pożittiv. Minkejja dan, kien ammont ugwali ta' 36.5% tan-nies li qalu li t-trasport pubbliku mar għall-agħar jew li baqa' l-istess fost il-passiġġiera taċ-Ċentru u tat-Tramuntana. Ilment rikorrenti ta' dawk li raw is-servizz imur għall-agħar kien li l-karozzi tal-linja ma jżommux il-ħin li fih għandhom jiġu, u li ċertu rotot ikunu ffullati u għalhekk, meta jaslu fuq il-waqfa tal-linja, ma jkunux jistgħu jgħabbu iktar persuni. Persuna partikolari li lmentat ma' din il-gazzetta li t-trasport pubbliku mar għall-agħar insistiet li bil- ħinijiet tar-rotta li jkollha taqbad biex tmur għax- xogħol, qed ikun impossibbli biex tasal fil-ħin. Fil-fatt, din il-ħaddiema, filwaqt li qalet li bir-rotot il-ġodda, qed iddum iktar biex tasal minn post għall-ieħor, il-ħinijiet mhux qed jippermettulha tasal fil-ħin ix-xogħol hekk kif l-ewwel rotta tibda fis- 6 ta' filgħodu, waqt li hi suppost tibda xogħol fis-6. Fl-istħarriġ li sar f 'Jannar minn din il-gazzetta, kien hemm persentaġġ sostanzjali ta' nies li lmentaw dwar il-fatt li hemm nuqqas ta' lqugħ u xelters fil-foss ta' San Ġakbu, li issa sar jilqa' lill- passiġġieri tar-rotot tan-naħa ta' fuq u taċ-ċentru tal-pajjiż. Kif jidher mill-kummenti tal-persuni li sar l-isħarriġ magħhom matul din il- ġimgħa, dan l-ilment baqa' jinħass, jidher li ma sar xejn biex titjieb is-sitwazzjoni, jew jekk sar, mhuwiex biżżejjed, b'bosta nies jilmentaw li l-ftit tined li hemm armati mhumiex biżżejjed biex joffru kenn lil dawk in-nies kollha li jkunu qed jistennew il-karozza tal-linja f 'dawn ix- xhur ta' sħana fis-sajf. Ilment ieħor popolari fost il-passiġġiera li wieġbu għad-domandi ta' din il-gazzetta kienu li rotot li jużaw huma mhumiex frekwenti biżżejjed għaliex jgħaddu kull siegħa, bil- persuna jkollha tistenna kważi siegħa biex terġa' tgħaddi l-karozza jekk ikunu tilfuha. Għaldaqstant, is-sentiment ġenerali fil-venda tal-linja fil-Belt Valletta ma kienx negattiv daqs kemm kien f 'Jannar li għadda, xorta waħda juri li ammont sostanzjali ta' nies għadhom mhumiex kuntenti bis- servizz offrut u jemmnu li jeħtieġ isir titjib, b'mod speċjali f 'rotot u ħinijiet partikolari. Kif inhu sejjer it-trasport pubbliku fir-rotot tan-Nofsinhar ta' Malta? Għall-aħjar Għall-agħar 50% L-istess 36% 14% Kif inhu sejjer it-trasport pubbliku fir-rotot taċ-Ċentru u t-Tramuntana ta' Malta? Għall-aħjar Għall-agħar 27% L-istess 36.5% 36.5% - Total ta' persuni li ħadu sehem: 50 persuna - Total ta' persuni li jużaw ir-rotot tan-Nofsinhar: 28 persuna - Total ta' persuni li jużaw ir-rotot taċ-Ċentru u t-Tramuntana: 22 persuna - Servizz mar għall-aħjar: 20 persuna - Servizz mar għall-agħar: 18-il persuna - Servizz baqa' l-istess: 12-il persuna għad-domandi ta' din partikolari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016