Illum previous editions

illum 23 November 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/421392

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt NHAR it-Tlieta 25 ta' Novembru huwa l-Jum Internazzjonali ddedikat kontra l-vjolenza domestika. Vjolenza li għalkemm f 'pajjiżna tgħallimna sew fuq is-suġġett għadha preżenti f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja kif ukoll f 'pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea. Il-Vjolenza Domestika hija preżenti kuljum f 'ħajjitna u nistgħu narawha kemm fit-triq, l-iskola, fuq il-post tax-xogħol u speċjalment fuq it-televiżjoni u l-internet. Hemm ħafna modi kif wieħed iwettaq vjolenza domestika fuq ħaddieħor iżda l-aktar forma ta' stmerrija u li tispikka fuq kollox hemm il-vjolenza fiżika. Forom oħra ta' vjolenza domestika jinkludu vjolenza psikoloġika, emozzjonali, stupru sesswali u bulliżmu. Ħafna minna jassoċjaw il-vjolenza domestika bħala vjolenza fuq in-nisa u bir- raġun għaliex madwarna, speċjalment f 'pajjiżi sottożviluppati għad fadal nies, partikolarment irġiel, li jemmnu u jqisu lill-mara bħala oġġett aktar milli bħala persuna umana. Fost dawn il-pajjiżi nsibu li 71% tan- nisa fl-Etijopja rrappurtaw xi forma ta' vjolenza fiżika jew sesswali filwaqt li madwar id-dinja, 11.5% tan-nisa rrappurtaw li esperjenzaw vjolenza sesswali mill-età ta' 15-il sena. Skont statistika tan- Nazzjonijiet Magħquda jirriżulta li mara minn kull tlieta ssofri xi forma ta' vjolenza fiżika, emozzjonali jew sesswali f 'ħajjitha. Dan iwassal biex in-nisa li jgħaddu minn vjolenza domestika għandhom ċans doppju li jgħaddu minn dipressjoni. 42% tan-nisa jispiċċaw isofru minn xi ġrieħi jew ksur minħabba li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika. 38% tal-qtil li jinvolvi lin-nisa jkun jinvolvi lis-sieħeb jew ir-raġel tagħhom. Fl-Ewropa, statistika turi li waħda minn kull ħames nisa, fir-reġjun Ewropew sfaw vittmi ta' vjolenza domestika fil-ħajja adulta tagħhom. Barra minn hekk waħda minn kull għaxar nisa sfaw vittmi ta' abbuż sesswali. L-istess figuri juru wkoll li kull forma ta' vjolenza domestika tlaħħaq il-45%. Bosta drabi l-vjolenza domestika sseħħ minn irġiel li jkunu jew kienu f 'relazzjoni ma' mara. Apparti minn hekk huwa wkoll stmat li minn 12% sa 15% tan-nisa minn sittax-il sena 'l fuq kienu f 'relazzjoni fejn sfaw vittmi ta' vjolenza domestika. Din il-gazzetta tkellmet ma' Yana Micallef Stafrace – Chairperson tal-Kummissjoni kontra l-vjolenza domestika fejn tatna dan il-kumment. "Kull sena fix-xahar ta' Novembru, il-Kummissjoni tfakkar din il-ġurnata billi tiltaqa' mal-persuni li jaħdmu fis-settur tal-vjolenza domestika. Iżda x-xogħol tal-Kummissjoni ma jiqafx hawn. Bħala chair ta' din il- Kummissjoni nemmen ħafna fl-għarfien dwar il-vjolenza domestika għaliex mhux kull min għaddej minn din is-sitwazzjoni jkun jaf li dan huwa att kriminali u li teżisti l-għajnuna. B'hekk, ir-rwol tal-Kummissjoni dwar il- Vjolenza Domestika hu li jitqajjem aktar għarfien dwar dan is-suġġett". Dr Micallef Stafrace qalet li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' entitajiet governattivi, kif ukoll dawk volontarji sabiex is-servizzi provduti lill-vittmi jkunu aktar b'saħħithom. "Matul din is-sena saru kampanji ta' għarfien sabiex inwasslu l-messaġġ li l-vjolenza tista' tolqot lil persuni ta' kull sess, orjentazzjoni sesswali u età." Spjegat li saret kampanja ta' għarfien fl-Università ta' Malta sabiex l-istudenti jkunu mħeġġa jirrapurtaw il-vjolenza u jagħrfu l-ewwel sinjali tagħha. "Dawn jinkludu kontroll fl-għażla tal-ħbieb, kontroll fl-ilbies, liema postijiet ta' divertiment il-persuna tista' tmur u anki theddid fuq l-internet jew kif inhu magħruf aħjar bħala online harassment" qalet il- kelliema. Temmet tgħid "Nemmen ukoll li l-edukazzjoni hija l-għodda sabiex inkunu nistgħu nnaqqsu l-vjolenza domestika u sabiex insaħħu l-valuri tar-rispett lejn xulxin. Mingħajr dan ir- rispett u l-għarfien meħtieġ, il-persuni li għaddejjin mill- esperjenza ta' vjolenza mhux se jkollhom il-leħen sabiex ikunu jistgħu jleħħnu 'le' għall-vjolenza". 10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Novembru 2014 Call for Part-Time Trainers ESF 2.201 – Enhancing Employability through Training (EET) ................................................................................... ETC Permit No: 96/2014 NCFHE License No S5 The Employment and Training Corporation (ETC) is seeking suitably qualified and experienced individuals to deliver training in VRT Testing Class II and Class III courses on a part-time employment basis. This call is open to everyone, including employees of the Public Service and the Public Sector, except for full- time ETC employees. To qualify as a trainer for these courses, a person must have a Journeyman's Certificate or Certificate of Competence at technician level (MQF Level 4) or a similar qualification in Automobile Engineering and 3 years related work experience and 1 year experience in delivering training. All trainers must be 18 years of age or older and fluent in Maltese and English. Full details about the remuneration rates and courses' duration, can be found on the ETC website www.etc.gov.mt along with other requirements necessary for each application. Interested persons should send an application letter, together with a detailed CV, by registered mail, by hand or by email to the: Department Manager People Management & Corporate Services Employment and Training Corporation Head Office Ħal Far BBG 3000 chris.micallef@gov.mt Applicants must quote the code HR/13/14 in the application letter. Applications are to reach the Corporation by not later than Wednesday 3 rd December 2014. All applications will be acknowledged and will be treated in the strictest confidence. CVs sent by applicants will be kept by ETC for future reference. Those individuals who do not wish to have their CV kept by ETC should send a letter to the above address and will receive their CV back following the recruitment exercise. Operational Programme II - Cohes ion Policy 2007-20 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life The Project is part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future Mara minn kull tlieta ssofri vjolenza domestika Dr Yana Micallef Stafrace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 November 2014