Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

€1.00 Nr 476 • 29 ta' Novembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Further information please visit: www.christmasingozo.com or our facebook page Christmas in Gozo MINISTRY FOR GOZO CHRISTMAS IN GOZO 5th Dec 2015 till 3rd Jan 2016 www.visitgozo.com "Hemm biżà kbira fost iċ-ċittadini tar-Renju Unit" - Jon Craig (Sky News) Tigra tattakka tifel ta' tliet snin fiż-zoo ta' MonteKristo Ara paġna 3 Ara paġna 40 'Malta tfakkarni fi żmien sabiħ' "MALTA tfakkarni fi żmien sabiħ meta konna noqogħdu hawn jien u l-Prinċep Filippu ftit wara li żżewiġna." Dan u ħafna iktar kliem ta' nostalġija u tifħir lil Malta kienu fost id-diskors li tat ir-Reġina Eliżabetta II f 'Bighi ftit qabel ma ħalliet Malta u temmet is-sitt żjara tagħha f 'pajjiżna. "Kull darba li niġi Malta tkompli niftakar u nafferma għalfejn Malta ingħatat il-George Cross minn missieri," kompliet tgħid ir-Reġina u dan waqt li fakkret li Malta kien l-uniku pajjiż li ngħata George Cross bħala pajjiż kollettiv. F'dan id-diskors qasir li jimmarka t-tmiem taż-żjara tagħha fl-okkażjoni tal-24 laqgħa taċ-CHOGM, ir-Reġina faħħret lil Malta għall-progress li għamel tul is-snin, u li hi setgħet tinnota dan kull darba li għamlet żjara. Ir-Reġina temmet id-diskors tagħha billi qalet li m'għandhiex dubju li pajjiżna se jkompli jevolvi f 'nazzjon b'saħħtu permezz tad-diversità kulturali u l-perspettiva storika. Aqra aktar dwar iż-żjara Rjali fil-paġni ta' ġewwa REFERENDUM minn Albert Gauci Cunningham WAQT li kien qed jipparteċipa fil-programm 'Stat ta' Fatt' fuq Smash TV, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo esprima ruħu favur referendum nazzjonali dwar il-proġett propost għal mina bejn iż-żewġ gżejjer. Aktar minn hekk Refalo, li s'issa qed ikun kawt ħafna fuq il-vijabbiltà u l-bżonn ta' dan il-proġett, qal ukoll li f 'dan ir-referendum, "il-vuċi tal-Għawdxin għandha jkollha aktar saħħa." Meta mistoqsi direttament xi jrid ifisser b'din l-istqarrija, Refalo qal biss li l-vot tal-Għawdxi għandu jingħata aktar saħħa "għax din hija t-triq tagħna [tal- Għawdxin]." Immedjata kienet ir-reazzjoni tal- President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) Michael Grech li assolutament ma qabilx mal-idea proposta minn Refalo għal referendum. "Aħna f 'dan il-pajjiż qatt għamilna referendum biex issir triq? Għamilna referendum biex sar l-ajruport?" staqsa, retorikament Grech, li kompla jispjega li t-triq 'il quddiem hija li jsiru l-istudji kollha meħtieġa, imbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji, kif dejjem sar. Filwaqt li saħaq għal bosta drabi li qabel ma jingħata bidu għal proġett bħal dan jeħtieġ isiru l-istudji kollha, Refalo esprima qbil ukoll, għalkemm m'għamilx referenza diretta għaliha, mal-proposta tal-Partit Nazzjonalista fir-rapport ekonomiku li għadu kemm ippubblika, li tispeċifika kif mina bejn Malta u Għawdex għandha tkun parti minn sistema ta' mini taħt l-art madwar il-pajjiż kollu. Tkompli f 'paġna 3 • Refalo jrid li l-proġett tal-mina jitpoġġa għal vot nazzjonali • Jgħid li l-vot Għawdxi għandu jkollu "aktar saħħa"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015