Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 7 IRRAPPORT tal-PN, meqjus bħala l-bażi li fuqu se jkun imfassal il-programm elettorali għall-elezzjoni li jmiss, isejjaħ għal riforma radikali fis-settur pubbliku, mibnija fuq il- bażi ta' riżultati aħħarin u s-servizz li jkun qed jingħata l-poplu. Minkejja li l-idea hija waħda pożittiva, settur pubbliku li huwa ċċentrat madwar il- bżonn tal-klijent, ilu fuq l-aġenda issa. Il-PN jeħtieġ ikun ċar u jgħid x'jiġri f 'każi fejn il-livelli tas-servizz ma jintlaħaqx. Se tkun introdotta sistema fejn min ma jipproduċix jingħata twissijiet u, f 'każi estremi, anke jitkeċċa mix-xogħol, bħal ma jiġri fis-settur privat? Jew se nibqgħu b'settur pubbliku mtaqqal b'ħatriet politiċi ta' nies li jħossu li ħobżhom maħbuż, sakemm il-partit li jappoġġjaw jibqa' fil- poter? Punt ieħor ta' interess u li jista' jqajjem diskussjoni, huwa dak fejn il-PN qed jipproponi li 'l-ispazji kummerċjali, residenzjali u ta' divertiment jitħalltu flimkien bl-aħjar mod.' S'hawn kollox sew, imma mbagħad il-proposta tkompli tgħid hekk: 'potenzjalment nestenduhom lejn lokalitajiet li huma kummerċjalment kwieti.' Xi jfisser eżattament dan il-punt? Ifisser li se nkunu qed nieħdu komunitajiet kummerċjali u ta' divertiment lejn il-qalba ta' ċerti rħula li s'issa dejjem tħallew liberi minn kull attività li tista' toħloq storbju u inkonvenjent? Il-PN jeħtieġ ikun ċar dwar dawn il-kunċetti li fuq il-karta jidhru sbieħ, imma fil- prattika, biex twettaqhom, trid tħabbat wiċċek ma' interessi qawwijin residenzjali. Dwar il-bżonn ta' integrazzjoni għall- immigranti u li nevitaw 'ghettos' fil-komunitajiet tagħna, il-PN żgur qed imiss punt li jaqbel miegħu kulħadd. Imma lil hinn mir-retorika, kif se nintegraw il-komunitajiet tagħna aħjar? Kif se nwaqqfu lill-komuntajiet sħaħ ta' Maltin milli jitilqu minn ċerti żoni urbani, għax sempliċiment ma jridux jgħixu f 'toroq fejn hemm ħafna barranin? Jekk hawn xi ħadd li qed jiddubita dan nistiednu jipprova jbiegħ proprjetà f 'ċerti żoni f 'Buġibba, l-Marsa u Ħal Far. Għax jekk il- maġġoranza tal-Maltin lanqas jgħixu ħdejn Afrikani ma jridu, aħseb u ara kemm se jkunu lesti li jintegraw. Kif se jbiddel din ix-xejra Gvern tal- futur? Punt ieħor li jagħmel ħafna sens fil-proposti tal-PN huwa l-bżonn li 'l-konservazzjoni tal-ilma tkun ċentrali fil-politika dwar is-sostennibbiltà.' Imma lil hinn minn dan il-bżonn ovvju l-PN jeħtieġ jikkommetti ruħu bl- aktar mod ċar u b'miżuri speċifiċi, kontra dawk il-persuni li qed jabbużaw mir-riżorsa tal-ilma għax itellgħuh permezz ta' boreholes mingħajr ma jħallsu għall-użu, minn dawk li qed jieħdu l-ilma bil-bawżers mingħajr ma jħallsu l-prezz vera tal-ilma u favur liġijiet, li jkunu infurzati, ta' ġbir ta ilma, anke fuq livell domestiku. "Il-PN jeħtieġ ikun ċar dwar dawn il-kunċetti li fuq il-karta jidhru sbieħ, imma fil-prattika, biex twettaqhom, trid tħabbat wiċċek ma' interessi qawwija residenzjali" ir-retorika u l-irriċiklat divertiment jitħalltu flimkien interessi qawwijin residenzjali. Dwar il-bżonn ta' ir-retorika u l-irriċiklat jipproponi li 'l-ispazji kummerċjali, residenzjali u ta' għax sempliċiment ma jridux jgħixu f 'toroq fejn hemm ħafna barranin? Jekk hawn xi ħadd li qed jiddubita dan nistiednu jipprova jbiegħ proprjetà f 'ċerti żoni f 'Buġibba, l-Marsa u Ħal Far. Għax jekk il- maġġoranza tal-Maltin lanqas jgħixu ħdejn Afrikani ma jridu, aħseb u ara kemm se jkunu lesti li jintegraw. Kif se jbiddel din ix-xejra Gvern tal- futur? Punt ieħor li jagħmel ħafna sens fil-proposti tal-PN huwa l-bżonn li 'l-konservazzjoni tal-ilma tkun ċentrali fil-politika Il-PN jisħaq dwar il-bżonn ta' integrazzjoni. Imma x'se jagħmel? X'se jipproponi? Il-PN jgħid li l-konservazzjoni tal-ilma hi mportanti ħafna. Imma x'miżuri se jieħu biex jaqta' l-abbuż? Kliem sabiħ....imma kliem biss?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015