Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
28 illum | Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Pjazzetta Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Sitwazzjoni fl-imħabba li int għaddej minnha bħalissa, se tfixklek ftit. Però, jekk int tagħraf tuża moħħok u mhux qalbek, għandek fi ftit ġranet tgħeleb l-ostakli kollha, li int qed taffaċċja, imma jekk tagħraf timxi b'qalbek. Minn din is-sitwazzjoni, għandek titgħallem ħalli fil-futur tgħaraf timxi aħjar. Parir ta' ħabib jaf ikun utli, imma fl-aħħar mill-aħħar, int trid tagħraf. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 25 u 34. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Pressjoni tax-xogħol li int qed tħoss li riesqa lejk, ilqgħalha ħalli mhux imbagħad jinħoloq paniku madwarek. Pjan ta' vaganza fil-qrib huwa tajjeb għalik ħalli wara tkun tista' tħossok b'aktar enerġija u b'pożittività għax- xhur li ġejjin għal tkabbir fil-karriera tiegħek . B'hekk, jista' anke jkollok ideat friski, u dan se jagħmlek mira ta' promozzjoni fir-responsabbiltajiet futuri tiegħek. Taqtax qalbek. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 23 u 38. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Sfortunatament, deċiżjoni żbaljata li ħadt minħabba r-ras iebsa li jista' jkollok kultant, se jwassal ghal tibdil madwarek li jaf ikun iktar iebes minn dak li ħsibt int. Imma jekk tgħeleb l-ewwel xahar, taf tkun aħjar, però fl-ewwel xahar f'din il-pożizzjoni ħa tkun ta' taqliba iebsa. Minkejja dan, kollox jista' jaqleb għall-aħjar. Fil-futur għaraf ħu deċiżjonijiet mhux b'sens ta' sfida, imma bl-għaqal. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 29 u 30. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Pjan li għandek idur madwarek, ikun aħjar jekk ma twettqux bħalissa. L-aħjar li tagħtih ftit aktar żmien ħalli s-sitwazzjoni madwarek tieħu aktar xejra għal dak li tixtieq. Hekk, tista' anke tbiddel xi ftit mill-pjan oriġinali, u dan ukoll se jagħtik ċans tara iżjed dak li int vera tixtieq tkun taf, u b'hekk ħafna ħsibijiet li qegħdin iduru, jibdew jiġu mgħarrfa. Ifli sew dak li ġej. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 22 u 37. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Tinsab f 'fażi li poġġietek f 'salib it-toroq u ma tafx liem naħa se tiġbed, però, taf li fiż-żmien trid tieħu ċertu deċiżjonijiet meta taf li m'intix qiegħed tiġi mwieġeb għal dak li trid. Tibdil li jrid iseħħ f 'dak li int qed tibni madwarek, xorta jrid isir. Il-karriera tiegħek qiegħda tieħu xejra aktar komplessa, imma trid tagħraf issib bilanċ, għax bħalissa m'intix issib ħin għalik. Dan hu im- portanti li tgħaraf. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm qiegħed twebbes rasek, riesaq iż- żmien li ħa tagħraf li kien żball ta' ċertu ideat li int għamilt. Fil-bogħod ta' ħsibijietek, hemm per- suna li tista' tagħraf it-tmexxija tiegħek, imma trid tkun int li trid tagħraf il-potenzjal li għandek. Il-memorji tal-passat se jib- dew iġiegħeluk taħseb aktar u dan se jġiegħlek tagħmel pass, li ġewwa fik, kien ilu li missu sar. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 19, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa, il-finanzi madwarek mhumiex xi problema, imma bħal mintix issib dik il- kuntentizza li int vera tixtieq. Però, dan jad jinbidel meta fi żmien xahar, se tagħmel kuntatt ma' persuna li se ġġib fik motivazzjonijiet li tant ilek tixtieq. Però, xorta ma tridx tgħaġġel fil-ħsibijiet u l-pjanijiet tiegħek. Imxi bil-mod ħalli int tkun tista' tgħaraf aktar, u hekk tieħu l-aħjar deċiżjoni. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 22 u 39. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Pjaċir li int għamilt ftit ta' żmien ilu, se jagħtik sodisfazzjoni fil-ġranet li ġejjin. F'ħajtek se tħoss din il-pożittività, b'tali mod li int bħal wisu kollox se jibda jiġik tajjeb, u dan jirrifletti biex ir-relazzjoni tiegħek terġa taqbad dak ir-ritmu tant mixtieq. Dan se jagħtik spazju wkoll sabiex int tirrifletti ftit aktar lejn il-futur, bil-pjanijiet li trid twettaq, jibdew isiru realtà, żomm fik dak li ġej. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Deċiżjoni li għanek ippjanata għall-ġimgħat li ġejjin, jaqbel li tanalizzaha sew għal dak li jista' jirriżulta minn din id-deċiżjoni. Jaqbel li tanalizza sew u tieħu parir dwar dan. Hemm bżonn pawsa ta' ftit qabel tkun tista' tieħu rankatura fil-karriera tiegħek, li magħha se jiġu diversi opportunitajiet varji, imma żomm dejjem saqajk mal-art. Tafdax iżżejjed madwarek. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 24 u 34. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Aħbar ta' persuna li tkun ħalliet din id-dinja se tnissillek ċertu niket. Mhux hekk biss, imma se jgħaddulek ħsibijiet sabiex ħajtek tieħu ftit ta' spinta, u tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek speċjalment f'dak li jirrigwardja l-ħin ta' rilassament tiegħek. Fil-fatt, int taf sew li minħabba l-pressjoni ta' xogħol, m'intix issbi ħin għalik, u din il-ġrajja se tiftaħ dak il-bieb li kien qiegħed jingħalaq. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 10, 28 u 32. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Sitwazzjoni fl-imħabba li int għaddejja min- nha, bħalissa mhix se tkun waħda faċli. Int trid verament temmen fik innifsek li kapaċi ddawwar dak li qiegħed jidher negattiv, għal wieħed pożittiv. Iż-żmien li deħlin fih, jaf ikun ta' opportunità tajba għalik, però int trid tirrfletti fuq dak li kkawża dan ħalli dan ma jerġax jirrepeti ruħu, u int tkun konxja minn dak kollu li ġarrabt. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 16, 27 u 35. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ħabiba tiegħek tagħtik idea li biha, int għandek tfittex parir sabiex tara liema hi d-direzzjoni t- tajba li għandek tieħu. Ftakar li fil-passat, meta ma ħadt l-ebda parir, sofrejt il-konsegwenzi. Allura, kemm minn dik il-ġrajja u kemm minn dik il-ħabiba li għandek, għandek tmur għal parir ħalli tagħraf timxi lejn dak li huwa aħjar għalik. Għandek żmien tajjeb ġej, għalhekk, issaħħaħ iżjed. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 14, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Għeluq snin nies famużi Personalitajiet mix-xena taċ- Ċinema Anthony Hopkins 77, Walt Disney (1901-1966), Brad Pitt 51, Kim Basinger 61, Kirk Douglas 98, Woody Allen 79, Steven Spielberg 68, Humphrey Bogart (1899- 1957) Personalitajiet mix-xena tal- Mużika Britney Spears 33, Little Richard 82, Andy Williams (1927-2012), Maurice Gibb (1949-2003), Robin Gibb (1949-2012), Ludwig Van Beethoven (1770-1827), Frank Sinatra (1915-1998), Donna Summer (1948-2012) Personalitajiet mix-xena Sportiva Monica Seles 41, John Terry 34, Micheal Owen 35, David Villa 33, Alex Ferguson 73 Personalitajiet mix-xena Politika/Mondjali Francisco Franco ( 1892- 1975), John Kerry 71, Josef Stalin (1878-1953), Pope Francis 78, Nostradamus (1503 -1566) Britney Spears Sir Alex Ferguson