Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 ILPRIM Ministru Ingliż David Cameron kellu kliem iebes lejn il-President Sirjan Bashar Al Assad hekk kif akkużah li qed jirrikluta lil persuni li qegħdin fl-ISIS u għamilha ċara li l-ebda strateġija li se tadotta l-Unjoni Ewropea m'għandha tinkludih fi pjani għal stabbiltà fis-Sirja. Bla dubju Cameron, li kien qed jitkellem f 'konferenza f 'Malta waqt iċ-CHOGM, kien qed jibgħat messaġġ ċar li wasal iż-żmien li Assad jitneħħa. Bashar Al Assad mexxa lis-Sirja f 'uħud mill-agħar żminijiet fl-istorja tal-pajjiż f 'dawn l-aħħar snin, hekk kif ir-ribelljoni li kienet qamet kontra l-Gvern tiegħu kienet ikkontrollata bl-użu ta' vjolenza u attakki bla ħniena fuq dawk kollha li kienu qed jopponuh. Is-sitwazzjoni mwiegħra fis-Sirja waslet biex eluf kbar ta' immigranti Sirjani jitilqu minn pajjiżhom u jfittxu refuġju f 'pajjiżi oħrajn, fosthom fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni ħażina ħafna fis-Sirja wasslet ukoll biex il-pajjiż sar art fertili għal individwi u ċelloli li jappoġġjaw lill-ISIS. Intant Cameron wera t-tama li l-intervent militari u l-isforzi militari bejn ir- Renju Unit, Franza u alleati oħrajn jgħin biex jkun ikkreat Gvern tranżitorju fis-Sirja. Minkejja dan, huwa qal ukoll li għalkemm l-azzjoni militari hija "neċessarja", waħedha mhux se tkun biżżżejjed "biex ngħelbu lill-ISIS u hemm bżonn ta' strateġija ikbar li tinkludi r-rikostruzzjoni mill- ġdid tas-Sirja." Dan il-kliem huwa simili għax-xewqat ta' diversi gvernijiet Ewropej, fosthom tiegħu stess u ta' dak Franċiż immexxi minn Nicolas Sarkozy, qabel ma tneħħa l-eks Dittatur Muammar Gaddafi, fil-fatt Cameron fakkar kif anke fil-Libja l-ISIS qed jieħdu vantaġġ politiku. "M'hemmx dubji," qal Cameron li hemm gruppi estremisti "li qed jieħdu vantaġġ minn artijiet bla ggvernar fil-Libja u għalhekk neħtieġu sieħeb fil-Libja ma' min nistgħu nitkellmu biex naffaċċjaw din it-thedida ta' terroriżmu." Cameron ħalla parti mid- diskors tiegħu wkoll biex jitkellem dwar l-importanza li l-pajjiżi tal-Commonwealth jirrispondu għal għemilhom u dan biex l-istess grupp ta' pajjiżi jibqgħu b'saħħithom. Hollande iħeġġeġ lill-MP Ingliżi biex jappoġġjaw lil Cameron Intant il-President Franċiż Francoise Hollande f 'Malta wkoll ħeġġeġ lill-Membri Parlamentari Ingliżi biex jappoġġjaw lill-Prim Ministru Ingliż Cameron, u dan hekk kif hemm min fil-Parlament Ingliż li qed jesprimi biża li r-rRenju Unit jista jerġa jidħol fi gwerra oħra. Fil-fatt il-mexxej Ingliż Jeremy Corbyn diġa wissa kontra attakk mir-Renju Unit lejn l-ISIS. Dan wara li hemm biża illi r-Renju Unit jerġa jidħol fi gwerrer oħrajn wara l-esperjenzi tal-Iraq u l-Libja. Aħbarijiet KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. INTERNAL AUDITOR PERMESS TAL-ETC: 269/2015 Filwaqt li j/tirrapporta lil Manager Internal Audit, l-Internal Auditor meħtieġa li j/twettaq internal audits u j/tikkumpila rapporti relatati bil-għan li j/tevalwa l-adegwatezza, l-eettivita' u l-eċjenza s-sistemi ta' kontrolli interni, tal-proċeduri relatati u x'tip ta' kwalita' hi miksuba biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenzija. Huwa/hija j/tkun meħtieġ/a li tirrakkomanda miżuri korrettivi sabiex jittejjeb l-operat, ikunu indirizzati r-riskji identikati -eżerċizzji ta' awditjar u jiġi żgurat li l-inizjattivi verikati jipprovdu valur għall-us. L-internal auditor i/trid j/tippreżenta osservazzjonijiet mil-audits lil management u j/tagħmel r-rakkomandazzjonijiet tiegħu/tagħha, lwaqt li j/tassigura tweġibiet mill-management għall-azzjonijiet rakkomandati. Il-kandidati eliġibbli għandu jkollhom wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ta' kwaliki / esperjenzi: i) Kwalika -ICT u/jew l-Business u/jew l-Finanzi (Livell tal-MQF 7 jew ogħla) imkien ma' sentejn esperjenza f'Internal Audit / Risk Management jew rwol simili; JEW ii) Kwalika -ICT u/jew l-Business u/jew l-Finanzi (Livell tal-MQF 6) imkien ma' erba' snin f'Internal Audit / Risk Management, jew rwol simili; JEW iii) Tmien snin esperjenza -ICT u/jew l-Business u/jew Internal Audit u/jew Risk Management jew rwoli simili. Il-kandidat/a magħżul/a għandu jkollu/ha għaren ta' Standards ta' awditjar imkien ma' interpersonal skills eċċellenti u etika professjonali. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' email, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 9 ta' Diċembru 2015 fuq: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010. Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd F'Malta Cameron jispara l-kanuni lejn Assad Il-Prim Ministru David Cameron Il-Prim Ministru Muscat mal-PM tal-Awstralja u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma