Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325
Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 | illum 17 biha David Thake, anzi huma l-ħafna li saru sinjuri bil-politika u fuq iż-żewġ naħat hemm deputati li ddikjaraw miljuni l-bank u proprjetajiet, "Jien m'għandi l-ebda rispett lejn politiku maħmuġ. Min sar sinjur minn fuq il-politika mhux politiku iżda ħalliel." Meta mistoqsi jekk bħalissa fuq iż-żewġ naħat tal-kamra hemmx minnhom, Thake qal li mhux kompitu tiegħu li jagħmel ġudizzju, "iżda jekk hemmx politiċi fil-gvern li qed jabbużaw mill- pożizzjoni tagħhom biex javvanzaw s-sitwazzjoni materjali tagħhom, iva. U hemm każijiet li m'huma sbieħ xejn bħal fil-każ ta' Ian Borg u l-proprjetà tiegħu ta' Ħad-Dingli u l-kwistjoni ta' Helena Dalli. Jistgħu jkunu abbużi ta' regolamenti li jgħoddu għalija u għalik, imma għalihom l-istess regolamenti jiġu sospiżi u mhux infurzati. Ma jfissirx li l-parlamentari m'għandux jitħallas ta' xogħlu, iżda min qiegħed fil-politika irid ikun eżempju ta' kif titħares il-liġi." Iżda minn meta 'l hawn li David Thake qed iqis ruħu bħala ġurnalist, "What's in a title?" weġibni David, "Jien nemmen li l-programm prinċiparjament hu programm ta' divertiment. Hu stil tiegħi ta' kif inwassal il-messaġġ u fih jien ngħid il-verità tiegħi u trid tkun lest li teduka ruħek, u l-veduti tiegħek tibdilhom jekk int tħoss li xi ħadd ikun tak raġuni valida biex tibdel il-veduti tiegħek. Malli qalgħu qlajja' dwari, ħriġt il- fatti "Fil-programm tiegħi jien niġri wara l-istorja u mhux wara d-deputati. Jien nipprova nieħu l-veduti ta' dawk li jkun ħareġ xi ħaġa dwarhom billi nistaqsi lilhom u mhux noħroġ xi ħaġa mingħajr ma nagħtihom ċans li jispjegaw ir-raġuni. Issa dawk li jaħarbuni, ikun ifisser li għax ikollhom x'jaħbu. Il-Partit Laburista jiżbalja li ma jweġibx. Malli qalgħu qlajja fuqi, jien mill-ewwel ħriġt il-fatti." Dan l-aħħar, fil-fatt ħarġet aħbar li tallega kif David Thake, fiż-żmien tal-PN fil-Gvern, ħa direct order ta' €12,000 fis-sena għall-Internet fl-ITS, u kien preparat li se nistaqsih din il-mistoqsija, tant li ħareġ file fejn urieni iswed fuq l-abjad li kienet ħarġet tender u l-irħas waħda kienet tal-kumpanija tiegħu, Vanilla Telecom. Il-bidders l-oħra kienu Melita, li kienu tefgħu l-offerta seba' darbiet għola minn tiegħu (€6,998 fix-xahar), is-SIS Ltd u l-BMIT Ltd. "Jien sfidajt lil Edward Zammit Lewis u lil Decelis li jgħidu dak li qalu fil- Parlament barra u neħodhom il-Qorti bħalma llibellajt lil One Productions fuq l-istess gidba. Jidher li l-PL attakkani għax issa forsi qed indejjaqhom b'dak li qed nagħmel, u dan li hu l-istil sintomu fit-tmexxija ta' Muscat fejn kif isib dahru mal-ħaj,t jara x'isib biex jattakkak. Attentat biex lili jpoġġuni fl-istess xkaffa magħhom. Iżda jien m'hemm xejn li jħammarli wiċċi." Tlabtu wkoll jgħidli jekk jaqbilx mal-istil tal-kitba ta' Daphne Caruana Galizia fejn ħafna drabi tuża l-assassinju tal-karattru u li hemm min jisħaq li l-kitba tagħha begħdet Nazzjonalisti mill-partit, " Jien ma nemminx f 'assassinju ta' karattru. Jien ma naqbel bl-ebda attakk li jsir fuq persuni li ma jkollhom x'jaqsmu xejn mar-rwol tiegħu pubbliku. Jekk int mhux persuna pubblika u dak li tagħmel ma jagħmilx impatt fuq il- poplu, ma jinteressa lil ħadd x'tagħmel fil-ħajja privata tiegħek. Iżda jekk int ministru tal-Gvern, Maġistrat, uffiċjal tal-pulizija jew armata eċċ u l-imġieba tiegħek tista' twassal biex xi ħadd jirrikattak jew jikkompromettik, dak hu ta nteress pubbliku u hu 'fair game' għall-ġurnalisti kollha. Jekk int trid tgħix ħajja ta' playboy ta' Malta, aħjar ma jkollokx ambizzjonijiet ministerjali." Hawnhekk David Thake ħassejt li ħareġ mill-mistoqsija baxx baxx biex la jfuħ u lanqas jinten. Sadattant staqsejtu x'jikkonvinċih li l-Gvern Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni Ġenerali li jmiss. "Joseph Muscat konvint li għandu barmil mimli bl-ilma li fih għandu toqba li jkun hemm dejjem meta partit ikun fil-Gvern. Jinsab konvint li sal-elezzjoni mhux se jitlef l-ilma kollu minnu. Ir- realtà hi li t-tolleranza tan-nies għall-iżbalji, arroganza u l-abbuż hi żero." Intervista Laiq Ahmed Atif, il-President tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya f 'Malta ħadt direct order... għax kont l-irħas" "Meta tara l-appointments ta' Sai Mizzi b'€13,000 fix- xahar biex toqgħod ħdejn il-mummy ifisser li Muscat qed jitmejjel bija f 'wiċċi" David Thake