Illum previous editions

ILLUM 29 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/608325

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Training: ITIL Intermediate - Service Lifecycle: Service Operation Module – T112/15 Data ta' ħruġ: 27 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 17 ta' Diċembru 2015 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Provision of Training: ITIL Intermediate - Service Capability Module Release, Control and Validation – T113/15 Data ta' ħruġ: 27 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 17 ta' Diċembru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Miċħud il-ħelsien mill-arrest għal mara mixlija li ffrodat mal-€200,000 LISPETTURI Jonathan Ferris u Raymond Aquilina mit-Taqsima kontra r-Reati Ekonomiċi ressqu taħt arrest lil Eva Aydelman, mit- Taġikistan, li għandha 50 sena u tgħix San Ġwann, quddiem il-maġistrat Francesco Depasquale, mixlija li miżapproprijat mal-€150,000 mingħand żewġ negozjanti, billi għamlet tabirruħa li kienet intermedjara għal bank Ċiniż. Il-Qorti semgħet kif l-imputata allegatament kienet tat x'tifhem li setgħet tottjeni self ta' €17.5 miljun lill-vittmi, li kienu qiegħdin ifittxu investiment għal proġett ta' żvilupp ta' 'Boutique hotel' ġewwa l-Belt Valletta. L-irġiel u l-imputata kienu ftiehmu u ltaqgħu ġewwa Hong Kong, fejn iffirmaw diversi formoli bil-għan li jifthu kontijiet bankarji maċ-China Construction Bank. Wara ħafna dewmien, diversi skużi mill-imputata u xejn progress fil-ftuħ ta' dawn il-kontijiet, l-irġiel għamlu kuntatt mal-bank huma stess, fejn skoprew li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni għal self magħmulha f 'isimhom. Ftit jiem wara, żied jgħid l-ispettur, il-vittmi ġew notifikati li rċevew trasferiment bankarju ta' €5 miljun ewro – minn bank ġewwa l-Ġermanja. Huma stħarrġu biex isibu għalfejn il-fondi kienu ġew minn hemm u ġiet f 'idejhom il-formola tal-applikazzjoni bil-firem tat-tnejn li huma. Dan qanqlilhom suspett, għax ma kienu ffirmaw l-ebda dokument flimkien, u għalhekk, għamlu rapport lill-Pulizija. Waqt l-istħarriġ tagħhom, il-pulizija sabu kampjun ta' firma ta' wieħed mill-irġiel ġewwa d-dar tal-imputata. "Kienet identika mal-firma fuq l-applikazzjoni," qal l-ispettur, huwa u jżid jgħid lill-Qorti li l-imputata kienet qalet lill-vittmi li dan il-kampjun kien ġie mibgħut iċ-Ċina. L-imputata kienet qarrqet bil-vittmi billi tathom x'jifhmu li kien qed isir xi ħaġa bl-applikazzjoni tagħhom, meta fil-fatt ma kien qiegħed jiġri xejn. Is-somma totali ffrodata minn Aydelman kienet ta' €195,000, qal l-ispettur. Il-mara ġiet akkużata bi frodi, miżappropriazzjoni, falsifikazzjoni ta' dokumenti u li offriet servizzi finanzjarji mingħajr liċenzja. Mistoqsija x'kienet twieġeb għall- imputazzjonijiet, l-avukat Roberto Montalto rreġistra ċaħda tal-ħtija. Id-difiża saħqet li l-imputata kienet ġiet mixlija fuq sempliċi tranżazzjoni finanzjarja li ma kienetx imxiet kif kienet ippjanata. Huwa talab li tingħata l-benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest. Iżda l-Qorti m'aċċettatx it-talba tad-difiża u ordnat li tiġi miżmuma taħt il- kustodja tal-Pulizija. Lejn tmiem is-seduta, Aydelman dehret tintilef minn sensiha u kellha tittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza. Il- bastiment P62 jasal Malta MA' sbieħ is-Sibt, l-ikbar bastiment navali tal-Forzi Armati ta' Malta, il-P62 ingħata merħba f 'Xatt it- Tiben wara ġimgħa tbaħħir mill-Irlanda f 'temp kiefer. Ilbieraħ filgħodu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela u l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta, il-Brigadier Jeffrey Curmi, laqgħu l-ekwipaġġ tal-P62 magħmul minn 41 membru tal-Forzi Armati, li kienu milqugħa b'entużjażmu minn diversi qraba tagħhom. Jakkumpanja l-41 membru tal-Forzi Armati ta' Malta kien hemm Uffiċjal Irlandiz. F'dawn l-aħħar ġimgħat, l-ekwipaġġ Malti tal- bastiment P62 wettqu numru ta' xogħolijiet abbord biex jippreparaw il-bastiment għall-ewwel vjaġġ taħt il- bandiera Maltija bil-P62 issa se tingħaqad fil-ħidma tal- Iskwadra Marittima tal-Forza. Dan il-bastiment, mogħti mill-Gvern Irlandiz, se jkun qed jiġi utilizzat waqt it-tlestija ta' xogħolijiet ta' manutenzjoni meħtieġa fuq il-P61 u sakemm jintemm il-process tax-xiri ta' bastiment ġdid tal-Armata. Hekk kif imħabbar fil-Baġit, ix-xiri tal-bastiment il-ġdid tal- Forza se jkun qed isir permezz ta' investiment ta' €38 miljun ewro ko-finanzjati minn fondi Ewropej. Il-Maġġur James Grixti wassal il-P62 f 'Xatt it-Tiben, akkumpanjat minn numru ta' suldati, fi vjaġġ li beda l-ġimgħa li għaddiet mill-port ta' Cork fl-Irlanda. L-akkwist ta' dan il-bastiment ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Project Officer, il-Maġġur David Aquilina, mgħejjun minn tim ta' suldati speċjalizzati mill-iskwadra Marittima tal-FAM li qattgħu żmien twil mal-Qawwa Navali Irlandiza biex dan il-bastiment jinġieb Malta. Ritratt: AFM - Justin Gatt Il-Ministru Abela mal-Forzi Armati ta' Malta fuq il-P62 F'San Pawl tingħata l-flus talli tarmi l-plastik DIN il-ġimgħa, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar nieda inizjattiva unika sabiex l-ammont ta' ġbir ta' skart riċiklabbli fil-lokalità jiżdied. Il-pubbliku se jkun imħeġġeġ biex minflok flixkun tal- plastik jarmih fir-reċipjenti tal-iskart imħallat, il-flixkun jigi mitfugħ f 'magna apposta. Għal kull flixkun li jintefa, tinħareġ voucher li tkun tista' tissarraf f 'numru ta' ħwienet li magħhom isir l-arranġament. Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Graziella Galea tenniet li hu ferm importanti li wieħed jirriċikla, u filwaqt li jnaqqas l-ammont ta' skart imħallat, iżid l-iskart riċiklabbli. "B'inizjattiva bħal din il- poplu jkun iktar imħeġġeġ biex jirriċikla għax ikun qed jingħata xi ħaġa lura talli qed jgħin lill-pajjiż inaqqas l-iskart imħallat". Jekk il-flixkun ikun fih likwidu l-magna tissepara l-likwidu mill-flixkun, tgħaffeġ il-flixkun u dan jintefa' f 'kontenitur fl-istess magna. Jekk l-oġġett mormi ma jkunx wieħed tal-plastik, dan ukoll jintefa' f 'kontenitur differenti fl-istess magna. Din il-magna se titpoġġa fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali matul dawn il-jiem sabiex il-pubbliku jkun jista' jiġi l-Kunsill bil-fliexken tal- plastik u jibda minnufih jibbenefika minn din l-opportunità. Iktar tard, din il-magna se tittieħed fl-iskola primarja San Pawl il-Baħar. Is-sindku Graziella Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 Novembru 2015